Bloggata għażżiena #1: L-erba' temi tal-poeżija
(Għażżiena għax il-bloggej mehdi f'proġett ieħor, jew għax sab xi ħaġa ta' interess li ħaqqha tkun imtellgħa fuq din il-pitazz virtwali għar-riferenza futura)
Dawn huma l-erba' temi tal-poeżija, skond William Matthews, poeta minn New York.
1. Il-lum ħriġt u nżilt sal-bosk, u ħassejtni, taf int, speċi ta', reliġjuż.
2. Żgur m'aħniex qed insiru iżgħar.
3. Tassew qed inħoss il-bard, u nħossi waħdi (a) mingħajrek, qalbi, jew (b) miegħek, qalbi.
4. Id-dwejjaq donnhom mhumiex ħlief in-naħa l-oħra tal-munita tal-ferħ, u viċiversa, u f'kull każ il-munita tintefaq malajr wisq, u fuqiex ma nafux.
(mil-Language Log)







Kummenti: 3
blogg sabieh, muzika isbah, imma nixtieq inkun naf ta minn hi dik il-pittura.
Grazzi Ħsejjes.
Il-pittura jisimha "Les Muses", ta' Eustache Le Sueur.
http://www.wga.hu/frames-e.html?/html/l/le_sueur/muses2.html
Great article!
Ħalli kumment
<< Home