<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

27.3.06

Nhar ta' Tnejn



Ir-rebbiegħa tqum bil-ħoss tal-mewt
tinstabat ma' l-art,
u l-qattiela jifirħu bl-istrument
sod bejn idejhom.


Adrian Grima, Rakkmu


Snieter

Niftakar, ċarissmu, liz-ziju Żepp jgħidli li f'Malta l-ixkubetti u s-snieter tal-logħob kienu illegali. Naħseb kelli xi 10 snin. U niftakarni fuq tal-linja, nifraħ bejni u bejn ruħi jien u nirrifletti ftit fuq din it-tagħrifa... mela għalhekk ma tantx kont nara ġlied fl-iskola, u għalhekk kont nieħu aktar gost nilgħab mat-tfal l-oħra fil-bitħa ta' l-iskola u fl-isqaq tan-nanna milli meta kont l-Ingilterra. Ovvjament id-differenzi soċjoloġiċi kienu u se jkunu dejjem wisq aktar kumplessi minn hekk, iżda ta' tifel li kont, dak il-kliem taz-ziju għalija kien ifisser ħafna. Erħilu li ftit tas-snin wara kelli nerġa' lura Londra, fejn ma bqajtx nissejjaħ l-Ingliż iżda spic, u saħansitra paki, minn dawk l-iżbub li ma jafux jew ma jridux jiddistingwu bejn ir-razez. Billi kont aktar muswaf minnhom laqqmuni wkoll gorilla, u l-lezzjonijiet ta' l-għawm b'dik ir-riħa ta' kloru tmarrdek tal-pixxini sirt nobgħodhom. Wara li tkun drajt taqbeż f'Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi mingħajr ma ħadd idejjaqlek il-bajd, mhux għaġeb lanqas.

Kont naqbel ħafna ma' dik il-liġi li kienet tipprojbixxi l-armi tal-logħob, jekk tassew eżistiet. U li kieku kienet teżisti l-lum kont nappoġġjaha b'ruħi u ġismi. L-immaġni ta' l-armi tan-nar bħala ġugarell, jew imqar bħala element ta' moda, nemmen li b'xi mod trid tinqata'. Ftit tal-jiem ilu, jien u nagħmel dawra mar-raħal, quddiemi kien hemm żewġt itfal ta' xi 4 jew 5 snin jimxu ma' ommhom, it-tnejn b'revolver żgħir f'idhom taparsi qed jisparaw fuq xulxin. Forsi tgħiduli li dan huwa normali; normali jew le, ma nħossnix komdu meta narah. Iqażziżni. L-istess meta nirrabja ma' missieri għax lil ħija ta' tmien snin, ċampjin ta' l-iskola fiċ-ċess li minn ftit taż-żmien 'l hawn beda jivvjaġġja madwar l-Ingilterra biex jieħu sehem f'diversi kampjunati, jixtrilu pistola tal-logħob bħala rigal tal-Milied. Imbagħad meta liż-żgħir tkun qabżitlu joħroġ bil-kliem «I'm gonna kill you!» jew «¡te voy a matar!», u l-lingwaġġ belliku jkompli jiżviluppa waħdu.

U issa, Malta ħanina, għandna nifirħu għax tali Chetcuti rebaħ midalja tal-bronż peress li jaf jispara u jolqot il-likk? Għandna nifirħu bid-deċiżjoni ta' Ġorġ il-Purċinell favur li l-kaċċa u l-insib ikunu permessi tul ir-rebbiegħa? Ma jmorrux jitilfu aktar voti l-PN wara x-xebgħa li ħadu l-ġimgħa l-oħra! U kif tista' federazzjoni ta' kaċċaturi u nassaba tkun fl-istess ħin konservazzjonista? X'qegħdin jikkonservaw, lil hinn mill-qtil? Issa jridu jikkonvertu l-inħawi tal-Munxar, ħdejn il-bajja ta' San Tumas, f'riżerva (biex ma ngħidx santwarju) tal-kaċċa. B'hekk ċerti passatempi tradizzjonali jkomplu jieħdu s-sopravvent fuq id-dritt ta' kulħadd li jgawdi l-ambjent, biex ma nsemmux l-aċċess ħieles għax-xatt, li skond ir-Ramblers Association huwa prinċipju legali li ġej minn żmien ir-Rumani.

Min ikun ra l-ewwel film ta' Michael Moore x'aktarx jiftakar lil Charlton Heston, iċ-ċuċ, jiġġustifika l-pussess ta' armi tan-nar billi jallega li «there's a lot of ethnicity».

Rabja

Il-Maltin ibatu minn nuqqas ta' interess fil-poeżija, skond it-Times u skond il-maġġoranza ta' dawk li attendew is-seminar tas-Sibt li għadda. Lista ta' konklużjonijiet validi li ħarġu minnu tinstab hawn.

Xi ġimagħtejn ilu kont mgħaddas f'xogħol twil, rajt l-aħbar quddiem għajnejja u ma ttendejtx. Is-Sibt, wara xi erba' sigħat nirraġuna waħdi u nitpaxxa nipparteċipa f'diskussjoni dwar il-poeżija u kif tista' titwassal lil aktar nies, sirt naf. Lura b'tisbita għaż-żonqor iebes tar-realtà. Minbarra l-fatt li r-razziżmu jaffettwani b'mod partikulari għax jiena għextu, kien il-fatt li l-intellettwali ta' veru, u poeta ta' veru, u missier ta' veru, huwa min hu li ġegħilni nitbaqbaq bir-rabja. U domt ma kkalmajt. Dakinhar jien ukoll stħajt li jien Malti.

