<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

11.3.06

Madrid, Estación de Atocha, 11.3.04, 07:37



Juan Moris Crespo

Kien jistudja l-ammont ta' vjaġġaturi f'Atocha waqt ir-rush hour
INĠINIER / 31 SENA / ALCALÁ


Għal Juan, l-istazzjon ta' Atocha kienet territorju ta' studju. Hemmhekk, ftit tax-xhur qabel, kien applika l-għarfien tiegħu fil-qasam ta' l-inġinerija tat-trasport, lawrja li kien wasal biex itemm. Wieħed mill-aħħar assignments tiegħu, li ġie ppremjat b'marki għoljin, kien ittratta l-moviment tal-vjaġġaturi f'din l-istazzjon populari ta' Madrid. Dan ix-xogħol kien ikkonsista speċifikament fil-kalkolu ta' kemm-il persuna tista' tuża l-pjattaformi ta' Atocha waqt l-aktar ħin movimentat, mit-tmienja sad-disgħa ta' fil-għodu. U, preċiżament, kien fi triqtu lejn dawk il-pjattaformi fejn sab il-fatalità, dak il-Ħamis misħut li diġà sar parti mill-Istorja.

Dik l-għodwa kien telaq minn Alcalá de Henares, il-belt ta' twelidu, lejn il-kumpanija fejn kien qiegħed jaħdem bħala traduttur tekniku. Determinat li jġib fi tmiemu kull proġett li kien jibda, l-hena tiegħu kienet il-ħajja familjari mal-ġenituri tiegħu, nattivi ta' l-Andalużija, maż-żewġ ħutu u man-neputijiet, li magħhom kellu relazzjoni ta' ammirazzjoni mutwa.







Yo me bajo en Atocha


Anki jekk imut is-sajf u tgħaġġel ix-xitwa,
ir-rebbiegħa taf li nkun qed nistennieha Madrid.

Nofs triq bejn l-infern u s-sema,
jiena ninżel Atocha, jiena nibqa' Madrid.

Bkejt Venezja, intlift Manhattan,
kbirt La Habana, kont parja Pariġi,
Belt il-Messiku taħraqni, Buenos Aires toqtolni,
iżda dejjem ikun hemm tren li jiżbokka f'Madrid.

Iżda dejjem ikun hemm tifel li jixjieħ f'Madrid.
Iżda dejjem ikun hemm karozza li tiskiddja f'Madrid.
Iżda dejjem ikun hemm ħuġġieġa li taqbad f'Madrid.
Iżda dejjem ikun hemm vapur li jegħreq f'Madrid.
Iżda dejjem ikun hemm ħolma li tistenbaħ f'Madrid.
Iżda dejjem ikun hemm titjira lura lejn Madrid.

Iżda dejjem ikun hemm tren li jiżbokka f'Madrid.

Joaquín Sabina









¡Un saludo, Juan!

Kummenti: 0

Ħalli kumment

<< Home