Il-firillu u l-farfett #2
Inkomplu nżidu dawn il-listi permezz ta' kumment li rċevejt il-lum, u li qed nirreproduċi hawn taħt. (Ħajr lil K.C.)
---
Xi kelmiet oħrajn użati għall-parti maskili:
- l-arblu (anke: l-arblu tar-razza)
- id-denb ta' quddiem
- id-dinożawr (meta jkun imqajjem)
- dak li qatt ma rat il-Madonna / dak li qatt ma ra l-isqof (suppost)
- Is-Centre-Forward (u ta' xi ħadd gay allura, il-Full-Back? ;-)
- Dak li ma jużawx tal-mużew
- Il-kazz (speċjalment metaforikament bħal fl-espressjoni: "Blajt kazz") [*Maqluba: mela meta ngħidu «blajt kanna», inkunu qed nużaw l-istess metafora?]
- Il-firilla (kelma tat-tfal)
- Iz-zalzett, u smajt ukoll "is-sosiġu" ('sausage' pronunzjata a la Maltija!)
- Il-pupu l-iswed (minn dik iċ-ċajta popolari "urini l-pupu l-iswed")
- Il-lasta (anke: il-lasta ta' l-ixkupa b'referenza għas-suf)
- Il-boss
- Il-ħabib ta' Debbie (għax dak li kien jgħidha hekk kien jisimha tiegħu, intom applikawha skond isem min tgħabbu...)
- Il-geduda (kelma tat-tfal)
- Il-piżellu (Taljaniżmu)
- L-għerq jew għerq ir-raġel
- Ta' bejn saqajja, jew it-TBS (kien dak iż-żmien fit-tmeninijiet meta bdew jfaqqsu ħafna stazzjonijiet tat-TV ġodda Taljani bħan-notorju Teleblea, u konna ninku lil xulxin billi nistaqsu 'l dak li jkun "Inti taqbdu t-TBS?" taparsi xi stazzjon tat-TV, u l-balalu jirrispondi "le". U mbagħad jistenna xi botta bħal: "Mela kif tpixxi bla ma taqbdu!!?")
- Ix-Schumacher (forsi ghax iġerri?...)
- Is-sieq tan-nofs (Ingliżiżmu, traduzzjoni litterali minn Ally McBeal)
- L-isputnik (din kienet one-off: wiehed sieħbi kien xtara kompjuter m'għand computer-technician Russu li kien jgħix Malta u dan il-kompjuter irriżulta li kien naqra mnejjek. Sieħbi xaba' jisma' lil dan ir-Russu jwiegħdu fil-vojt li se jiġi jsewwihulu, u darba ltaqa' miegħu meta nzertajna flimkien u qallu bir-rabja: "Ħares man - you f**k'n come and fix my PC, għax inkella se nispiċċa nqaċċatlek l-isputnik!" Ma nafx jekk sewwihulux (jew qaċċathulux!) imma li hu żgur li għamilt l-isbaħ nofs siegħa mogħxi bid-daħq wara li smajt din ta' l-isputnik...)
- Ix-xilep, fl-espressjoni "ġewwa x-xilep"
Kemm għall-parti maskili u femminili:
- L-ispiżerija (għaż-żona pubika in ġenerali, speċjalment meta xi ħadd jinsa ż-żipp imniżżel u l-ieħor iwiddbu: "Għandek l-ispiżerija miftuħa, Ġann...")
Għall-parti femminili:
- Il-maqrut (singular ta' mqaret, għax fl-antik milli jidher kienu jagħmluhom trijangolari)
- Il-kawża tad-dnub (ħeqq, ngħiduha kif inhi...)
- Il-qasma
- Ta' bejn il-koxox
- Il-Port il-Kbir (u jekk ikun ta' xi waħda qaħbija, il-Freeport allura jew!?)
- Bieb il-ħajja
- L-ATM jew il-card-reader (tista' tkun għall-parti t'isfel - minix ċert, imma smajtha tintuża ghall-ispeċi ta' qasma li tifred sider minn ieħor ta' mara, apparentament billi din tixbah xi Point of Sale Card Reader fejn wieħed jiswajpja l-credit card).
Apparti d-diskors kif ngħidu l-pastażati bil-Malti, skużawni se ndaħħal ftit politika: qatt innutajtu li l-president u l-viċi president Amerikani jisimhom Bush u Dick rispettivament? Mela għalhekk jingwalawha tajjeb flimkien dawk it-tnejn!! U bejniethom għoddhom ħx*w id-dinja... Ta' qabilhom (Clitton) kien naqra aħjar għax kien j*ħxi kull mara li jara minflok pajjiżi sħaħ!
---
Il-favoriti tal-Maqluba: id-dinożawr, il-boss, għerq ir-raġel, l-ispiżerija, u fuq kollox l-isputnik, il-Port il-Kbir u bieb il-ħajja






Kummenti: 7
Ajma jahasra, proof, if any were needed, that Eve Ensler was a genius when she came up with the Vagina Monologues... Here is another example of a male obsessed with his penis ahahahahaha :)
U l-bieraħ kont nemmen li issa sħabi l-Maltin qegħdin jgħaddu minn żmien il-Kunsill-u-l-Kummissjoni-u-l-Parlament flok żmien il-firillu-u-l-farfett! Kemm kont sejra żball...
U jekk tippermettili, xi sentejn ilu smajt ohra: "se mmur inbandal ix-xadin" ghal "se mmur inbul".
Iva, "immur inbandal ix-xadin", fakkartni f'sieħbi fis-sekondarja li kien jgħidha ta' kuljum preċett.
Ma nafx jekk issemmietx fil-bloggata ta' qabel, imma "ħammur neħodlu b'idu" ingħadet?
This blogg should be given to a psychologist for analysis! hahahaha!
Għall-parti maskili ġieli jirreferu għaliha billi jgħidu l-fajjenza!
issa ftakart fiha.
Ħasra dawn ma kinux qraw din il-bloggata, Twan.
Ħalli kumment
<< Home