<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

7.5.06

Ideat, minn kelliem urban tal-Malti

Iva, naf. Id-diskussjoni dwar jekk il-Malti għandux ikun ilsien uffiċjali ta' l-UE ilha li ntemmet, u kif kien ikkummenta taħt l-ilsien qarrej ta' dan il-blogg, il-lum saret ħaġa «kominplejs». Il-kwistjoni ta' isem l-ewro nqatgħet ukoll: euro f'testi leġiżlattivi, u ewro f'testi ta' tagħrif ġenerali (innutaw l-użu tal-forma bil-w fil-glossarju Malti tan-NECC - ċjoè, il-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla fl-Ewro).

Imma 'l hawn u 'l hemm, kultant għadu jitfaċċa ċertu nuqqas ta' serjetà. Fit-Torċa tal-lum, hemm artiklu fis-sezzjoni tal-Letteratura (?!?) bit-titlu «Ngħidu ewro!», b'ittri daqsiex, ħdejn stampa kbira tal-bandiera Maltija u stampa oħra –naturalment iżgħar– tal-bandiera ta' l-UE. Minbarra l-kliem minfuħ u għajjien dwar kif il-pajjiż tilef "l-identità" tiegħu mad-dħul fl-Unjoni (bħallikieku l-identitajiet, li f'kull każ jidhirli li spiss ikunu aktar miti milli realtà, jinkisbu u jintilfu mil-lejl għan-nhar) u kif issa rridu nbaxxu rasna għal dak li jordnawlna 'dawk ta' Brussell' (ajma, dawk l-għedewwa mingħajr wiċċ), it-ton superlattiv ta' l-artiklu mhux biss huwa intempestiv iżda jixhed l-atteġġjament infantili ta' wieħed li, sempliċement, ma jafx x'jaqbad jgħid u jispiċċa jobżoq l-ewwel ħaġa li tgħaddilu minn moħħu mingħajr ma jomgħod ftit l-ideat tiegħu. Mhux hekk tħares u ġġib 'il quddiem il-lingwa tiegħek, ras. U mhux ta' b'xejn insibu tant nies preġudikati lejn il-lingwisti! L-aħħar ħaġa li għandna bżonn hi l-pubblikazzjoni ta' artikli ta' din ix-xejra fil-gazzetti, aktar u aktar f'paġna li s-soltu jkun fiha riċensjonijiet ta' kotba Maltin, uħud minnhom tajbin ħafna.

Jien tal-fehma li r-rabta bejn il-promozzjoni tal-lingwa u l-patrijottiżmu għandha tinħall. Mhux għalkollox, imma nemmen li għandha tkun inqas stretta, għax il-kwistjoni tal-lingwa tmur lil hinn mis-sempliċi argument ta' l-identità. Araw il-Qawsalla, per eżempju: hemm bżonn li tidher il-bandiera Maltija fuq il-qoxra, u li l-innu Malti jkun mhux biss fil-bidu iżda wkoll f'tmiem il-ktieb?

Aktar fuq il-Qawsalla meta niġi lura mis-safra, għax minkejja l-valur nostalġiku li jista' jkollha, bħala daħla antoloġika għal-letteratura Maltija nemmen li setgħet saret aħjar. Għalissa, nieħu l-okkażjoni biex intella' mini-intervista li saret lil kelliem anonimu xi erba' xhur ilu, u li (sfortunatament, għalkemm ikolli ngħid li l-mistoqsijiet huma kemmxejn sfortunati) qatt ma ġiet ippubblikata.



Ideat, minn kelliem urban tal-Malti

1) Jissemma ħafna l-fatt li kien hemm insistenza li l-Malti jkun lingwa uffiċjali ta' l-UE għal raġunijiet politici. X'inhuma eżatt dawn ir-raġunijiet? Sempliċement biex ma jkollniex sens ta' inferjorità? Jew jista' jkun li hemm raġunijiet iktar prattiċi biex per eżempju il-Maltin li japplikaw għax-xogħol ma' l-istituzzjonijiet ta' l-UE diġà jkollhom kwalifiċi f'iktar minn lingwa uffiċjali waħda u b'hekk ikollhom vantaġġ żgħir?

IL-PRIEDKA
L-insistenza biex il-Malti jkun lingwa uffiċjali kienet ġustifikata għax kull pajjiż jitlob din il-ħaġa. Kieku ma għamilniex hekk ma kinux jgħidulna bravi, imma konna naqgħu għaċ-ċajt għax konna nkunu qed nirrifjutaw ħwejjeġ naturali.

Kull pajjiż jitlob li l-ilsien nazzjonali tiegħu jkun rikonoxxut uffiċjalment għax ir-rispett lejn l-ilsien huwa rispett lejn il-komunità li titkellmu. Jekk jien ngħidlek li l-Amerikani jitkellmu qishom biċ-chewing gum f'ħalqhom qed ngħaddi ġudizzju negattiv fuq il-kelliema wkoll.

Naturalment, ir-raġunijiet prattiċi huma importanti ħafna u sewwa għamilna jekk ridna nibżgħu għall-interessi tal-ħaddiema Maltin.

Min jitkellem favur il-pożizzjoni tal-Malti qed iġib ruħu normali f'għajnejn il-pajjiżi Ewropej. Kulħadd jagħmel hekk. Min jistħi minn ilsienu jitlef id-dinjità tiegħu.

DRITT GĦALL-PUNT
Kieku l-Malti (l-ilsien nazzjonali ta' Malta) ma ġiex rikonoxxut bħala lsien uffiċjali, seta' jiġri li jinħoloq preċedent u xi ilsna nazzjonali oħra jitqaċċtu mil-lista ta' ilsna uffiċjali. Dan ma kien fl-interess ta' l-ebda pajjiż u jekk il-Malti sar ilsien uffiċjali ta' l-UE dan ma sarx għax EFA ħadem bi lsienu barra, imma għax il-barranin ma ridux teoriji ġodda!

Immaġina d-Danimarka, fejn jafu l-Ingliż tajjeb ħafna, ngħidulhom, "Ħoj! Daniż daqshekk għax il-pajjiżi ż-żgħar jistgħu jinqdew bi lsien dinji bħall-Ingliż..." X'timmaġinahom jagħmlu d-Daniżi? Kif jagħmel il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, li jara l-Malti bħala piż?

2) Jingħad li hemm bżonn li ċerti regoli jkunu bil-Malti għall-użu prattiku minn nies bħal bdiewa - imma tħoss li hemm settur kbir tal-popolazzjoni li tagħmel użu mit-testijiet bil-Malti?

Il-Malti mhuwiex l-ilsien ta' l-injuranti imma tal-Maltin. U l-Maltin iktar jifhmu bil-Malti milli bl-Ingliż. Hemm xi ħaga stramba f'dan kollu? Niftakar li fl-Università kont insib diffikultà għax meta niġi biex nirrabja ma kontx naf nirrabja bl-Ingliż, u l-lekċerers qatt ma laqqtu protesta mingħandi. Kien il-veru każ meta bil-politika lingwistika ssikket l-oppożizzjoni!

Meta bil-Malti niktbu r-regoli, it-tikketti fuq il-prodotti, l-ingredjenti fuq il-pakketti... inkunu qed inxerrdu tagħrif lill-konsumaturi, eċċ. L-info nagħmluha aktar aċċessibbli.

Jiġifieri bil-Malti nkattru d-demokrazija. Staqsu lil Peppi: Xarabank jarah kważi kulħadd għax bil-Malti: stiednu jagħmlu bl-Ingliż, u lanqas jirrepetih il-Ħadd!

Għax il-Malti jfisser suq.

Staqsi lil tal-kotba, u jgħidulek kemm ibigħu bil-Malti. Le, ħbieb, il-Malti mhux tal-bdiewa... il-Malti tagħna lkoll.

---

Bloggati oħrajn fuq il-Malti u t-traduzzjoni:

Għandi fidjuċja
Mwejġa
ewro, bil-w
Malti fl-Ilsien, fil-Qalb, u fl-Unjoni Ewropea #2 – Wiċċ tost
Jum Dinji tat-Tradutturi
Apatija lingwistika + Tweġiba qasira għal kumment anonimu
Malti fl-Ilsien, fil-Qalb, u fl-Unjoni Ewropea #1 – It-tfassil tal-lingwa

Kummenti: 29

Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Antoine,

L-intervista tkompli tgħawwar fil-ferita ta' min għad fadallu rispett għal ilsienu.

Rigward il-lingwa bħala identita' nazzjonali jien insaqsi.
Kif tista tissepera l-lingwa mill-identita’ ? Il-lingwa hija is-sisien ta’ kull nazzjon jew komunita’ fid-dinja. Il-lingwa tibni l-ħsieb u ssawwar manjieri li jiffurmaw kultura ta’ poplu. Il-lingwa tixhed il-kreattivita’ u l-liberta’ ta’ poplu. Fil-fatt fil-Malti wieħed jista’ josserva traċċi qawwija ta’ ħakma, grazzi għan-nutara u l-avukati u l-bella kumpanija ta’ dak iż-żmien. Kienu l-Maltin tal-irħula u oħrajn rashom fuq għonqhom li ma nġarrewx mill-influwenza barranija li komplew jibnu fuq sisien missirijiethom biex ikunu l-periti u l-bennejja l-ġodda ta’ din l-istruttura ta’ espressjoni li hija bil-bosta eqdem mill-bereġ u l-knejjes li bnew il-kavallieri.

