<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

9.6.06

Il-Logħba s-Sabiħa

Ikklikkja hawn!


Il-Logħba s-Sabiħa
Blogg efimeru fuq it-Tazza tad-Dinja

Kulħadd mistieden

http://werld-kapp.blogspot.com

---

Aġġornament:

TotoDinja 1-X-2


Idħlu u ħallu t-tbassiriet tagħkom... baqa' biss sagħtejn u nofs!

Kummenti: 5

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Għal min forsi jistaqsi għala ħallejt barra l-artiklu u ma ktibtx "Il-Logħba s-Sabiħa"... kif nifhimha jien, din kieku timplika li l-futbol huwa l-uniku sport sabiħ.

Iċ-ċess sabiħ ukoll!

9/6/06 03:32  
Blogger Andre qal/qalet...

Prosit! Idea tajba

Go England!

9/6/06 08:12  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

Mela ha nkun antipatiku (bhas-solu):

Il-futbol hija IL-Loghba is-Sabiha storikament. Bl-Ingliz "The Beautiful Game" as against all others (u mhux biss intrinsikament).

Ghandi feeling li efimeru tehtieg zewg F. Forsi ghax jiena prodigali/hali.

9/6/06 09:08  
Anonymous Maria qal/qalet...

Fil-fatt skond Aquilina jeżistu l-forom "effimeru" u "efimeru". Jidher li fit-Taljan tinkiteb "effimero", imma ma narax il-għaliex hemm bżonn ta' 2 f fil-Malti, għax oriġinalment ġejja mill-kelma Griega εφήμερος. Interessanti għax fit-Taljan għandna i, jiġifieri l-pronunzja reċenti ta' l-eta (η), mela donnha daħlet fit-Taljan mill-Grieg mitkellem, waqt li l-forom li jeżistu f'xi lingwi oħrajn, bħall-kelma Ingliża "ephemeral" (bl-e), ovvjament mibnijin artifiċjalment minn bċejjeċ antiki.

Jacques, għala "il-futbol hija" u mhux "huwa"? Tħossha aktar naturali hekk? (Għax is-soġġett tas-sentenza suppost li huwa l-futbol u mhux il-logħba.)

9/6/06 10:23  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi Maria :) Ser ikolli bżonn l-għajnuna tiegħek fil-ġimgħat li ġejjin, inti aktar attenta minni... napprezza ħafna r-reqqa li biha taqra u tikteb bil-Malti, speċjalment f'dan il-blogg, għax iżżommni fuq tiegħi!

Jacques, qed nifhmek. Fil-bidu kont ktibt "Il-Logħba s-Sabiħa", bl-artiklu, imbagħad reġa' bdieli għax ma xtaqtx inkun superlattiv, u issa għandi dubji mill-ġdid. Ftakart li ftit tax-xhur ilu, int stess ħallejt barra l-artiklu fuq K&T (El Gordito). X'nagħmel, nies? Ħa naħseb ftit aktar fuqha... wisq probabbli nerġa' ndaħħal l-artiklu, anki jekk nemmen li jkun daqsxejn nuqqas ta' rispett lejn sports oħrajn.

9/6/06 19:15  

Ħalli kumment

<< Home