<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

31.3.06

Il-firillu u l-farfett

wara Pica


Ma setax jonqos. M'hemmx għalfejn ngħidu, kull aspett tal-lingwa ħaqqu studju serju, anki fejn jidħlu s-sigrieti (kif insibuhom fid-dizzjunarju ta' Aquilina).

Mela bis-serjetà kollha, biex inkompli mal-listi li għoġobha tibda n-ners Pica, għamilt daqsxejn ta' riċerka, u sibt dawn li ġejjin.



(f'ordni alfabetiku)

Hi

L-anġlu
Il-bezzun
Iċ-ċuċċu (interessanti din, l-Ispanjoli jużaw ħafna l-kelma "chocho")
Il-farfett
Il-figorin
Il-fjura
Il-ġurdien
Il-garaxx
"Hemmhekk"
Il-ħass (?!?!)
Il-ħofra
Il-kukklu
Il-kuperċ (tingħad fl-inħawi tal-Gudja, grazzi Limerikku)
Il-maħbub
Il-maqrut
L-imqaxxar
Il-muċċu
In-natura
Il-paċċoċċu, i
l-paċċu
Il-parti
Il-pastizz
Il-pussi, il-pussikat
Il-qattus
Sieħbi
Is-sufi
Tad-daqna, tal-baffi, tal-mustaċċi
* It-trijanglu ta' Bermuda (grazzi Maria)
Iz-zizzu

Hu

L-annimal
L-apparat
L-arblu tar-razza
Barri għammiel (minn poeżija ta' l-Imżebbel)
Il-bestja
Il-bezzun
Il-bilbla (in-naħa t'isfel ta' Malta, mill-verb belbel)
Il-braġjolu
Il-brazz
Il-bxula, Il-pxula (pl. bxiexel, pxiexel; dim. bxejxla, pxejxla)
Il-bubun
Iċ-ċavetta
Id-duda, id-dudu
* Il-fajjenza (grazzi Tuxka)
Il-fartas
Il-firillu
L-iflaġellat (x'aktarx wara xi lejl għaddej bla nifs)
Il-ġemmarker l-oħxon
Il-ġeneral
Ġismi
Il-ġojjell, il-ġojjelli tal-familja
Il-ġonsin (johnson)
Il-gamaxula (użat minn kuġinuwi ta' 7 snin)
Il-gerwiela (mill-verb gerwel)
Il-girboks (gearbox)
L-għasfur
L-għodda
* Hu, f'forma ta' pronom mehmuż, bħal meta ngħidu 'ħa mmur neħodlu b'idu' (grazzi Wiżgħa)
Il-ħanżir
Il-ħendbrejk (handbrake)
Ħija ż-żgħir
Johnny t'hemm isfel
* Il-Kanonku (jew Kanonk fil-qosor; grazzi Pierre)
Il-kanun
Il-kaptan ta' rasu ħamra
Il-kavallier l-abjad (għoġbitni wisq din)
Il-kbir
Il-king
Il-kukku
* Il-lasta virili (fil-Qrati Maltin, grazzi RasBlaxxa)
Lażżru (bħal meta ngħidu «Qum, Lażżru!»)
Il-linfa
Il-martell
Il-mazza
L-imdendel
L-imqareb
Il-muntun
Il-musmar tal-penitenza
In-natura
Il-pakkett (jinkludi l-ħaswejn)
Il-parti
Il-pesisa
Il-pitiross
Il-piżu
Il-Qassis il-Kbir (minn poeżija ta' Achille Mizzi)
Ir-re
Is-serp
It-trillina
* Il-virga maskili (fil-Qrati Maltin, grazzi RasBlaxxa)
* Ix-xadin (eż. fil-frażi 'ħa mmur inbandal ix-xadin', grazzi Wiżgħa)
Ix-ximitarra

* aġġornati

Interessanti kemm hawn termini marbutin mar-reliġjon: il-Qassis il-Kbir, Lażżru, il-Kanonk...

Hemm xi oħrajn?
P.S. Ħajr lill-bloggejja u lin-nies tal-forums.

Kummenti: 53

Blogger Mark Vella qal/qalet...

Meta konna nġibu wieħed biex iqarvzilna l-kelba, il-paċċu (daħħlatha din?) kien isejjaħlu 'in-natura'.

31/3/06 10:15  
Blogger david qal/qalet...

Hu

il-bubun
il-kanun

ps: ara l-kumment li hallejt ghand Nurse Pica dwar Germaine Greer u l-programm tal-BBC Balderdash and Piffle.

