<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

14.9.06

Jum it-tluq




Sunett imperfett, bħalma hi imperfetta Malta...


Saħħiet

Saħħa, blata ta' qalbi, il-port kenni tar-ruħ,
saħħa festa tar-raħal, u l-briju għal għonq it-triq,
saħħa, ħajt tas-sejjieħ, saħħa, ħamrija tfuħ,
saħħa dell tal-ħarruba fej' iżarżar il-werżieq.

Saħħa, kamarti mdawla, saħħa, sema miftuħ,
saħħa rdum ta' l-Imnajdra, saħħa Wied iż-Zurrieq,
saħħa, xemx wisq sabiħa, u taqli wisq l-imħuħ,
saħħa tfajla Maltija li għebet maż-żerniq.

Saħħa, pulitċi mxaħħma, saħħa, ambjent meqrud,
saħħa ġawhra tal-baħar maħkuma l-lum mid-dud,
saħħa ġenna ta' l-art li ma tinsab imkien.

Saħħa. Dal-iben ħali li ta' tfajjel ħalliem
tar 'l hemm mingħajr ma ried, ġie lura u sab is-skiet,
tgħallem, tmallat, u nbiegħ. Tlaqtek. Daqshekk. Saħħiet.


Fuq tal-linja, nru 35
26 ta' Awissu 2006


---

U la semmejna l-ambjent meqrud, jekk għandkom ftit tal-ħin, morru hawn u iffirmaw il-petizzjoni favur il-ħarsien ta' Hondoq ir-Rummien.

U ħalluna mill-Qala Creek !!

Saħħiet.

Kummenti: 10

Blogger wwwitchie qal/qalet...

Good luck Twan u halli 'l min jarak... forsi xi mawra sa Brighton is-sena d-diehla? :)

14/9/06 21:39  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Sahha xbin... imnalla ltqajna l-ahhar darba l-Belt trid tghid!

15/9/06 10:50  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

La tinkwieta xejn. Il-Glacis u l-Hamilius, l-iSnow u x-xita, l-ivjaggar bi prezz irhis u d-djaspora maltija qed jistennewk...

wilkommen nach letzeburg
wipe your feet on the way in!

15/9/06 10:59  
Blogger Pierre J. Mejlak qal/qalet...

Awguri, Twan! Halli lil min jarak.

15/9/06 13:09  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Saħħa u awguri mill-qalb ħabib. Ħa nimmisjawk hawn fuq il-blata.

15/9/06 20:05  
Blogger david qal/qalet...

Bongu sema griz u xita hafifa
Bongu tfajla Ungeriza
Bongu Lussemburgu, Franza u Brussell
Arrivederci Cisk, Bonjour Duvel.

Niltaqggu dalwaqt nispera Antoine.

18/9/06 10:31  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi mill-qalb, nies.

Sakemm ma ngħidx "Bonjour tristesse" malli nqum, kollox sew. Ilni hawn erbat ijiem issa, u tgħidx kemm qed nieħu gost.

18/9/06 21:13  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Awguri

1/10/06 00:37  
Blogger keBo qal/qalet...

Jien iltqajt miegħek għal ftit sigħat meta kont qiegħed Malta. Ma tantx sibna affarijiet xi ngħidu, imma grazzi għat-terza persuna li kellna magħna (l-inbid), l-kliem inbidel f'ċirasa.

9/10/06 11:29  
Blogger mistoqsija qal/qalet...

Poezija sabiha mmens. Prosit

21/10/06 11:22  

Ħalli kumment

<< Home