<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

26.3.06

Poeta Mħabbat

Muża qaddisa,
kemm huwa ħelu
iż-żmien li ngħaddi miegħek!
Kemm hi sbejħa l-għanja
li qed tnebbaħni!
Iżda, ja Muża tiegħi,
agħdirni,
ninsab imħabbat,
ikolli nitlaq
biex barra noħroġ il-barmil taż-żibel,
ikolli mmur il-ħanut
nixtri ħobż u ħalib u toilet paper;
il-ħxejjex kollha
qegħdin jgħajtuli
biex insaqqihom!
Ikolli mmur!
Forsi,
x'ħin nerġa' lura
int terġa' tiġi ħdejja
u l-għanja ħelwa
li qed tnebbaħni
ma tmurx mar-riħ;
imma min jaf?



Anton Buttigieg, 25 ta' Awissu 1982
Meħuda mill-ġabra
Żibeġ u Boċċi




Għada, imbagħad, ir-rabja...

Kummenti: 1

Blogger keBo qal/qalet...

Inkitbet ezattament fis-sena tat-twelid tieghi. Qed nara li l-hajja dak iz-zmien ma kinitx wisq differenti minn t'issa.

27/3/06 14:25  

Ħalli kumment

<< Home