<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener("load", function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <iframe src="http://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID=11862797&amp;blogName=Triq+il-Maqluba&amp;publishMode=PUBLISH_MODE_BLOGSPOT&amp;navbarType=BLACK&amp;layoutType=CLASSIC&amp;searchRoot=http://maqluba.blogspot.com/search&amp;blogLocale=en_GB&amp;homepageUrl=http://maqluba.blogspot.com/&amp;vt=8115735014150492648" marginwidth="0" marginheight="0" scrolling="no" frameborder="0" height="30px" width="100%" id="navbar-iframe" allowtransparency="true" title="Blogger Navigation and Search"></iframe> <div></div>

7.6.06

Xaqq dawl



X'jgħid il-Koran, XXX, 22:

«C'est l'un des signes de Dieu, la diversité de vos langues, de vos couleurs. Il y a là des signes pour ceux qui réfléchissent. Refuser la diversité, c'est refuser Dieu.»



U minn Thessaloniki, hemm dan il-fanal tal-ħabiba tagħna Maria:



Ħajr lilha wkoll talli indikatli din il-poeżija ta' Anton Buttigieg:

Il-Kebbies tal-Fanali

Kull fl-għaxija
kif ma' l-għabex
tnin u tmut saħħet il-jum,
jiġi Majsi bis-sellum,
u jixgħelli taħt it-tieqa
fanal ċkejken,
li tal-lejl itaffi d-diqa.

Saħħti wkoll
qed inħossha tmut kuljum,
iżda msejkna l-Poeżija,
kull fl-għaxija,
dlonk tixxabbat mas-sellum,
u ġo qalbi tixgħel naqra ta' fanal,
illi jtaffi ftit id-diqa sa ma jmut ta' ħajti l-fdal.

Alla ħares ma kienx Majsi
illi jagħmel ftit tad-dija;
u ma' Majsi – Alla ħares –
ma kenitx il-Poeżija!



Kummenti: 0

Ħalli kumment

<< Home