31/3/06 10:29  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

Kont se nsemm "il-paccu" ukoll... nahseb abbrevjazjoni ta' "pacoccu".

Tista' ukoll tkompli l-ezercizzju bl-ismijiet li juzaw ghat-tfal:

"dudu/duda"
"firillu - stile Daaaavid"


U hemm ohrajn...

31/3/06 10:29  
Blogger Mark Vella qal/qalet...

insejna waħda kbira: ġismi (mhux ġisem, għax trid tintuza dejjem bil-pronom mehmuz)

31/3/06 10:45  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Ġismi diġà kienet imniżżla bil-pronom, Mark... tant għadek 'mistrieħ u kuntent' li ma ndunajtx...

31/3/06 10:49  
Blogger Athena qal/qalet...

*musmar* tal-penitenza?! Yeesh I thought you guys loved bragging about size:P I'll never ever look at nails in the same way:)

Ok, forsi nista naghti kontribut, xi hadd qalli li l-kelma pulita ghal zobb hija bxula, plur. bxul. Veru? X'inhu l-ekwivalent femminili?

31/3/06 10:55  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

Ghadni qed immut bid-dahk....

..."johnny t'hemm isfel"

... u mohhu?

... "Chalie t'hawn fuq?"

31/3/06 11:31  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Mid-dizzju ta' Aquilina:

"BXULA / PXULA n.f. (pl. bxiexel) Penis; ħliefa tal-bxula, prepuce, foreskin. BXEJXLA / PXEJXLA, dim. n.f. (pl. bxejxliet) Little penis. [poss. anal. Sic. pisciula; loc. dim. form.]"

Grazzi Athena. Dwar l-ekwivalent femminili (lil hinn mill-għ...) ma nafx, Aquilina jagħti sempliċement 'vaġina'.

31/3/06 14:13  
Blogger Zemploid qal/qalet...

"Il-Pakkett"

Dak insieh kulhadd s'issa ...

31/3/06 14:23  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Kbira din, Twan.

Imma tħallix barra in-nomi "formali":

Il-pene / Il-vaġijna

Forsi ma fihom xejn speċjali, sakemm ma tismagħhomx minn ħalq (fuq ir-radju, propjament) il-Professur Anġlu Psaila li innoċentament jgħidhom bl-istess ton ta' Dun Victor Grech fuq l-mp3s.

31/3/06 15:58  
Blogger Athena qal/qalet...

hliefa tal-bxula... uh oh. I am but a child and this made me laugh:) Veru li l-origini ta' dil-kelma hija mill-isqalli pixxatura?

Interessanti li hemm iktar errr ismijiet ghall-partijiet maskili. Forsi kellu naqra ragun Freud, l-irgiel mohhom fiz-z...:P (Jew ommi qalitha din?)

31/3/06 16:05  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Ħallejt barra tnejn ovvji:

Hi:
- Il-pussy (mhux pussikat)
- Il-qattus

u din li smajtha kemm-il darba:

Hu:
- Il-kaptan ta' rasu ħamra (pjuttost grafika din)

31/3/06 16:05  
Anonymous Maria qal/qalet...

Ma tistħix, Twanny?!? Issa li sirt taf li fil-Malti anki l-"ixkupa" u l-"moxt" kliem oxxen ;-)))

Fil-fatt, l-"għasfur", il-"ħofra" u n-"natura" (din però għar-raġel biss, sa fejn naf u skond id-dizzjunarju li għandi) jeżistu fil-Grieg ukoll.

Ħeqq, ma naħsibx li dal-vokabularju jkun utli ħafna għall-konkors. Aħjar nibda l-qari tal-Konstituzzjoni Ewropea bil-Malti ;-( (u kuraġġ għalina għal Settembru!)...

31/3/06 17:18  
Anonymous Maria qal/qalet...

Insejt... fil-Grammatika Deskrittiva hemm kapitlu dwar il-ġisem tal-bniedem (paġna 342), u jidhirli li hemm fih xi kliem li għad m'għandekx.

31/3/06 18:20  
Blogger il-Midneb qal/qalet...

aw twan...
tidher li intogghbot tal-
musmar qisa...

smajt min jejdlu l-iflaggellat ukoll, wara xi lejl ghaddej bla nifs...

31/3/06 21:04  
Blogger Athena qal/qalet...

Hmmm taf meta tinkwieta, meta tisma dwar il-kaptan ta' rasu hamra ifflagellat....

