<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

8.2.06

Imbagħad is-skiet

«int li timla l-beraħ kollu b'kewntek»
Ġużè Aquilina, Taħt Tliet Saltniet




IMBAGĦAD IS-SKIET


Fl-aħħar wasalna, fl-aħħar. Fl-aħħar ġejt niżżik ħajr,
lilek li isem m'għandekx, la sura, u la lsien,
fl-aħħar ġejt hawn inkellmek, lilek li m'għandekx kliem,
li kullimkien inħossok, li nsejtek tant malajr.

Fl-aħħar ġejt niżżik ħajr –fuq dar-rdum lewn ix-xgħir
u dal-baħar ta' skiet– tal-beraħ, tal-ħolqien,
int li b'biża' ma tafx, int il-kaos, int is-sliem,
int li bis-saħħa tiegħek mill-ġdid inħossni ħaj.

Fl-aħħar, wara li għaddejt kull lejl fix-xejn nitmiegħek,
int li f'xbihitu l-bniedem jippinzilla f'elf ktieb
mingħalihom imqaddsa, int bla iben, bla werriet,

il-ħajja kif inhi, fis-sempliċità tiegħek,
wara kollox u xejn, ġejt niftaħ qalbi miegħek.
Imbagħad, fl-aħħar, is-skiet..........................................



Il-Qrendi, 4 ta' Frar 2006



Ikklikkja hawn biex tisma' s-sunett. (Grazzi lil Antonio tal-mużika fl-isfond)

Kummenti: 9

Blogger Arcibald qal/qalet...

Proset xbin... kif ga ghidtlek, dan nahseb wiehed mill-isbah li qatt ktibt s'issa...

8/2/06 08:58  
Blogger nigredo qal/qalet...

int bla iben, bla werriet

l-espressjonijiet stupendi, x'hemm warajhom ikrah immens...

prosit twanny...

8/2/06 10:41  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

This comment has been removed by a blog administrator.

8/2/06 11:43  
Blogger Pierre J. Mejlak qal/qalet...

Prosit, Twan. Hadt gost naqraha u izjed izjed nismaghha.

8/2/06 14:01  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

qari ta' patri dionisiu mintoff frangiskan.

tfakkarni fir-radju malta 'wara nofsinhar ghazziena sajfija dik il-lehen. imma l-poezija sabiha.

kumment patronizzanti iehor imwassal lilkom minn...

8/2/06 23:05  
Blogger Erezija qal/qalet...

:)

bhal nigredo nahsibha jien

9/2/06 14:07  
Blogger L-Aghma qal/qalet...

Ovvjamnet ir-ritratt mill-ewwel laqghatli harsti, Twan. Is-sunett m'ghamilx ghajb u nifrahlek. Kemm iwennsu erwieh imxebilka mal-mistoqsija daw l-inhawi taghna!

Alla biss jaf.

14/2/06 22:32  
Blogger Raphael Vassallo qal/qalet...

Antoine, grazzi tal-kumment tieghek ta' qabel fuq l-iSkip u prosit tal-programm...

18/2/06 19:14  
Anonymous Maria qal/qalet...

Is-skiet m'hux mejjet.
Agħtih iċ-ċans u tara
kemm jagħmel storbju.
(Oliver Friggieri)

Kemm inħobb dal-ktieb!
Kif inti, għażiż Antoine, nittama li tinsab tajjeb!

8/3/06 11:16  

Ħalli kumment

<< Home