Fuq il-kitba tal-ewro ma nistax nifhem għaliex din ittieħdet bħal rebħa meta nifhem li għad hemm kwistjonijiet lingwistiċi mal-komunita’ legali jekk dawn ta’ l-aħħar għandhomx ikomplu jiktbu posizzjoni bis-s (kif huma mdorrijin jagħmlu) minflok pożizzjoni biż-ż kif suppost. Wieħed jista’ japplika Malti differenti meta jiġi għal-kitba legali? Jien din naraha kontradizzjoni kbira. Imma nsomma wieħed għalxejn ifettaq fuq dan meta il-kelma EWRO fiha nfisha hija skomda għall-idjoma Maltija. Jekk illum ngħidu żewġ liri, kif se ngħiduha b’”ewro”. Wisq nissuspetta li nagħtuha l-plural Ingliż minflok intemmuha bl-“o”.

Felula oħra fuq ilsienna!!

7/5/06 20:29  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi tal-kumment, Mikiel. U skużani, forsi ma fissirtx ruħi sewwa. M'iniex qed nipprova nissepara l-lingwa mill-identità, dawn ovvjament imorru id f'id. Il-punt li nixtieq nagħmel hu li l-kwistjoni ta' liema lingwa għandha tintuża f'kull qasam tal-ħajja jidhirli li ma tissolvix ruħha biss billi nieħdu l-lingwa bħala simbolu ta' l-identità tagħna. Dan huwa argument li x'aktarx jista' jinstema' simplistiku. Mhux biżżejjed ngħidu li l-Malti għandu jkun lingwa uffiċjali (tal-pajjiż jew ta' l-UE) għax aħna Maltin u daqshekk; kif aċċennajt int stess b'mod tanġenzjali, l-istatus tal-Malti għandu jkun promoss u mħares għax huwa l-lingwa li biha jikkomunikaw, jaħsbu, jirraġunaw, jifirħu, jitnikktu, joħolqu, irabbu u jitrabbew -u in definittiva, jeżistu- iċ-ċittadini Maltin (jew l-istragrande maġġoranza tagħhom). Huma raġunijiet eżistenzjali, jekk trid, pjuttost milli simboliċi. Imbagħad, b'riferenza għal dik il-kitba tat-Torċa, naħseb li jkun għaqli jekk wieħed jipprova jikkonvinċi b'argumenti sodi, aktarx milli joħroġ iperper il-bandiera bħallikieku s-simboli kienu jfissru u jiddenotaw kollox.

Imbagħad hemm dik il-bandiera fuq il-Qawsalla... fil-fehma tiegħi, l-iskop aħħari ta' l-istudju tal-letteratura mhuwiex li tkompli ssawwar in-nazzjonalità tiegħek, qisna rridu niddawru minn elf simbolu u elf xbieha biex insiru tassew dak li aħna jew li s-soċjetà tridna nkunu (aktar u aktar jekk tkun soċjetà omoġenizzanti bħal dik ta' l-Ingilterra...). L-istess jgħodd għall-istudju tal-lingwa: nistudjawha għax hija għodda essenzjali biex naħsbu u biex ninteraġixxu ma' ta' madwarna, mhux biex insiru eżempji ħajjin ta' xi arketip ideali. L-istudju tal-letteratura wkoll jgħallimna naħsbu, u forsi aktar minn hekk, jgħinna ngħożżu l-proċess, il-kapaċità u anki s-sbuħija tal-ħsieb. Tkun ħasra jekk wieħed joħroġ mill-iskola u jaħseb li studja l-letteratura Maltija sempliċement għax huwa Malti, bħal speċi ta' taħriġ biex jitgħallem x'inhu dak li suppost jagħmlu differenti mill-bqija tal-komunitajiet tad-dinja: il-letteratura m'hijiex fenomenu nazzjonali iżda universali, u naħseb li għandha tkun mgħallma u studjata bħala tali.

Nispera li spjegajt ruħi sewwa, għandi ngħas ta' l-għaġeb!

7/5/06 23:54  
Blogger Zemploid qal/qalet...

Antoine:

With regards to Qawsalla, I don't know what "valur nostalġiku" you could possibly be referring to; nostalgia is most certainly something I do not harbour for that awful, awful piece of work.

Following that up with "bħala daħla antoloġika għal-letteratura Maltija nemmen li setgħet saret aħjar" is an understatement of the highest order.

It was a bloody terrible book, and let's make no bones about it. It was packed with mediocrity, and it is only now, fifteen years later that I realise that Maltese literature is not the crap that packed the print on those pages. The book effectively put me off reading Maltese prose and poetry for years and years. I know it's had the same effect on many other people I know.

And now, a couple of comments to L-Istordut Kroniku:

1. I've said it before, and I'll say it again: I have no confusion in my mind as to my Maltese identity.
I am as Maltese as the next person.
I may not identify with the Maltese language, and I may only speak it when absolutely necessary, but nobody and nothing is going to convince me that I am any less Maltese for doing so. My choice to use English as my principal language of communication does not denigrate the value of Maltese, which I respect fully and appreciate as much as anyone else.
So yes, language and identity can very well be separated from each other. I am living evidence of this.

2. "fil-Malti wieħed jista’ josserva traċċi qawwija ta’ ħakma, grazzi għan-nutara u l-avukati u l-bella kumpanija ta’ dak iż-żmien. Kienu l-Maltin tal-irħula u oħrajn rashom fuq għonqhom li ma nġarrewx mill-influwenza barranija li komplew jibnu fuq sisien missirijiethom biex ikunu l-periti u l-bennejja l-ġodda ta’ din l-istruttura ta’ espressjoni li hija bil-bosta eqdem mill-bereġ u l-knejjes li bnew il-kavallieri."

This reeks terribly of classism. As a lawyer, I can tell you that reality is in fact much simpler:
(a) any group of professionals in any given linguistic group will develop its own jargon: and the Maltese legal profession has been no exception to this rule.

(b) The reason why Maltese lawyers (and notaries) have turned to an Italianate jargon-form is simply because the bulk of our legislation is continental in nature, and is therefore termed in latinate phraseology which does not lend itself to translation in the main part.

(c) Lawyers and notaries and their italianate form of Maltese have been criticised for years and years, and the root of this criticism goes back to the language question of the 30's. The language question was closely linked to the political question, and this is where classism comes into the picture. I would have thought that 80 years later we would have surpassed this phase of our history. Apparently not.

Let me create an analogy:
Chemistry does not lend itself to be translated into Maltese, and in fact English is the lingua franca in this subject. The only reason why we don't target the scientists in our midst for being less linguistically faithful to Maltese is that chemistry never worked its way into the political scene, unlike law and lawyers who have a wonderful knack of hogging the limelight ;-)

So let's cut the lawyers and notaries a little slack, shall we? They're not bogey-men, out to deprecate Maltese. Far from it. They're just doing their jobs, which is to use a means of communication by which they understand each other clearly and precisely.

... which is, coincidentally, the whole scope of language itself.

8/5/06 01:12  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Antoine,
Naħseb li fhimtek. Il-lingwa hija għodda li tgħinna nsiru iktar bnedmin qabel kollox. Naqbel ma’ dan imma l-bnedmin iħobbu wkoll jinfirxu fi gruppi u jiddistingwu ruhom separatament. Mingħajr dan il-fenominu fid-dinja kieku m’hawnx dawn il-kulturi kollha. Il-lingwa hija parti essenzjali mill-kultura u dawk il-kulturi li jfittxu biex ikunu aktar kreattivi minn oħrajn jużaw il-lingwa bħala għodda ewlenija.
Tinduna bil-kreattiva fil-kultura meta tosserva kemm ilsien il-poplu huwa mogħni bit-termni u l-artikulazzjoni. Dan qed ngħidu mhux f’sens assolut li wieħed ma’ jiddakkarx minn lsien ieħor jew li joqgħod jitbeżża’ li se jitniġġeż minn termni barranin, imma il-lingwa tirrifletti l-kapaċita’ kreattiva tal-popli skond kemm u kif dan jassorbi u jħaddem it-termini importati fl-istrutturi tiegħu.

Fid-dinja mgħoddija u dik preżenti, kemm fil-qasam letterarju, xjentifiku, mediku u politiku, il-kreattivita’ dejjem kienet ammirata u ppremjata minn bosta popli madwar id-dinja u xi minn daqqiet ġiebet l-għira ta’ oħrajn. Fi kliem ieħor dak li hu uniku, oriġinali, innovattiv u kreattiv huwa dejjem imfaħħar u miġjub f’għajnejn il-bniedem. Dak li jixximjotta huwa biss iggustat fid-deher mid-dominatur politiku jew ekonomiku tiegħu għax dan tal-aħħar jaqbillu jibqa’ fuq quddiem.

Aħna lkoll irridu ngħixu flimkien bħala bnedmin, kemm jista’ jkun hienja u fis-sliem. Jekk id-dinja tadotta lingwa waħda, xorta l-bniedem jirnexxielu jnibbet fih id-differenzi li jġiegħluh iħossu uniku. Naturalment f’dinja b’lingwa waħda (jekk din hija possibbli) x’aktar ifisser li jkollna wkoll kultura waħda dominanti li jirnexxielha iżomm lil kulħadd jagħqad f’ċirku wieħed prinċipali. Forsi hawn min qed jimmira għat-twettiq ta’ dan il-kunċett.