31/3/06 21:07  
Blogger il-Midneb qal/qalet...

le athena ghandek zball...


tinkwieta meta lazzru maj jqumx

31/3/06 21:29  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi ħafna ta' l-għajnuna, nies. Tikber u titgħallem, jgħid il-qawl...

Midneb: Merħba fuq il-bloggosfera Maltija.

Maria, x'waħda daħħaktni!

31/3/06 22:27  
Blogger il-Midneb qal/qalet...

grazzi twan...

31/3/06 22:55  
Blogger gybexi qal/qalet...

ig-gonsin (johnson)
il-hass (tintuza chez gybexi biss... tigi minn Rem Koolhaas - perit Olandiz li, bhal periti kollha.......)
il-kavalier l-abjad
il-gemmarker ohxon

1/4/06 10:32  
Blogger gybexi qal/qalet...

il-gemmarker l-ohxon... sorry

1/4/06 10:33  
Blogger david qal/qalet...

Ix-ximitarra (nom, informali, kors tal-ligi)

1/4/06 13:21  
Blogger Guze' Stagno qal/qalet...

Ahna n-nahiet taghna nuzaw ukoll 'il-bilbla' u l-'gerwiela'.

1/4/06 15:15  
Blogger il-Midneb qal/qalet...

it-trillina (maskili, gejja min tahwida ta thriller imma jejduwa al xi hadd biex iwaqqawh an-nejk tipo x'se tamel b'dik il-pesisa(trillina) zghira)

uzata minn grupp ta adoloxenti li jkunu hdejn l-hanut tijej...

1/4/06 15:44  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Il-gerwiela! Kif stajna ninsewha?

'L hawn fuq tintuża ġeneralment mat-tfal, tipo "id-duda".

1/4/06 22:39  
Blogger Guze' Stagno qal/qalet...

Mark: allura minn hemm gejja meta Dun Victor jghid '...in-natura ma ttihx?'

ie ikun qed jirreferi ghall-parti tieghu?

2/4/06 21:30  
Blogger Hsejjes qal/qalet...

l-annimal!!! hahahahaha!!! hahahaha!!

3/4/06 12:55  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Fakkartni f'din is-silta tal-maestro Battiato:

E l'animale ch'io porto dentro
non mi fa vivere felice mai,
si prende tutto, anche il caffè
mi rende schiavo delle mie passioni,
e non si arrende mai, e non sa attendere,
e l'animale ch'io porto dentro vuole te

3/4/06 13:06  
Blogger Mark Vella qal/qalet...

Twann, fil-ktieb li tajtni ta' Ġuzi Gatt, hemm tpinġija ta' mara u l-pudenda/public area msejħa il-farġ.

Tgħid għax ifarraġ u jhenni?

(alla faccia dello stile e del contegno...tee-heee)

3/4/06 14:08  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi Mark. Anka jien, mill-ewwel ħsibt li dik il-kelma marbuta etimoloġikament mal-mamma faraġ. Kienet tkun etimoloġija sabiħa, diġà qed nimmaġina l-possibbiltajiet poetiċi... f'Aquilina nsibu faraġ, farraġ (to caress, fondle), tifriġ (recreation), tfarriġ (self-consoling)...

Il-kelma farġ tingħata bħala entrata separata (kumbinazzjoni, wara farfett); il-kunċett naħseb li nifhmu, imma ma nafx kif għandha tintuża l-kelma għax ma jagħtix eżempju:

FARĠ (pl. fruġ) What distinguishes physically one sex from another sex. [Ar. farġ, space between the legs, pudenda, womb]

B'xorti ħażina l-ktieb ta' Gatt ma fihx tpinġija ta' raġel. Jiġifieri ma nafx jekk il-kelma farġ tirreferi biss għall-organi tal-mara.

3/4/06 16:39  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Twann insejt "Il-bezzun". Din smajtha b'riferenza kemm għall-parti tar-raġel kif ukoll tal-mara. Probabbli li hija waħda mill-ftit kliem unisex f'dan il-qasam.

U mistoqsija personali: għala "girbokx" (gearbox) u mhux "girboks"?!ybt

3/4/06 18:24  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi Rod.

Dwar girbokx... dik lapsus calami!

3/4/06 18:35  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

M'hemmx imniex ħabib.

3/4/06 19:47  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Ma nafx issemmiex: Il-Muntun.

