<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

7.4.06

Ministri sinistri (di destra)

Quante squallide figure che attraversano il paese
e com'è misera la vita negli abusi di potere
...
Sul ponte sventola bandiera bianca


Franco Battiato, Bandiera bianca



Kont se nikteb li min għandu l-bżar iroxxu, dwar il-politika tax-xaħam, u dwar il-pastiche tan-nouveaux riches.

Kont se nikteb: the English left's not right, or are they simply lost?

Kif ukoll: Sarkozy, de l'Hongrie, dit non à la Turquie.

Democratically elected tyrants setting us free.

Kont se nikteb dwar la foto de las Azores, fejn is-sinjuri Arbuxxell, Blair u Aznar –dan b'tbissima fuq wiċċu, y viva España– ftiehmu li jibdew jixħtu l-bombi fuq l-Iraq.

Cavalieri di guerra, ma di lettere no.

Kont se nikteb: Calderoli è fashion, five point nine lives per gallon, u għal kull mitt għadma kelb wieħed.

Pro-life bombers sack Babylonia and entrench our sacred values.

Kelli wkoll: Tony, have a banana, il-lum il-festa tagħna; il Belpaese piange, 'mma Berlusca jistagħna; crecen las banderas, las patrias se exaltan.

Il-kunflitt ifisser profitt. Bad people on the rise.

U kellu jkun il-golf ifejjaq Prodott Malta; ils promettent l'elixir, ma qui nessun si sana; u kollox tar mal-bżieq, u kollox baqa' magħna.

Iżda fl-aħħar qtajtha li ma ndaħħalx riferenzi espliċiti u li ma nsemmi lil ebda ministru b'ismu, għax ma ħaqqhomx menzjoni. Anki għax is-satira poetika ma tantx hi għalqa tiegħi. Dawn kienu wħud mill-versi li ssagrifikajt, favur oħrajn li għandhom jibqgħu validi mal-milja taż-żmien u li jisħqu fuq il-mod kif ċerti politiċi jevokaw il-valuri reliġjużi bħala ġustifikazzjoni tal-politika tagħhom, kif ukoll biex jiżguraw il-vot tal-parruċċani l-aktar fidili, tan-ngħaġ, tal-coglioni superfiċjali li 'jiddibattu' u jivvutaw qishom qed jaraw xi logħba futbol.

Fil-futbol internazzjonali jien minn dejjem żammejt mat-Taljani. Sa ftit tas-snin ilu, l-aktar waqt it-Tazza tad-Dinja jew ta' l-UEFA, kont għadni ngħid u ngħajjat il-kliem «Forza Italia!» liberament, mingħajr mistħija. Imbagħad, f'wieħed mill-akbar marketing stunts ta' l-Italja moderna, Berlusconi seraq l-islogan bħala isem tal-partit il-ġdid tiegħu.

Għandi fiduċja li minn għada 'l quddiem, il-bandiera Taljana terġa' tfisser soċjaliżmu, ekoloġija, kultura mhix adulterata u mingħajr skop politiku, tolleranza mingħajr erojiżmi jew fetiċiżmi żejda.

Ma non sarà facile. U meta r-rebħa taċ-ċentru-xellug tibda tidher ċar, għad naraw lill-ministri sinistri tal-lemin javvelenaw il-bjar huma u jirtiraw, bħalma għamel l-eżerċtu ta' l-Iraq.

Forza Professor Mortadella!



MINISTRI SINISTRI (DI DESTRA)

They'll beat about the bush, they'll win at any cost,
bis-sewwa jew bid-dnewwa, bl-għajnuna tal-Bambin,
de cómicos comicios saldrá la obra de Dios,
friends in need, votes indeed, ħa jirbħu tal-lemin.

Mhux ta' b'xejn dejjem tvinċi l-pulitka tal-wiċċ tost,
il voto dei coglioni va a chi sa ben mentir,
poisoned urns, Baghdad burns, as they kiss the holy cross,
la peur ça fait fureur, la haine c'est l'elixir.

Wasters of life and limb, they fill the news with lies,
they ride the wave of hate of voters they despise,
their marketing will tell you that God is on their side;

son ministri sinistri, l-istraġi tal-bnedmin,
son moscas cojoneras de barbarie sin fin,
mais en tout cas, t'inquiète pas, għax tagħhom pjan divin.



7 ta' April 2006



Ikklikkja hawn biex tisma' s-sunett (jew mużajk, kif bdejt insejjaħ lil din il-forma flok it-terminu 'sunett makkeroniku').




Sono un coglione: il blog

Kummenti: 5

Blogger Janice qal/qalet...

U talli hallejtli kumment taht il-poezija.. jien inhallilek wiehed taht tieghek.. Il-politika.. hmmm.. skond Aristotile ahna 'political animals' u nahseb vera tafx.. Imma skond x'dimensjoni natu lil kelma 'Politika'..

8/4/06 15:01  
Blogger wwwitchie qal/qalet...

They're winning Ant... I keep refreshing Google every two seconds for news!

10/4/06 18:00  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Tajjeb Sharon, għalkemm għadu kmieni... tidher li se tkun taqtigħa sa l-aħħar...

10/4/06 19:23  
Blogger il-Midneb qal/qalet...

prosit twan...mi piace da morire

10/4/06 23:49  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi midneb.

11/4/06 15:09  

Ħalli kumment

<< Home