Lil Zembloid nirringrazzjah tal-kummenti tiegħu tipikament “Maltin” li għalkemm naf li hu bil-bosta kapaċi aktar minni biex ikompli l-argument bil-Malti, jagħżel il-lingwa uffiċċjali tal-kostituzzjoni Maltija. Ovjament għal ħafna Maltin oħra, din hija forma ta’ “Malti “ ukoll. M’għandux għaliex iħossu inqas Malti minni jew minn kull Malti ieħor fuq din l-art għax jagħmel l-Ingliż parti minn ħsiebu u mġiebtu. Dan għax ir-realta’ Maltija titlob propju hekk. Ara din ma tapplikax għal xi Franċiż li jgħid li hu Franċiż filwaqt li jissepara ruħu mil-lingwa Franċiża jew Ingliż mil-Londra li jagħmel l-istess. Imma f’Malta minn dejjem kellna sezzjoni tal-poplu li tippreferi il-lingwa ta’ min kien jamministrana. Zemploid huwa Malti u ngħidx li hu! Huwa jekk inħottu Ħaġar Qim u nibnu replika ta’ Stonehenge insiru Ingliżi ...jew jekk inżarmaw Kastilja u nibnu replika tal-Bini Parlamentari Ingliż ifisser li ma nibqgħux Maltin. Altru.

Pero Zemploid għandu għaliex iħossu Malti iktar minni, għax il-lingwa li hu għażel u jħaddan hija omnipreżenti u meqjusa bħala superjuri ħdejn dik li nħaddan jien. Jista’ jserraħ rasu li hu Malti għax ħafna Maltin oħra adottaw l-Ingliż. Xejn ħażin b’daqshekk u nispera li ma nkunx interpretat b’mod negattiv fuq dawn il-kummenti. Jekk xi darba jkolli x-xorti li niltaqa’ ma’ Zemploid, ikun pjaċir tiegħi li ngħidu kelmtejn bejnietna anki bl-Ingliż biex ma nidhirx li jiena mnieħri mxammar. Jien għandi ħafna ħbieb u anki qraba li għażlu din il-lingwa ta’ Zemploid. Xorta nħobbhom daqs dawl għajnejja.

Fuq in-nutara u l-avukati ma naħsibx li kont klassista. Jien semmejthom għax filwaqt li f’idejhom kellhom ir-riedni tal-kultura min-naħa l-oħra urew ruħhom inqas disponibbli biex jilqgħu l-isfida tal-kreattivta’.

Is-sliem

8/5/06 11:26  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

ehe.

Issa jista' xi hadd jghidli jekk fil-Malti ghandniex kelma ohra iktar semitika minflok "ugwaljanza" ? Tenkju.

8/5/06 14:59  
Blogger Erezija qal/qalet...

din il-prattika li nippruvaw insibu kliem semitici biex il-malti jitmallat iktar ma tantx innizzilha. Il-kelma "ugwaljanza" hija kelma maltija daqs kemm hi l-kelma "baħar".

8/5/06 16:11  
Blogger Lameen Souag qal/qalet...

Hi, and thanks for the link! I love trying to read Maltese - it's a perpetual surprise seeing words I had always thought of as quintessentially Algerian in this new guise hundreds of miles away. Mind you, it's not easy - just when I think it's all coming together, some unrecognizable word throws me. Let me see if I can translate a bit of this post:

Well, then. The discussion on whether Maltese can be an official language of the EU to which it belongs, and how the comments on the language were ?ing in this blog, has now become a "commonplace" matter. The question of the name of the euro has split and all: "euro" in legislative texts, and "ewro" in general information texts (note the use of the w-form in the NECC Maltese glossary - that is, the National Euro Changeover Committee.)

No idea at all about "qarrej", and not totally confident about some other words (like "jekk"), but there you go... And the motto on top is, of course, "Life is a foreign language; all men mispronounce it".

8/5/06 17:04  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Naqbel mija fil-mija mal-punt ta' ereżija (mhux ta' b'xejn: din is-sentenza taqbel wkoll, minħabba l-alliterazzjoni). Għalkemm naħseb li l-punt li qed jagħmel Jacques huwa differenti, kif nittama li jispjegalna huwa stess.

Dwar il-kummenti validissimi ta' Mikiel u z-Zemp, biss nixtieq inżid li, għalkemm nemmen li l-identitajiet mhumiex assoluti (jiġifieri, naħseb, appuntu, li huma relattivi, imma li ħadd ma għandu d-dritt ikejjel il-grad ta' nazzjonalità ta' ħaddieħor - tgħidx kemm ninħaraq jien meta xi ħadd wiċċ tost jgħidli "imma int m'intix Malti!!" minħabba l-aċċent tiegħi), naqbel magħkom li wieħed Malti li jkun trabba bl-Ingliż mhuwiex 'inqas' Malti minn dawk li jitrabbew fil-lingwa ta' Vassalli. Fl-istess ħin, ma togħġobni xejn l-idea li wieħed jista' jkun aktar "internazzjonali" minn ta' maġenbu sempliċement għax trabba b'"ilsien dinji" bħall-Ingliż. Dak li jagħmillek aktar "internazzjonali" huwa l-ftuħ tal-moħħ, atteġġjament li jfittex jittraxxendi l-fruntieri ta' l-istat-nazzjon u ta' l-identità, jew anki dawk tal-lingwi (jekk tinzerta tkun poliglotta...). Kemm hawn nies jitkellmu bl-Ingliż biss (f'Malta, fir-Renju Unit, f'dak il-pajjiż mingħajr isem li "seraq" dak tal-kontinent) u ma jridux jirrispettaw lingwi u kulturi oħrajn? Din l-ossessjoni bin-numru wieħed -bis-singular kontra l-plural- tmarradni.

Lameen: Nice to see you are enjoying deciphering what you can of Maltese, I know the exciting feeling you get when you realise you can actually understand a code or language you happened to stumble across!

With regard to your translation, you're close:

"Yes, I know. The discussion on whether Maltese should be an offical language of the EU finished a long time ago, and as a reader ('qarrej') of this blog had commented tongue-in-cheek (lit.: under the tongue), it has today become a commonplace matter (the word 'kominplejs' was meant as a humorous transliteration of the English, but is not a Maltese word). The question of the name of the euro has also been settled (lit.: was cut)...".

"Jekk" means if (for conditions which are possible), although we also use "kieku" (for conditions which are considered impossible).

Are you from Algeria?

8/5/06 19:32  
Anonymous Kenneth Camilleri qal/qalet...

Hawn fuq xi hadd semma l-Ingliz bhala l-lingwa ta' dawk li kienu jahkmuna (u ghalhekk ipprova jaghti timbru postkolonjali lill-uzu tieghu). Ma ninsewx, pero', li barra minn hekk l-Ingliz illum inzerta rega' fegg fostna, u fost kulhadd fid-dinja, bhala l-lingwa tal-komunikazzjoni internazzjonali. Jigifieri l-Ingliz mhuwiex daqstant importanti ghax huwa l-lingwa ta' l-Ingilterra (u l-Amerka), imma aktar u aktar ghax huwa l-lingwa li Germaniz juza biex jithaddet ma' Gappuniz, li Franciz (kontra qalbu kemm irid) ikollu juza jekk irid jghid kelmtejn ma' Nigerjan, li Braziljan juza biex jikkomunika ma' xi Russu u li jien u int (ixxurtjati li nzertajna twelidna Malta u l-Ingliz xrobnih ma' halib ommna flimkien mal-Malti) nitkellmuh u nifhmuh bla diffikulta' halli nikkomunikaw ma' kwazi kull min irridu minn kull rokna tad-dinja. Id-diskorsi dwar il-passat kolonjali ta' Malta huma skaduti wahda sew, u posthom huwa fil-kotba ta' l-istorja. Min juza u jipprattika l-Ingliz mhu qed ipaxxi lill-ebda hakkiem barrani (hlief xi hakkiem il-mohh misthajjel), imma jkun sempliciment qed jiskjera ruhu bhala cittadin internazzjonali, bhala parti mill-familja estiza umana, aktar milli biss cittadin kburi ta' dik il-blajta pjuttost gherija f'nofs il-Mediterran.

9/5/06 21:07  
Blogger Lameen Souag qal/qalet...

Yes, partly Algerian. I should have figured out qarrej - for some reason I forgot to read the j as y. I can't think of an etymology for jekk, but kieku might have something to do with Algerian ki (=when) and ikun (=be).

10/5/06 12:31  
Blogger Zemploid qal/qalet...

Mikiel:

... naf li hu bil-bosta kapaċi aktar minni biex ikompli l-argument bil-Malti, jagħżel il-lingwa uffiċċjali tal-kostituzzjoni Maltija.
Wrong.
Sad to say, I've lost my Maltese idiom. It left me many years ago, and I have never done anything to resurrect it.
Yes, I can speak flawless Maltese and write it without so much as a misplaced "għ" anywhere ... but it sounds like laboratory-generated speech; completely limp and lifeless. I am incapable of being as idiomatic in Maltese as I know I can be in English, so I just don't bother any more.

Pero Zemploid għandu għaliex iħossu Malti iktar minni, għax il-lingwa li hu għażel u jħaddan hija omnipreżenti u meqjusa bħala superjuri ħdejn dik li nħaddan jien.
Your starting point here seems to be based on an self-accepted form of inferiority complex.
Let's start from here: there's no such thing as a superior or an inferior language. I don't consider Maltese and English to be superior or inferior to each other in any way. One may argue that Language X has a richer vocabulary than Language Y, or a greater range of verb tenses ... but this has nothing to do with inferiority or superiority. It simply creates a context in which the language may flourish or not.
Also, I did not choose English, so much as it chose me. I have never made a conscious choice to abandon Maltese in favour of English. It just happened because of the weird set of circumstances life throws our way. I drifted away from a language for which I had no use and made no attempt at getting close to it ever again.
It's a bit like an amicable divorce: Maltese is still the pretty babe I used to date a long time ago. We're still great friends - only I don't feel the need to go to bed with her any more; I'm quite happy with my current date, and see no reason for turning back the hands of time.