F'poeżija minn tiegħu Achille Mizzi jirreferi ghalih bhala "l-Qassis il-Kbir."

4/4/06 09:17  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi Kevin. Jekk issib il-poeżija ta' Achille Mizzi nitolbok tibgħathieli.

4/4/06 10:01  
Blogger Athena qal/qalet...

Il-qassis il-kbir?? Maaaa x'ego istra:P

Bilhaqq, grazzi lil kulhadd ghax issa veru ghandi vokabolarju rikk ;-)

4/4/06 12:58  
Blogger Limerikku qal/qalet...

Xlukkajr imlaqqam it-trillu
(dejjem ghamel dak li qabillu)
tas-sur Antoine ra l-blogg
u ddecieda li z-z***
jirreferi ghalih bhal' firillu

Ghaddew xi sitt xhur meta t-trillu
(dejjem ghamel dak li fettillu)
qal "Wasal iz-zmien
biex lil dan il-flien
fil-bahar ninzel inbillu"

Kif mess il-firillu mal-bahar
(ma tantx kellu wisq biex jiftahar)
bil-gobon il-hut
tassew kien fornut
u tahtu bi qtajja ingabar!

5/4/06 00:15  
Blogger Hsejjes qal/qalet...

Leeeeeeeee!!!!!!!! Leeeeeeeeeeeee!!!!!!!!! Ma niflahx ghalihom dawn l-affarijiet aktar!!! qsamtuni bid dahk!! Athena, qalbi, Freud kien jghid li in nisa ghandhom 'penis envy'....

5/4/06 06:48  
Blogger Hsejjes qal/qalet...

By the way smajt ohra - the wedding tackle :P

5/4/06 09:36  
Blogger Athena qal/qalet...

Limerikku... you owe me a new monitor and a mug of coffee :)

Hsejjes... Ehe imma Freud kien naqra (hafna) mignun :) Jien iktar nahseb l-irgiel ghandom penis envy ghax ilhinkollu jikkumparaw u jiftahru ;-)

5/4/06 11:54  
Blogger il-Midneb qal/qalet...

Athena said...
Limerikku... you owe me a new monitor and a mug of coffee :)

Hsejjes... Ehe imma Freud kien naqra (hafna) mignun :) , Jien iktar nahseb l-irgiel ghandom penis envy ghax ilhinkollu jikkumparaw u jiftahru ;-) ,

dak minn maj jkollux x'jamel...jien intih ix-xol u daqshekk... :D

5/4/06 23:00  
Blogger Limerikku qal/qalet...

Illum dhakna tnejn bil-firilla
dil kelma f'dal blogg qed tibrilla,
min xeraq bid dahk
u min kisser makk
u min mal-pakkett wahhal stilla!

5/4/06 23:05  
Anonymous Maria qal/qalet...

42 Kumment?? L-aktar bloggata popolari li qatt ktibt...

:-)))

6/4/06 07:26  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

F'Virili Ribelli, irreferejt għalih bħala 'barri għammiel'. :)

7/4/06 11:35  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Athena: Men compare not because of some envy; it's more because we know we're sexual exiles, and thus we misconceive the penis as our fulcrum of being.

Re Freud, he was right. Of course, he was 'miġnun' too; madness is a perquisite for genius. :)

7/4/06 11:53  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi ħafna Limerikku, u prosit kbira!

7/4/06 15:26  
Blogger Limerikku qal/qalet...

This comment has been removed by a blog administrator.

9/4/06 00:45  
Blogger Limerikku qal/qalet...

Bil-haqq smajt wiehed mil-Gudja jirreferi ghall-parti femminili bhala il-kuperc

9/4/06 00:48  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi mill-ġdid Limerikku, issa nżidha.

Ħbieb, dil-bloggata ndifnet taħt oħra, iżda r-riċerka tkompli.

9/4/06 07:04  
Blogger Rasblaxxa qal/qalet...

Twann, bomba dil-lista... il-qrati maltin jirreferu ghalih bhala "il-virga maskili" u "l-lasta virili"... pompuzi imma bomba ukoll ma tahsibx?(case law maltija fuq sexual assualt u rape)...

20/4/06 18:38  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi ras.

Dwar it-termini użati mill-qrati Maltin, ikun interessanti jekk ittina xi eżempji, ħa narawhom f'kuntest! Stennejt ewfemiżmi aktar sottili minn hekk...

20/4/06 22:08  
Blogger Pierre J. Mejlak qal/qalet...

Naf min isejjahlu l-Kanonku jew Kanonk fil-qosor.

