<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

22.4.06

Bloggata għażżiena #2: Jum Dinji tal-Ktieb




Peress li għada, sfortunatament, ma nistax nattendi għal din l-attività organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma' Poeżijaplus, nixtieq nagħti sehmi billi ntella', malajr malajr, ftit miċ-ċitazzjonijiet favoriti tiegħi marbutin mal-ktieb u man-natura tiegħu.






«Il-kotba huma fanali fil-baħar taż-żmien»
Anonimu

«Kieku nippreferi nkun fqir f'dar mimlija kotba milli sultan mingħajr ix-xewqa li naqra»
Thomas Babington

«Aktar ma naqra, aktar nimmedita; u aktar ma nitgħallem, aktar nista' nafferma li ma naf xejn»
Voltaire

«Id-dinja ktieb, u min ma jivvjaġġjax jaqra biss paġna waħda»
Santu Wistin

«Ktieb ta' veru mhux wieħed li naqraw aħna, iżda wieħed li jaqra lilna»
W. H. Auden

«Klassiku huwa ktieb li qatt ma jkun spiċċa jgħidilna dak li għandu jgħidilna»
Italo Calvino

«Poeta huwa dinja magħluqa ġewwa bniedem»
Victor Hugo

«Li jkollok ktieb qisek tkun qed iġġorr ġnien fil-but»
Qawl Għarbi

«Ktieb miftuħ qisu moħħ jitkellem; magħluq, ħabib jistenna; minsi, ruħ taħfer; meqrud, qalb tibki»
Qawl mill-Indja

«Id-dinja mimlija kotba tajbin li ħadd ma jaqra»
Umberto Eco

U fl-aħħar u mhux l-inqas:

«Ikolli ngħid li t-televiżjoni nsibha edukattiva ħafna. Kull darba li xi ħadd jixgħel it-televixin, immur sal-kamra l-oħra u nintefa' naqra ktieb»
Groucho Marx


Kummenti: 1

Anonymous Maria qal/qalet...

Għażżiena? Jiena sibtha sabiħa!
Int ovvjament mgħobbi bix-xogħol, veru? Imma jekk xi darba jkollok bżonn pawża żgħira, nistgħu nitkellmu :-)

23/4/06 11:07  

Ħalli kumment

<< Home