10/5/06 23:46  
Blogger Zemploid qal/qalet...

And one other thing ...

Mikiel, no, lawyers and notaries cannot afford to be creative in their language. That would be the very antithesis to what they do. We specifically undergo years of training to be anti-creative in our language!

In our world words must, perforce, have one meaning, and only one meaning. Multiple interpretations are to be avoided like the plague, and so we spend our lives drafting and redrafting documents to make sure that all traces of ambiguity are eliminated; this is why (as a profession) we are incredibly conservative when it comes to language.
Importing latinate terminology in preference of the home-grown version has proven to be a huge asset to our legal system, because it means that effectively we have imported a 2000-year old meaning attached to it ... and meanings that old are unlikely to vary at this stage ;-)

11/5/06 00:00  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Grazzi Antoine talli ftaħt din id-diskussjoni. Ippermettili ftit spazju iktar.

Prosit Zemploid, tkellimt tajjeb. Jien użajt il-kliem “meqjusa bħala superjuri” u dan għax propju naqbel miegħek. Bħalek naħsibha li mhemmx lingwa aqwa jew inqas minn oħra. Imma s-sens ta’ inferjorita’ jew superjorita’ jeżisti f-imġieba tan-nies u rrid jew ma rridx bilfors inħossu dan meta f’kull uffiċċju li nidħol u nagħtihom ismi, fil-pront idawruh għal verżjoni Ingliża. Bilfors tħossok inqas stmat meta għal darb darbtejn tibgħat ittra bil-Malti lil xi dipartiment u kull darba tirċievi lura t-tweġiba bl-Igliż. Meta nara li kull attivita’ għall-irjus kbar dejjem tkun indirizzata u fornuta b’lingwa oħra għajr dik li nuża jien, awtomatikament nikkonkludi li waħda hi iktar ippreferuta minn oħra, mhux għar-rikkezza tagħha jew għall-kapaċita konjugali imma għall-istatus .

Għalkemm int korrett meta tgħid li lingwa tista tkun iktar rikka minn oħra fil-vokabolarju jew li għandha konjugazzjoni usa, jiena nħoss li dan l-istat ta’ fatt jidddependi ħafna mill-kelliema jew il-kittieba biex jiżviluppawha u jespanduha. Għalhekk il-nies li jamministraw, l-intellettwali u l-professjonisti huma ċ-ċavetta ta’ kemm l-għodda tal-ilsienhom tinsann u titħaddem. Dari, l-avukati u n-nutara flimkien mal-qassisin u t-tobba kienu l-iktar nies edukati fil-pajjiż u xi xi wħud minnhom għarfu jiddistingwu ruħhom mill-ħakkiema tagħhom, oħrajn raw kif għamlu biex jidhru bħalhom. Nifhem li ma kinitx faċli għalihom fiċ-ċirkostanzi ta’ dak iż-żmien bħalma mhijiex faċli għalina llum biex nikkultivaw kultura awtentika, imma bħal ma għidt qabel, dak li jistinka joħroġ rebbieħ u jkun ammirat anki mill-avversarji tiegħu. Jekk xi ħadd jibda jimitak u jikkopjak f’kollox ma ssibx valur fih jekk mhux biex turi kemm fil-fatt int aktar avvanzat u oriġinali minnu.

Din il-mentalita’ purament funzjonjarju jeħtieġ li ninfatmu minnha. Minkejja ir-riżorsi limitati tagħna xorta nistgħu nagħtu timbru awtentiku lix-xogħol u lill-kultura tagħna u dan issir mhux billi sempliċiment inwaħħlu s-salib tal-kavallieri fuq xi logo.

Ma’ seħibna Kenneth Camilleri jiena nissimpatizza miegħu meta jgħid li għax nafu l-Ingliż allura nikkomunikaw mad-dinja kollha. Id-dinja kif nafuha aħna hija dik li nirċievu mid-dinja anglofona. Dinja wiesa’ tassew u għal ħafna hija suffiċjenti mimlija u mħawra biżżejjed biex tesgħek għal seba’ ħajjiet. Imma nkunu babbi jekk naħsbu li illum ma' jeżistux ħakkiema. Kull min ħakem u kkolonizza fl-imgħoddi xerred il-kultura tiegħu u l-lsienu. Hekk għamlu l-għarab, ir-rumani, l-ispanjoli u ħafna oħrajn. L-Imperi tal-lum huma dawk ekonomiċi u kulturali, puliti u demokratiċi u għalhekk id-dinja tikkomunika b’ilsien l-“imperaturi”.

Min jaf jekk għada pitgħada meta aħna ma nkunx hawn, il-ġenerazzjoni ta’ warajna jkunx qed jibbloggjaw dwar kemm hu importanti li jintuża ċ-Ċiniż biex il-popli jikkomunikaw bejniethom?

Is-sliem l-aħwa.

12/5/06 11:37  
Anonymous Kenneth Camilleri qal/qalet...

Mikiel, forsi harbitlek kelma wahda milli ktibt jien... "(bl-Ingliz) nikkomunikaw ma' KWAZI kull min irridu minn kull rokna tad-dinja." Iva, dazgur, ghad baqa' min l-Ingliz ma jafux, pero' dan-numru qed jonqos kuljum.

Naqbel assolutament mieghek li min jahkem jaghmel il-ligi... u allura jista' anke jimponi lsienu fuq haddiehor. Dan minn ghewl id-dinja u bl-ebda mod hadd mhu se jibdlu ladarba tas-Sular ta' Fuq ghogbu jqasqas il-gografija tad-dinja f'pajjizi kbar u ohrajn zghar.

U naqbel mieghek li l-imperi ghadhom jezistu, anke jekk illum hadu bixra aktar kummercjali milli politika (u ghalhekk anqas minn qabel abbazi ta' l-etnicita' u l-lingwa per se).

Madankollu, xejn minn dan ma jnaqqas il-vantagg li kulhadd fid-dinja jitkellem lingwa wahda biex b'hekk inkunu kapaci niftiehmu, u forsi nibdew ningwalawha ahjar ma' xulxin.

Issa la l-esperanto ma rnexxiex, u l-Ingliz medd ghonqu floku b'certu success, ejjew nibnu fuq li ghandna. Kif ghidt fil-bloggata ta' qabel, ahna l-Maltin l-inqas li ghandna xi ngergru dwar dawn ic-cirkustanzi ghax l-Ingliz tajjeb jew hazin nafuh diga'. Xi nghidu ghal min qed ikollu jibda mill-bidu, bhal m'huma qed jaghmlu l-maggorparti tal-pajjizi tad-dinja fejn l-Ingliz ma kellux rabta tradizzjonali qabel l-era tal-globalizzazzjoni.

Kieku l-Malti, ohrog il-ghageb, sar il-lingwa internazzjonali forsi konna niehdu pjacir aktar, imma l-aspett storikopolitiku huwa fattur li jilghab parti wkoll u dan ma nistghux nichduh jew naharbu minnu.

Imma kif ippruvajt naccenna fl-ittra l-ohra, l-Ingliz internazzjonali la huwa dak Brittaniku u lanqas dak Amerikan, imma dak li jintuza minn popolazzjoni ferm akbar minn dik ta' dawn iz-zewg pajjizi maghduda f'salt, jigifieri dawk kollha li juzawh bhala t-tieni lingwa taghhom.

Isma' din l-annedota vera:
Kont qieghed fi progett Praga b'partecipazzjoni ta' zghazagh minn xi hamsin pajjiz. Il-lingwa ufficjali tal-progett kienet l-Ingliz (le mhux ic-Cek!) u kull min kien hemm kellu bhala pre-rekwizit ikun jaf l-Ingliz. Kien hemm min kien kelliem nattiv (Inglizi, Amerikani, Awstraljana), ohrajn li jafuh sew u ohrajn hekk u hekk. Madankollu, minkejja l-lingwa komuni nnutajt qasma lingwistika inkwetanti. F'kull attivita' bdew ifeggu zewg gruppi, dak tal-kelliema nattivi (grupp limitat hafna) dejjem flimkien, u iehor tal-bqija (grupp ferm akbar u aktar mxewwaq). Iz-zewg gruppi kienu t-tnejn li huma jikkomunikaw internament bl-Ingliz, imma l-komunikazzjoni bejn grupp u iehor kienet difficli minhabba d-djuqija ta' l-accenti nattivi, l-ghagla fid-diskors, elementi idjomatici u x'naf jien.

Fil-verita', allura, kien hemm ZEWG lingwi u mhux wahda. Ghiduli intom, liema wahda kienet l-Ingliz Internazzjonali: dak mitkellem min-nattivi jew mill-ohrajn? Fil-fatt, in-nattivi spiccaw bhala l-"outsiders" fil-bicca l-kbira ta' l-attivitajiet, ironikament minhabba l-lingwa (le, mhux ghax kienu xi qabda keshin, ghax fil-fatt kienu nies tqatta' u tiekol minnhom). Jien, wiehed Indjan minn New Dehli, wiehed Jemenita imma li kien jghix Kalifornja u iehor Spanjol li ghex ghal xi zmien l-Irlanda hassejna z-zewg gruppi lingwistikament komdi ghalina, imma l-grupp "tal-bqija" (ta' l-Ingliz Internazzjonali) gibidna aktar ghax, naturalment, kien fih aktar buzz...