Dawk il-waħdanisti li jistmerru kull plural u kull ħjiel ta' diversità, ħlief jekk tkun moltepliċità ta' lewn wieħed u ta' idea waħda, għandhom ikunu jafu li ma nibżgħux minnhom. Li kieku kellhom ftit aktar melħ f'moħħhom kienu jkunu aktar perikolużi. U rridu jkunu jafu wkoll li qatt fuq li qatt m'huwa se jirnexxielhom isikktu lill-kittieba, lill-ġurnalisti u lil kull min jesprimi ruħu liberament. La bin-nar, u la bis-snieter: għax il-miktub mhux maħrub, u jaħarqu kemm jaħarqu, in-nar se jibqa' f'wiċċhom, u jekk jisparaw għall-ajru l-unika toqba li se jkomplu jagħmlu se tkun f'moħħhom stess.

Għax anki jekk ix-xabla mingħaliha tirbaħ xi taqbida iżolata, qatt ma tegħleb is-saħħa tal-pinna.

Nhar ta' Tnejn

It-Tnejn filgħodu jaf ikun l-agħar mument tal-ġimgħa. Speċjalment meta l-ġimgħa tibdieha b'lura, u meta dawra mal-gazzetti, il-kolazzjon ta' kuljum, tkebbislek il-ġamra li tkun għadha ma ntfietx għal kollox.

EU buries Guantánamo Bay text Ucraina, cancellata la rivoluzione arancione Proche Orient: 22 morts dans un raid des forces des États Unis et irakiennes contre une mosquée chiite Arrestat wieħed mill-mexxejja ta' l-oppożizzjoni fil-Belarus Canadá comienza la caza de 335.000 focas en el Ártico para vender la piel MEPs 'disgusted' by detention centres in Malta L'élévation du niveau des océans pourrait être plus importante et plus rapide que prévu Tommy è prigioniero di una gang di balordi Um milhão de armas legais em Portugal Afghans protest against convert Bagdad, trovati nove cadaveri "torturati e poi strangolati" Inaċċettabbli li titwaqqaf dimostrazzjoni paċifika u leġittima kontra l-preżenza ta' vapuri tal-gwerra tan-NATO fil-Port il-Kbir La crispación destroza el lenguaje Bomb blast kills two in southern Philippines La medicina è schiava del mercato Plans to turn an area known as il-Munxar, next to St Thomas Bay, into a hunting reserve La présidentielle biélorusse se solde par 900 arrestations Berlusconi: i comunisti non mangiavano i bambini, li bollivano Maltese 'lack interest' in poetry Prossegue interrogatório por tráfico de armas Bielorussia, Ue «inorridita» per repressione proteste Dawn ma jisplodux lilhom infushom, fil-fatt, imma jaħarqulek il-karozza (bħal dawk l-Għarab maħmuġin fi Franza) jew jitfgħulek tajer jaħraq mal-bieb waqt li tkun qed tniedi ktieb Rwandans to see genocide on big screen, making of film triggered panic and flashbacks Gaza, due miliziani uccisi al valico di Erez The real threat is not in the closed centres but in the closed minds The real threat comes not from abroad but is home grown The real threat is not those who speak of fundamental rights It’s the fundamentalist Right Trinta decapitados a norte de Bagdade essi combattono una battaglia di egemonia culturale c'è da temere dall'attacco dei paladini delle forti identità materiali e concrete Más de 40 muertos en un atentado suicida contra una base militar del norte de Irak Dispositif sécuritaire renforcé entre Place d'Italie et République But even the possibility that it is one tenth of the truth makes me feel ashamed that I am Maltese Jekk ħadd ma jara xejn u ħadd ma jisma' biż-żmien il-foga tgħib u t-trab jindara


L-esperiment ikompli. Billi l-kelma makkeroniku, spiss użata biex tirreferi għall-poeżija ta' lingwa mħallta, b'xorti ħażina fiha konnotazzjonijiet kemmxejn peġġorattivi u taċ-ċajt, iddeċidejt li dawn is-sunetti multilingwi nsejħilhom sempliċement mużajki. L-iskop tiegħi hu li dan l-istil imur lil hinn mid-dimensjoni ludika u burleska, kif ukoll mil-logħob purament lingwistiku.

Ikklikkja hawn biex tisma' s-sunett.


Nhar ta' Tnejn

Nhar ta' Tnejn, jum il-baħħ, another day from hell,
fan più e più rumore gli idioti dell'orror,
oil galore, crush the poor, my wallet's now a whore,
u l-kultura tinxtara fl-irkejjen ta' burdell;

moħħi fik, I'm a freak, tallaron mi laurel,
gobiernos antinómadas bombardean el amor,
ksir ir-ras, it will pass, neqred nilmenta ngorr,
et je m'éloigne encore, et encore plus loin d'elle.

Tfajliet sbieħ, moħħ ir-riħ, ma' macho boys bis-snieter,
oh such fun! like my gun? bumm, bumm! l'oiseau est mort,
l-eroj jiftaħar b'rixu, min qal li Alla kiefer?

Mala tempora currunt, quest'era è di furor,
nhar it-Tnejn, nhar ix-Xejn, rebħet mill-ġdid ix-xabla,
u int li qatt ma narak, għid, x'tifhem int bl-imħabba?




Kummenti: 4

Blogger Erezija qal/qalet...

Bloggata mill-isbaħ din...

28/3/06 13:22  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Ara joghgbokx dal-hajku.

Bumm
murtal iehor
Mietu tnejn.

28/3/06 18:46  
Blogger wwwitchie qal/qalet...

I finally found time to read this properly and listen to the sonnet. Great stuff Antoine... I really enjoyed hearing the sounds of all the different languages!

30/3/06 14:14  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Ereżija u Sharon: grazzi.

El usuario anónimo: ma fhimtekx.

31/3/06 09:47  

Ħalli kumment

<< Home