Ikklikkja fuq play biex tisma' s-silta, jew niżżilha minn hawn.
il-qawl tal-ġimgħa #22
Kelma, la toħroġ mis-sinna, tinxtered u timla d-dinja.
l-għerq tal-ġimgħa #22
√ BQBQ
Għerq kwadrilitteru marbut ma' l-idea tal-misħun jagħli tant li jtella' l-bżieżaq, jew tad-demm flok l-ilma, u għaldaqstant marbut ukoll figurattivament ma' l-inkwiet u d-dagħdigħ.
Xi eżempji:
qabel titfa' l-għaġin fil-borma ħalli l-misħun ibaqbaq
demmu jbaqbaq
dak dejjem jara x'jaqla' biex ibaqbaqni!
il-ħin kollu tbaqbaq, dik il-mara!
Ċaħda: Il-fehmiet espressi f'dan is-sit elettroniku huma dawk ta' l-awtur biss, u ma għandhom ikunu assoċjati ma' l-ebda għaqda jew istituzzjoni li l-awtur jagħmel parti minnha.
Kummenti: 1
Heh.
Ħalli kumment
<< Home