Il-moral ta' dan kollu huwa li forsi anke l-Inglizi u l-Amerikani ta' min huma wkoll jibdew jerhulha bhal haddiehor fid-dinja ghal-lezzjonijiet ta' l-EFL (English as a Foreign Language) jekk jixtiequ jindhiesu mill-gdid fil-familja dinjija li titkellem l-Ingliz Internazzjonali. Jekk le se jibqghu barra.

Rigward ic-Cinizi, iva, jista' jkun li xi darba jippruvaw jimponu lsienhom fuq haddiehor, imma s'issa bosta minnhom ghandhom herqa sfrenata biex jitghallmu l-Ingliz ghax jixtiequ jirnexxu fid-dinja tal-lum.
U ahna l-Maltin? Ahna orrajt... dment imma li ma nitilfux l-Ingliz! (U lanqas il-Malti, naturalment, meta nkunu bejnietna fuq il-blajta li zghira kemm hi zghira hija taghna).

Sahha, u skuzawni li tawwalt.

12/5/06 14:32  
Anonymous Maria qal/qalet...

Naqbel magħkom li l-lingwa u l-identità jmorru id f'id. Għax ħsibijietna mhumiex ħlief kelmiet. Ikolli però nammetti li aktar nemmen fl-identità individwali milli f'dik nazzjonali. Meta ġie ddeċifrat id-DNA tal-bniedem sirna nafu li r-razza (aħseb u ara n-nazzjon) bħala karatteristika tal-ġisem m'għandha l-ebda importanza, għax possibbli li minkejja r-razza differenti żewġ individwi jkollhom aktar punti komuni bejniethom minn żewġ oħra ta' l-istess razza. Bl-istess mod bnedmin li jaqsmu l-istess lingwa mhux bil-fors jaqsmu anki l-mod ta' kif jirraġunaw, għalkemm l-għodod bażiċi huma l-istess. Anzi possibbli li tħossok eqreb lejn xi ħadd min-naħa l-oħra tad-dinja milli lejn il-ġar tiegħek.

Miniex lesta biex nikkritika l-Qawsalla, għax għad ma kellix ċans naqraha, u ovvjament lanqas żviluppajt biżżejjed is-sens ta' stil tajjeb f'din il-lingwa. Imma f'kull każ mingħand ktieb għaż-żagħżagħ nistenna li jkollu stampi, noti u għajnuniet oħra kif ukoll spazjar inqas fatikuż minn hekk! U mingħand daħla għal-letteratura Maltija jiena personalment kont nistenna xi sekwenza storika minn Caxaro sa llum. It-titli tat-taqsimiet li fiha xejn ma jogħġbuni. L-ewwelnett, ir-reliġjon hija ħaġa privata u personali ħafna, u mhux postha hemm. Għalija m'hemmx problema jekk f'antoloġija bħal din jinsabu anki testi fejn ir-rwol tar-reliġjon huwa importanti ħafna, jekk jinsabu hemm għall-valur letterarju tagħhom u r-reliġjużità tkun karatteristika tal-kittieb. Ir-reliġjon apposta għar-reliġjon mhux postha fil-lezzjoni tal-Malti, għax dan kontra l-prinċipju tal-libertà reliġjuża, hux? U mill-bqija, ma nafx għala hemm bżonn ta' "din l-art ħelwa" u l-"wirt tagħna". Min hu Malti, lil Malta jafha tajjeb, hux? B'"letteratura Maltija" ovvjament nifhem mhux testi mimlijin bil-folklor Malti imma testi b'valur letterarju miktubin minn Maltin. F'dal-punt kull diskussjoni żejda, għax kull kitba miktuba minn Maltin bil-Malti hija per definitionem kitba Maltija. Mhix idea tajba jekk iż-żagħżagħ jemmnu li bil-fors għandha jkollha suġġett u kontenut "nazzjonali". Tali trattament mhux biss ma jagħtix liż-żagħżagħ Maltin iċ-ċans li jaqraw l-isbaħ u l-aħjar kitbiet b'ilsienhom (għax il-kriterju ta' l-għażla differenti) - anzi tinħoloq l-impressjoni li l-letteratura Maltija hija ħaġa lokali, dejqa, ta' interessi magħluqa. Nafuh tajjeb li hemm xi nies jemmnu li l-Malti huwa ħaġa għan-nazzjonalisti (waqt li dawk b'moħħhom miftuħ jużaw l-Ingliż). Ħasra jekk isaħħu din l-attitudni l-istess nies li jħobbu u jixtiequ jippromovu l-Malti!

12/5/06 21:49  
Anonymous Maria qal/qalet...

Zemploid: Tista' tagħti xi parir dwar kif nista' nitgħallem it-terminoloġija legali Maltija (u s-sistema legali)? Jiena traduttriċi, u fil-futur nixtieq nittraduċi anki mill-Malti.

Grazzi
Maria

12/5/06 22:39  
Anonymous Maria qal/qalet...

Ma nafx... dik ta' l-Ingliż bħala l-lingwa dinjija tidhirli aktar mit milli realtà. Iva, f'xogħli s-soltu nuża l-Ingliż (miktub permezz ta' l-internet) għall-komunikazzjoni mal-kullegi u l-klijenti li mhumiex kelliema tal-Ġermaniż jew tal-Grieg - jew tal-Malti (jiġifieri nuża l-Malti mal-kullegi Maltin, imma klijenti m'għandix f'Malta). Imma jkolli nammetti li kważi qatt m'għandi okkażjoni biex nuża l-Ingliż f'kuntesti oħrajn (jiġifieri barra mill-kamp tat-traduzzjoni). Mal-barranin l-oħrajn hawn il-Greċja nuża kważi dejjem il-Grieg, jiġifieri l-Ingliż nitkellmu biss ma' xi Ingliżi meta għandi aptit nipprattikah. Il-każijiet fejn l-Ingliż seta' serva bħala mezz ta' komunikazzjoni "bejn il-Ġermaniż u l-Ġappuniż", bħalma jgħid Kenneth, s'issa kważi m'eżistewx f'ħajti. Niftakarni nitkellem bl-Ingliż meta kelli nibdel ajruplan f'Amsterdam kif ukoll ma' xi turisti f'xi youth hostels. Imma fl-okkażjonijiet b'pubbliku "internazzjonali" tassew l-Ingliż xejn m'għenni! Pereżempju meta ħadt sehem f'kompetizzjoni tal-Latin għall-iskejjel sekondarji Ewropej l-Italja, dana kollu sar bit-Taljan biss: direzzjonijiet għall-eżami, programm kulturali, premjazzjoni - kollox ħlief it-taħdita ta' l-abbati ta' Montecassino, li saret bil-Latin! Insomma, min ma kienx jaf bit-Taljan ma kellu ċans lanqas jistaqsi fejn hu t-tojlit. Din storja ta' l-1987. Imma anki fl-2004, meta ħadt sehem fil-konkors ta' l-UE u mort l-Italja, is-sitwazzjoni kienet l-istess. L-eżami sar f'inħawi rurali, fejn in-nies mhux biss bl-Ingliż ma tafx, imma lanqas bit-Taljan standard. U iva, id-direzzjonijiet ingħatawlna bit-Taljan biss. Imma anki bħala turista l-Ingliż s'issa la għenni fi Spanja (il-Franċiż biss) u lanqas fit-Turkija (l-aktar il-Ġermaniż). Insomma, jiena ma tantx nemmen f'dan ir-rwol suppost ta' l-Ingliż. Anki fuq l-internet għandi l-impressjoni li l-biċċa l-kbira tas-siti li n-nies iżuru huma bil-lingwa omm tagħhom. Iva, m'hemmx dubju li hemm pereżempju miljuni ta' bloggijiet biċ-Ċiniż. U żgura li qatt ma jonqsulhom il-qarrejja!

Tifhmunix ħażin... bħala traduttriċi naturalment miniex kontra l-Ingliż. Imma miniex favur l-Ingliż BISS. Potenzjalment KULL lingwa tista' tintuża f'kuntest "internazzjonali" - anki l-Malti! (Għax ma naħsibx li jiena l-unika barranija li għażilt din il-lingwa.) U jekk inħobb anki l-Ingliż, inħobbu aktar għax dik il-lingwa ta' Shakespeare milli għax il-lingwa ta' l-ekonomija. U għax insib xi ġmiel fiha meta nismagħha mitkellma minn kelliema nattivi - u mhux mill-"Ġermaniż u l-Ġappuniż" li jagħmlu żbalji bħalma nagħmel jien. Jekk ikollok ċans titgħallem lingwa barranija waħda biss, naturalment l-Ingliż għażla tajba. Imma jekk titgħallem 5, għala hemm bżonn li jkunu "lingwi kbar" il-5 kemm huma? Jiena ta' l-opinjoni li għandna nagħtu ċans anki lil-lingwi "żgħar". Ħeqq, lanqas il-verità li l-Malti "lingwa żgħira", għax nofs il-lingwi tad-dinja għandhom inqas minn 10000 kelliem, jekk niftakar sew! Biss bħala lingwa uffiċjali ta' pajjiż sħiħ huwa "żgħir", bħalma Malta nnifisha hija pajjiż żgħir.

