White Knight Syndrome

Kemm biex nitbiegħed ftit mill-ħarsa ta' dik is-sbejħa li ma teżistix, permezz ta' ftit tas-sens tar-redikolu, iżda fl-istess ħin bis-serjetà, ħa ninħeles mill-ġmiel ta' għajnejha...
L-użu ta' klixejiet u tifkiriet letterarji –inklużi tal-mużika popolari kontemporanja– huwa deliberat: anzi, qiegħed isir parti essenzjali mit-teknika tal-mużajk. It-titlu jirreferi għal espressjoni li kien juża ħabib tiegħi mill-Greċja (γεια σου, Γιαννάκη!), l-aħħar sena ta' l-università, biex jitnejjek bija fi żmien meta kont intlift wara tfajla Malagueña. Kien wieħed mill-aktar żminijiet fertili ta' ħajti, f'kull sens tal-kelma... id-diversi stadji tar-relazzjoni rokamboleska li kelli magħha baqgħu dokumentati mill-bidu sat-tmiem, f'versi bl-Ispanjol u bit-Taljan. Xi darba, forsi, nipprova naqlibhom għall-Malti. Għalissa però, nippreferi nkompli nitbiegħed minnhom, u speċjalment mill-erotiċità tagħhom...
Ikklikkja hawn biex tisma' l-mużajk.

Ribussa ai miei pensieri un desiderio d'ieri,
chagrin malin d'amour, a cold and burning bliss,
mil noches sin dormir, il sogno in cui non c'eri,
u f'qalbi l-lejla jriegħed, niftakar f'ħarstek biss ...
ancor, l'andirivieni di lunghi lunghi treni,
elf ilment, mein Herz brennt, hombre de traje gris,
fil-bla tmiem ta' għajnejk is-seħer tal-misterji
kollha ta' l-univers, and more, much more than this ...
enough, c'est fou, rien plus, c'est tout, now let it be,
daqshekk, basta così, ir-riħ li 'l bogħod ġie jtajrek
il-lejla niżżih ħajr, ô belle dame sans merci;
għada jisbaħ ukoll, u nisbaħ jien mingħajrek,
je change dame et cheval, je change de chevalier,
niente più niente al mondo se penso solo a te.

Il-Qrendi, 2 ta' Mejju 2006

Kummenti: 2
Istja, ma niflahx aktar bid-dahk!! Fakkartni wisq f'Twanny Scalpello!
inti tghid istja wkoll????
Ħalli kumment
<< Home