26/4/06 19:23  
Anonymous Kenneth Camilleri qal/qalet...

Xi kelmiet ohrajn uzati ghall-parti maskili:

- l-arblu (anke: l-arblu tar-razza)
- id-demb ta' quddiem
- id-dinozawr (meta jkun imqajjem)
- dak li qatt ma rat il-Madonna/jew dak li qatt ma ra l-isqof (suppost)
- Is-Centre-Forward (u ta' xi hadd gay allura, il-Full-Back? ;-)
- Dak li ma juzawx tal-muzew
- Il-kazz (specjalment metaforikament bhal fl-espressjoni: "Blajt kazz")
- Il-firilla (kelma tat-tfal)
- Iz-zalzett, u smajt ukoll "is-sosigu" bil-g bit-tikka (sausage pronunzjata a la Maltija!)
- Il-pupu l-iswed (minn dik ic-cajta popolari "urini l-pupu l-iswed")
- Il-lasta (anke: il-lasta ta' l-ixkupa b'referenza ghas-suf)
- Il-boss
- Il-habib ta' Debbie (ghax dak li kien jghidha hekk kien jisimha tieghu, intom applikawha skond isem min tghabbu...)
- Il-geduda (kelma tat-tfal)
- Il-pizellu (Taljanizmu)
- L-gherq jew gherq ir-ragel
- Ta' bejn saqajja, jew it-TBS (kien dak iz-zmien fit-tmeninijiet meta bdew jfaqqsu hafna stazzjonijiet tat-TV godda Taljani bhan-notorju Teleblea, u konna ninku lil xulxin billi nistaqsu 'l dak li jkun "Inti taqbdu t-TBS?" taparsi xi stazzjon tat-TV, u l-balalu jirrisondi "le." U mbaghad jistenna xi botta bhal: "Mela kif tpixxi bla ma taqbdu!!?")
- Ix-Schumacher (forsi ghax igerri?...)
- Is-sieq tan-nofs (Inglizizmu, traduzzjoni litterali minn Ally McBeal)
- L-isputnik (din kienet one-off: wiehed siehbi kien xtara kompjuter m'ghand computer-technician Russu li kien jghix Malta u dan il-kompjuter irrizulta li kien naqra mnejjek. Siehbi xaba' jisma' lil dan ir-Russu jweghdu fil-vojt li se jigi jsewwihulu, u darba ltaqa' mieghu meta nzertajna flimkien u qallu bir-rabja: "Hares man - you f**k'n come and fix my PC, ghax inkella se nispicca nqaccattlek l-isputnik!" Ma nafx jekk sewwihulux (jew qaccatulux!) imma li hu zgur li ghamilt l-isbah nofs siegha moghxi bid-dahq wara li smajt din ta' l-isputnik...)
- ix-xilep, fl-espressjoni "gewwa ix-xilep"

Kemm ghall-parti maskili u feminili:

- L-ispizerija (ghaz-zona pubika ingenerali, specjalment meta xi hadd jinsa z-zipp imnizzel u l-iehor iwiddbu: "Ghandek l-ispizerija miftuha, Gann...")

Ghall-parti feminili:

- Il-maqrut (singular ta' mqaret, ghax fl-antik milli jidher kienu jaghmluhom trijangolari)
- Il-kawza tad-dnub (heqq, nghiduha kif inhi...)
- Il-qasma
- Ta' bejn il-koxox
- Il-Port il-Kbir (u jekk ikun ta' xi wahda qahbija, l-Freeport allura jew!?)
- Bieb il-hajja
- L-ATM jew il-card-reader (tista' tkun ghall-parti t'isfel - minix cert, imma smajtha tintuza ghall-ispeci ta' qasma li tifred sider minn iehor ta' mara, apparentament billi din tixbah xi Point of Sale Card Reader fejn wiehed jiswajpja l-credit card).

Apparti d-diskors kif nghidu l-pastazati bil-Malti, skuzawni se ndahhal ftit politika: qatt innutajtu li l-president u l-vici president Amerikani jisimhom Bush u Dick rispettivament? Mela ghalhekk jingwalawha tajjeb flimkien dawk it-tnejn!! U bejniethom ghoddhom hx*w id-dinja... Ta' qabilhom (Clitton) kien naqra ahjar ghax kien j*hxi kull mara li jara minflok pajjizi shah!

Daqshekk ghalissa.

29/4/06 13:58  

Ħalli kumment

<< Home