Imma għala pajjiż ċkejken u mingħajr minoranzi lingwistiċi għandu jkollu 2 lingwi uffiċjali? Ir-rwol ta' l-Ingliż f'Malta ma tantx nifhmu. Jekk fhimt sew, Malta qatt ma kellha tradizzjoni bilingwi ta' veru, u fi żmien il-kolonjaliżmu xi 10 % biss kienu jafu bl-Ingliż u bit-Taljan (l-istess nies, nimmaġina, hux?) Mela għala hemm bżonn ta' tali "bilingwiżmu" WARA tmiem il-kolonjaliżmu f'Malta??? Naturalment hemm bżonn ta' lingwi barranin, imma jeħtieġ tassew li waħda minnhom tkun hekk dominanti? (Bilħaqq, ilni nosserva t-tendenza, pereżempju fid-diskussjoni dwar il-lingwa fil-gazzetti Maltin, li jiġbdu konklużjonijiet dwar il-lingwi mhux Semitiċi (meqjusin bħala superjuri) kollha mill-Ingliż u t-Taljan biss. L-aktar teorija stramba li rajt s'issa u li daħħkitni tassew, kienet l-idea li l-Maltin jgħidu n-numri "bil-maqlub" (!), għax l-Għarab jiktbu u jaqraw mil-lemin għax-xellug :-))))) Ħeqq, skond dan il-kriterju anki l-Ġermaniż lingwa Semitika!) U għala hemm bżonn ta' l-Ingliż bħala l-lingwa ewlenija ta' l-edukazzjoni? It-tagħlim pereżempju tal-kimika b'lingwa barranija BISS fl-iskejjel fil-fehma tiegħi totalment inutli. Min ma jkomplix jistudjaha wara l-iskola jinsa kollox, waqt li min fil-fatt ikompli fuqha, il-livell ta' l-iskola xejn ma jgħinu! Jiena l-kimika xejn ma ħabbejtha u nsejtha għalkollox, imma madanakollu importanti dak li baqagħli minnha: idea ċkejkna dwar kif nitkellmu dwarha bil-Ġermaniż - insomma, waħda minn dawk il-bċejjeċ żgħar li flimkien jagħmluni kelliema xi ftit jew wisq edukata ta' dik il-lingwa. Matul 15-il sena hawn il-Greċja qatt ma kelli bżonn nitkellem dwar il-kimika, u xejn mhi problema li qatt ma tgħallimtha bil-Grieg! Imma l-lingwa nattiva ħaġa totalment differenti, u nemmen li l-edukazzjoni ġenerali li t-tfal jieħdu l-iskola hija fil-fatt speċi ta' taħriġ fil-lingwa ewlenija. Ħsara jekk it-tfal Maltin mhux biss ma jeħdux tali taħriġ, imma jittrabew bl-idea li dwar ix-xjenzi moderni ma' tistax titkellem bil-Malti, anzi għal kull ħaġa mhux sempliċi u lokali hemm bżonn bil-fors ta' lsien il-ħakkiem barrani. Le, fil-fatt xejn ma nqishom "ixxurtjati" li "xorbu l-Ingliż ma' ħalib ommhom". Jekk tali sitwazzjoni ma tikkreax sens ta' inferjorità, tassew ma nafx x'inhu sens ta' inferjorità!

Għandi nammetti li minħabba s-sitwazzjoni lingwistika stramba nibża' xi ftit miż-żjara li xi darba se jkolli nagħmel Malta. Fil-fatt jien għadni ma rċevejtx risposta bl-Ingliż għal ittra bil-Malti - biss bil-maqlub :-)))) (iva, meta kważi ma kontx naf kelma Maltija). Jiġri hekk anki fit-taħdit? F'dal-każ ma nafx kieku xi ngħid. Għax kieku ma nafx tkunx persuna li ġeneralment ma tħobbx il-Malti jew inkella ma tapprezzax il-Malti tiegħi...

Skużawni talli tawwalt, u tal-Malti mhux perfett ;-)

14/5/06 23:07  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Maria, ma stajtx tolqot il-musmar fuq rasu iktar milli lqattu meta ikkummentajt fuq il-letteratura Maltija. F’Moħħ ħafna Maltin qed tbejjet l-idea li l-Malti qiegħed hemm biss għat-tpaċpaċ u biex tħarbex xi poeżija meta tkun irrabjat jew ferħan. Dan l-aħħar smajt ukoll lil Dun Peter Serracino Inglott jesprimu propju dan il-ħsieb li, jekk tħossok emottiv uża l-Malti imma jekk trid tesprimi ruħek intellettwalment uża lingwa oħra. Bir-rispett kollu li għandi lejn Dun Peter, din l-istqarrija inħossha offensiva u skorretta. Dan donnu passatemp tagħna l-Maltin li nċekknu lilna nfusna u nirridikolaw l-idea li aħna nistaw navvanzaw il-ħsieb tagħna bl-użu tal-Malti.

Il-mit tal-Ingliż bħala lingwa internazzjonali u l-idea li aħna għandna xi tradizzjoni antika ta’ bilingwiżu li semmejt int Maria, huma żewġ punti li kien kont aċċennajt għalihom fi bloggata xi sena ilu u naħseb li skond jien, għandhom l-għeruq fil-komunita’ dominanti u influwenti f’pajjiżna propju għax iridu jsiru minolingwi. Għalihom il-Malti jissarraf fi xkiel, ħela ta’flus u nieqes mill-status ta’ lingwa u kultura kbira. Sa mill-primarja l-użu tal-Malti jibda jitwarrab ħelu ħelu u sa ma l-istudent jasal fl-edukazzjoni terzjarja, il-ligwa maltija tkun kważi sparixxiet għal kollox fejn jidħol qari, kitba u diskussjoni fil-klassi. L-idea tal-par ipassu mhix qed tkun applikata u sistematikament l-ilsien Malti mhux jingħata nifs biex jiżviluppa it-terminoloġija u lanqas spazju biex jespandi fl-oqsma akkademiċi. Immela, filwaqt li kulħadd jinsab għaddej għal xogħlu bl-Ingliż, dak li għad fadallu rispett lejn il-Malti, jkollu jaħli l-enerġija kollha tiegħu f’taħdit u kwistjonijiet li suppost ilhom riżolti sa mit-30ijiet. Jekk għandha sistema edukattiva li trawwimna biex naħsbu bl-Ingliż, naqraw bl-Ingliż u nipproduċu bl-Ingliż, x’iġiegħel lil awturi jiktbu bil-Malti? Emmnuha jekk tridu imma din kienet mistoqsija riċenti li ippreżentat minn entita lokali lill-pubbliku Malti ftit tal-ġimgaħt ilu.

Kollox hu mibni fuq il-perċezzjoni u hemm patafjun xogħol biex il-Malti jirtifed mill-istima baxxa li teżisti f’moħħ ħafna Maltin. Irridu wkoll nagħrfu li din il-perċezzjoni negattiva hawn minn jagħti palata sew biex jipperpetwaha. Per eempju meta l-president tar-Repubblika ta’ Malta, Dott. Fenech Adami riċentament indirizza lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu , il-gazzetta ewlenija bl-ingliż hawn Malta, ġabet rapport sħiħ tad-diskors tiegħu u ttitolat l-artiklu billi qalet li dan id-diskors tal-president intlaqgħa b’ovazzjoni. Biss imkien ma semmiet jew tat wieħed x’jifhem li EFA wassal id-diskors tiegħu mill-bidu sa l-aħħar bil-Malti, quddiem dawk ir-rappreżentati ta’ 25 pajjiż fl-Ewropa. Huwa ovvju li l-gazzetta The Times għamlet dan biex tkompli tiċċirkula l-idea li l-Malti sal-port iwassal u imkien iżjed.

Oħra fuq il-perċezzjoni anki fuq livell komuni. Darba kont f’Sonnenburgu u waqt li kont qed nixrob ma’ xi ħbieb, tfajla Ġermaniża bdiet tgħid kemm tinstema ħarxa u goffa l-frażi “ich liebe dich” u kemm kienet aktar romantika l-frażi Ingliża “I love you”. Jien twaħħaxt meta smajtha tgħid hekk u għedtilha li għal kuntrarju f’widnejha kienet aktar idoqq ħelu minn “I love you” għax fi lingwa tiegħi (il-Malti) meta ngħidha din tal-aħħar ninstema’ li qed nordna platt għaġin (ravjul). Kemm se ddum tara filmijiet u taqra kotba b’ilsien ieħor, fl-aħħar widnejk jitilfu wkoll il-mużikalita’ tal-lingwa li trabbejt fiha.

Annedotu ħelu li wassaltilna Kenneth juri tassew kemm id-dinamika ta kif il-bniedem isib toroq differenti biex jikkomunika. Dan għandna nibqgħu nagħmluh mingħajr ma nitraskuraw dak li hu tagħna u li bih ningħarfu minn ħaddieħor.

16/5/06 10:21  
Anonymous Kenneth Camilleri qal/qalet...

M'ghandix cans intawwal illum... nghid biss li kull wiehed minna laqat parti mir-realta' (kumplessa) tas-sitwazzjoni lingwistika f'Malta. Il-moral kumplessiv huwa li biex wiehed jirnexxi f'hajtu jekk jghix hawn Malta jehtieglu jkun jaf tajjeb kemm il-Malti KIF UKOLL l-Ingliz. Fil-bqija tad-dinja, bhal ma qalet Maria, jekk hemm lingwa wahda li hija ferm handy hija l-Ingliz, imma m'ghandniex xi nghidu li ghad hemm hafna rkejjen - u anke pajjizi shah - fejn l-Ingliz ghadu ma rifisx. U naqbel li jekk wiehed jitghallem lingwi barranin ghall-gost akkademiku, ma taghmel l-ebda differenza jekk dawn ikunux lingwi "kbar" jew "zghar."
PS. u btw il-plural korrett (ie. kif jintuza mill-kelliema nattivi kwazi kollha fit-tahdit normali bejniethom) ta' "film" bil-Malti hija "films" u mhux "filmijiet";-)

21/5/06 02:46  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Kenneth, nirringrazzjak tal-korrezzjoni. Punt żgħir fuq din: Meta kont żgħir hekk konna ngħidu “filmijiet”. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien saret iktar moda “films”. Illum għadni nismagħha xi kultant imma kif għidt int, il-biċċa l-kbira tal-Maltin naħseb li jagħtu l-plural tas-“s”. Din tal-“filmijiet” nismagħha wkoll mit-tfal għax b’mod naturali kelma bħal “film” tagħmlilha l-“ijiet” bħala plural. Imma kif diġa aċċennajt qabel, il-medja kapaċi tbiddel dan kollu.

L-istess naħseb li ġralha l-kelma “festival”. Jien tgħallimtha bil-plural “festivalijiet” bħal “karnival – karnivalijiet”. Imma illum il-plural inbidel kif ukoll inbidlet il-pronunzja tal-kelma, tant li din komunament tismagħha “festivill” bil-plural “festivills”. Il-plural “jiet” huwa naturali għalina l-Maltin jew għallanqas kien xi darba għax illum jien saħansitra smajt adulti jagħtu l-plural tas-“s” lil kliem bħal “petne” u “ċoff”. Hekk ukoll qed jinbidel il-plural li qabel konna ngħidu għal “krejn” , “brejk” eċċetra eċċetra, biex flok “krejnijiet” u brejkijiet” qed isiru “krejns” u “brejks”.

23/5/06 11:27  
Anonymous Kenneth Camilleri qal/qalet...

Iva, il-plurali Maltin huma fost l-aktar elementi interessanti ta' lsienna. Veru li l-plural bis-suffiss "-jiet", huwa aktar tradizzjonali minn dak li dahhlet l-influwenza Ingliza bis-suffiss "-s", imma l-lingwa mhix sempliciment xi ghodda biex biha nikkonservaw it-tradizzjonijiet, imma aktar minn hekk hija strument ta' komunikazzjoni li jinbidel u jintghagen maz-zminijiet permezz tal-bzonnijiet komunikattivi u wkoll mhux b'inqas minhabba l-pregudizzji reali u fittizji ta' min jitkellimha. Jekk in-nies fil-maggoranza taghhom ihossuha aktar facli u naturali - jew sahansitra aktar "in" jew seksi - li jghidu "films" flok "filmijiet", ghajjarhom razzisti, injoranti, superficjali, anti-semitisti u mghomija bil-pregudizzju u l-isnobbizmu kemm trid, imma l-kelma korretta tkun "films." Ma missnix ghidt li "filmijiet" mhix korretta, ghax il-varjanti minoritarji naccettahom, imma tant hija rari li fl-istess nifs jekk xi hadd ifettillu jghid "ragels" jew "maras", allura, bl-istess kejl, ikollna naccettawhomlu wkoll!

Ghalija, l-aktar aspett interessanti tal-Malti huwa l-varjeta' etimologika qawwija li rnexxielu mhux biss ihaddan u jissawwar fuqha, imma jghaginha f'haga wahda unitarja. Ghalhekk, l-elementi mhux Semitici huma prezzjuzi f'tiswiret ilsienna daqs dawk aktar antiki Semitici (anke jekk is-Semitiku jibqa' l-aktar element nostalgiku u poetiku).

Niehdu mill-gdid il-plurali. Araw x'ghagna armonjuza jaghmel il-Malti biex b'hekk jaghti prova li huwa lingwa unika u mhux xi djalett tat-Tunezin:

- Kelmiet Maltin Rumanzi bil-plural miksur Semitiku: flixkun-fliexken; kamra-kmamar (imma kamera-kameras); qalziet-qliezet u tant ohrajn.
- Kelmiet Maltin Anglosassoni bil-plural miksur: kitla-ktieli; senter-snieter; buz-bwiez; u tant ohrajn (hawnhekk hadd qatt mhu se jghid "kitlas" jew "senters" ghax - bhala sideline ta' dak li kont qed nghid - forsi l-aktar sistema ta' plural tradizzjonalment integrata fil-Malti hija wara kollox il-plural miksur aktar mis-suffiss "-jiet", li kif innutajt inti malajr jista' jcedi postu bhal fil-varjanti "krejnijiet"/"krejns."

Fl-istess nifs, kulhadd ikollu jaccetta li l-plural "-s" illum huwa parti mis-sistema Maltija, specjalment ghal kelmiet li dahlu fil-Malti mill-Ingliz (min ghandu xi ezempji ta' kelmiet Maltin Rumanzi jew Semitici li qed jinghatalhom il-plural "-s" [petnes u coffs interessanti, imma s'issa ghadni qatt ma smajthom], jinteressani li nismaghhom, ghax, jekk jezistu, ghadni qatt ma ccumbajt xi wahda minnhom...). Anzi fl-opinjoni tieghi z-zieda ta' dan il-plural mhux talli ma tnaqqas xejn mill-Malti, talli tkompli tarrikkih, b'riflessjoni ta' dawn l-ahhar mitejn sena ta' l-istorja taghna. Hemm hafna kelmiet (apparti film/s) li jhossuhom l-aktar komdi fil-Malti jekk jiehdu l-plural "-s" bhal kompjuters, plejers, rekords, telefowns, prajvits, CDs, mowbajls, kabords u tant ohrajn. Interessanti xi kelmiet bi plural doppju li gieli smajt bhal "flett"-"flettsijiet" (ukoll "fletts" u "flettijiet") jew (sa certu punt) "xortsijiet."

F'xi kazi l-plurali "-s" u "-jiet" ghandhom funzjoni differenti bhal fil-kelma "cipp" jew aktar komuni fil-Malti "cipsa" (dik ta' l-ikel mhux cippa tal-kompjuter bil-plural cippi). Mela: "cips" huwa l-plural tat-tip (p.ez. "Kilna borza cipps kull wiehed") mentri "cipsiet" huwa l-plural ta' l-ghadd (p.ez. "Tama' zewg cipsiet lix-xadina li dak iz-zmien kien hemm San Anton"). Dan mhux barbarizmu tal-lingwa imma mod ta' kif lingwa - ghax ghadha hajja - tkompli tarrikkixxi lilha nfisha b'mod dinamiku paripassu ma' l-izviluppi u l-htigijiet ta' min jitkellimha.

Il-fatt li l-ortografija ta' xi kelma bhal "prajvits" iddarras lil hafna nies forsi tispirana li nikkwescinjaw is-sistema ortografika nfisha u nikkunsidraw kif nistghu naggornawha ghall-bzonnijiet godda tal-lum aktar milli nikkundannaw lil min jitkellem bil-Malti kif ihossu bhala kelliem nattiv li la huwa Gharbi la Taljan u lanqas Ingliz, imma Malti ta' veru.

U ta' l-ahhar fuq din tal-plural "-s": kieku l-Inglizi jfettqu bhal xi whud minna, kieku l-plural ta' "film" bl-Ingliz tigi "filmen" ghax il-plural Germaniku "-en" huwa aktar tradizzjonali fl-Ingliz (eg. children, oxen), u dak bis-suffiss "-s" dahhluh fl-Ingliz l-imperjalisti Francizi fi zmien in-Normanni u mbaghad qabad l-art daqs il-bajtar tax-xewk f'Malta. Imma l-Inglizi mhumiex suppervi u l-argumenti li nisimghu Malta ma jaghmluhomx - u forsi ghalhekk li l-Ingliz illum tqawwa daqstant fid-dinja - ghax ghogbu jkun lingwa umli u prattika minghajr tfettiq u kontroversji zejda.

25/5/06 21:07  
Blogger swissloanings qal/qalet...

Hello għeżież ħbieb tiegħi, dan huwa messaġġ uniku għal kulħadd li jeħtieġ self b'xi mod jew ieħor għan-negozju tagħhom, eċċ iskola, li swissloanings huwa hawn biex jilħqu l-bżonnijiet tiegħek, hemm ħafna ta 'kumpanija frodi madwar jużaw format tagħna u l-applikazzjoni u reklam fil-ġbir tal-flus minn nies, iżda am hawn biex jgħidlek li jekk int verament tixtieq li self tixtiequ u inti għandek bżonn prova biss kuntatt Mrs Aditya Ahmed fuq adityahmed1@gmail.com u hi ser jgħidlek kemm hi kienet ingannati qabel mill kumpanija oħra self iżda issa hi qed jitbissem darb'oħra u n-negozju tagħha qed jikber minħabba li kienet fdati swissloanings, email tagħna huwa swissloanings@gmail.com, jekk jogħġbok jkun għaqli.
grazzi,
Mrs victoria Adams,
P.R.O,
swissloanings

26/11/15 17:31  
Blogger Maria Smith qal/qalet...

Hello ħbieb !!! Jisimni Maria Smith. i jridu jixhdu tas-sellief self tajba li wera dawl lili wara I kien ġie scammed minn 6 selliefa differenti Internet internazzjonali, huma kollha wegħda li tagħti me self wara li tagħmel me tħallas ħafna ta 'miżati li jrendu xejn u kien jammonta għal ebda riżultat pożittiv . Tlift flus tiegħi hard qalgħu u kien total ta '$ 7,000 USD. Ġurnata waħda kif i kien browsing permezz tal-internet tfittex frustrati meta i sab raġel xhieda li kien ukoll scammed u eventwalment ltqajna marbuta ma 'kumpanija ta' self leġittimu msejħa Idahosa Williams Self Company u l-email (williamsloans14@gmail.com) fejn hu finalment qbilna tiegħu self, hekk i iddeċieda li tikkuntattja l-istess kumpanija ta 'self u mbagħad told minnhom istorja tiegħi dwar kif i kienu scammed minn 6 selliefa differenti li għamlu xejn ħlief li ovvjament lili uġigħ aktar. I spjegat lill-kumpanija bil-posta u dawn kollha told me kien li cry mhux aktar minħabba i se tikseb self tiegħi fil-kumpanija tagħhom u wkoll i għamlu l-għażla t-tajba billi tikkuntattja lilhom. i mimlija l-formola ta 'applikazzjoni ta' self u pproċediet b'dak kollu li kien talab lili u lil xokk tiegħi I ingħata ammont tas-self ta '$ 380,000 Dollaru minn din il-Kumpanija kbira (Idahosa Williams Self Company} ġestiti mis-Sur Idahosa Williams Alla jibżgħu Man u hawn i am llum kuntenti għaliex din il-kumpanija tani self hekk i għamel vow għall-awto tiegħi li i se żżomm tattesta fuq l-internet dwar kif i ltqajna self tiegħi. għandek bżonn ta 'self urġenti? ġentilment u malajr kuntatt din il-kumpannija kbira issa għall self tiegħek permezz ta 'email: williamsloans14@gmail.com huwa tip hearten.

14/5/16 01:37  
Blogger Jane Damilek qal/qalet...

Fil-bżonn ta 'bidu għall-użu personali jew għal fini investiment mbagħad jidhru aktar aħna qegħdin hawn biex jagħmlu diffikultà tiegħek imorru. email Kuntatt: janedamilek@gmail.com ma 'dawn id-dettalji.

isem sħiħ
indirizz
pajjiż
telefon
età
ammont meħtieġ
tul ta 'żmien
dħul fix-xahar
pożizzjoni fuq ix-xogħol

direttur
Jane Damilek

14/5/16 02:04  
Blogger Orbitfinanceloan Company qal/qalet...

Kif inti illum? am habat Lord ui jridu jgħidlek kif kuntent li ninfurmak li aħna issa jagħtu self b'rata ta 'imgħax baxxa ħafna ta' 2%. Kuntatt self habat Lord Kumpanija permezz orbitfinanceloancompany@gmail.com.comwe tagħti ħajja ħin self opportunità lill-individwi, ditti tan-negozju, l-assigurazzjoni, eċċ Inti fi kwalunkwe diffikultà finanzjarja jew fil-bżonn ta 'self li jinvestu jew inti bżonn ta' self li jħallsu l-kontijiet tiegħek tfittxija mhux aktar kif aħna qegħdin hawn biex jagħmlu l-problemi finanzjarji tiegħek xi ħaġa tal-passat. Email us: orbitfinanceloancompany@gmail.com

16/6/16 18:05  
Blogger marycole loancompany qal/qalet...

Mejju, il-paċi ta 'Alla tkun miegħek.
Inti negozjant jew mara? Inti fi kwalunkwe
istress finanzjarju jew għandek bżonn fondi biex jibdew.
In-negozju tiegħek stess?
A) l-espansjoni tan-negozju ta 'self personali.
B) tal-bidu negozji u l-edukazzjoni.
C) Debt Consolidation
Isem: ..........................................
Pajjiż: .........................................
Post: ..........................................
Status: .......................................
Sess: ................................................ ...
Età ................................................. ....
Ammont Self meħtieġa: .........................
tul ta 'żmien tas-self: ...................................
Personali ċelloli phone number: .......................
Kull xahar Dħul: .....................................
Grazzi u God Bless.
Email: marycoleloanscompany3@gmail.com

2/9/16 09:52  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Bongu

I am Rev Brian Washington, sellief flus privati. I riċevuti email tiegħek u l-kontenut ta 'dan kien innutat ukoll. I jagħtu self b'rata ta 'imgħax ta' 3% għal kull sena u fi ħdan l-ammont ta '1,000.00EUR lill 900,000,000.00EUR bħala l-offerta ta' self. 100% finanzjament tal-proġett ma 'self garantit u mhux garantit disponibbli. Aħna huma garantiti fl-għoti barra servizzi finanzjarji lill-klijenti numerużi tagħna mad-dinja kollha. Mal-pakketti tagħna self flessibbli, is-self jista 'jiġi pproċessat u fondi trasferiti lil min jissellef fl-iqsar żmien possibbli. Aħna joperaw taħt it-termini ċari u li jistgħu jinftiehmu u noffru s-self ta 'kull tip lil klijenti interessati, ditti, kumpaniji, u kull tip ta' organizzazzjonijiet tan-negozju, individwi privati ​​u investituri proprjetà immobbli. biss timla l-formola hawn taħt u terġa 'lura lili bħala I jistennew rispons rapidu u immedjat tiegħek.


Imla l-formola applikazzjoni ta 'self:
Isem: .....................
Kunjom: ......................
Sess: ..........................
istat ċivili: .............................
Kuntatt Indirizz: ..........................
Belt Kodiċi / zip: .........................
Pajjiż: ............................
Data tat-twelid: .........................
Ammont Meħtieġa bħala Self: .................
Self Tul: ...............................
Okkupazzjoni: .............................
Dħul ta 'kull xahar: ..........................
Skop għall Self: .............................
Dirett Numru tat-telefon: ...................................

Email: washingtonprivateloanfirm@yahoo.com

minn,
Rev Brian Washington
Direttur Maniġerjali

3/9/16 11:50  
Blogger WILLSON ALECIA qal/qalet...

Get Self mingħajr ma tħossok !!!

WELCOME TO kumpaniji tal-portafoll Firenze.
Self ta 'emerġenza huwa meħtieġ, huwa applikat f'dan il-ħin
Għeżież jissellfu, Firenze tislijiet kreditu solidu.
Aħna huma ċċertifikati sellief self bl-appoġġ ta ' "Lapo" tikseb aktar faqar
Organizzazzjoni joffru self (florenceloans@gmail.com)
Nies li huma fil-bżonn ta 'self. Hija tagħti self
Proġett, negozju, it-taxxi, id-dejn u kambjali, u ħafna oħrajn
Raġunijiet. We run fuq mir-rata ta '2%. Hemm huma jirċievu permezz
Jiksbu kreditu għall-kumpanija, sabiex inti bżonn ta 'self?
Inti fid-dejn? Inti tixtieq li jibdew negozju u l-ħtieġa tal-kapital?
Ikollok bżonn ta 'self jew finanzjament għal kwalunkwe raġuni? jgħinu
Huwa finalment hawn, u aħna nagħtu l-kreditu għall-ammont ta '
Cheap u aċċessibbli biss 2% kull sena, jekk int interessat
Jekk jogħġbok ikkuntattjana issa fuq: florenceloans@gmail.com.

8/10/16 08:40  
Blogger White Horse Credit qal/qalet...

Għażiż Self Dawk Li Jfittxu,

Aħna tagħti self lill-kumpanija privata u l-individwi. Inti tista ' ssib xi informazzjoni importanti dwar is-self noffru hawn taħt. Inti tista'tikseb self mill-kumpanija tagħna, hemm xi informazzjoni li għandna bżonn li jgħaddu li inti qabel aħna tista'tipproċedi għall-applikazzjoni tal-proċess . - RATA tal-imgħax: Fil-self noffru, aħna ħlas 3% - rata ta'imgħax . AMMONT MOGĦTI: Aħna Jagħtu l-minimu Tal-1.000.00 fil sa Massimu ta 100,000,000.00-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA: Kif għall-informazzjoni meħtieġa, inti ser ikollok bżonn biex timla applikazzjoni li fiha d-dejta personali tiegħek u wkoll is-self l-informazzjoni se tgħin lill-istati uniti jagħtik d-dokumentazzjoni kollha tas-self-termini u l-ftehim ta'kuntratt li jistenna li inti tiffirma u jibagħtu lura lill-kumpanija għall-approvazzjoni jekk sodisfatti. E-Mail: (legitfirm@gmail.com)

Jekk inti interessat, kuntatt Permezz ta': legitfirm@gmail.com u timla l taħt il-self tal-formola tal-applikazzjoni.

Self Formola Tal-Applikazzjoni:
L-Isem Sħiħ:....................
Pajjiż:.....................
Il-kundizzjoni:..............
Belt:..............
- Sess:.........................
L-numru tat-telefon:...........
Ammont tas-self :...........
Dħul Mensili:..........
L-okkupazzjoni:................... ....
Perjodu tas-self:....................... ................
L-iskop tas-self:......................... ...........
-E-mail:...................... ................
Applikajt Qabel?....................

Aħna qed jistennew biex timtela tagħhom urġenti formola tal-applikazzjoni, ok. E-Mail: (legitfirm@gmail.com)

Bl-Aħjar Fir-Rigward.

28/10/16 06:07  

Ħalli kumment

<< Home