<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

23.1.06

Is-Salib taz-Ziju Ġorġ


Il-Kanarin

Ommu u missieru, ir-razza u r-radika
għexu fil-jasar wara l-bottafora,
u l-lum għall-kanarin li dara l-jasar
x'inhija l-libertà ħdejn ftit skalora?



Din mhix il-bloggata li kelli f'moħħi (xtaqt nitkellem dwar suġġett totalment differenti), imma wara li dal-għodu qrajt din il-kitba ta' Zemploid, għamilt kollegament għaliha, żidt il-minisondaġġ mal-ġenb u rċevejt reazzjoni maħtufa mingħand sieħbi Ereżija, inħoss li għandi ngħid tiegħi billi nwieġbu hawnhekk, minflok inkompli fil-kaxex tal-kummenti. Naqbel li ovvjament hemm kwistjonijiet wisq aktar importanti x'niddiskutu lil hinn mis-simboliżmi, imma tajjeb li jitrawwem id-dibattitu xorta waħda. Nemmen li l-identitajiet m'humiex sniedaq magħluqin u li aktar ma jkunu relattivi aktar jistħoqqilhom rispett, imma saħansitra l-aktar bniedem nomadu li jista' jkun hemm fid-dinja għandu bżonn jaf sew min hu, imnejn ġej u għala huwa dak li hu, anki jekk daru wara kollox huwa l-moviment. Kif darba qal id-drammaturgu Carlo Goldoni, vjaġġatur għaref qatt ma jiddisprezza pajjiżu.

Mela. Qabelxejn, kif għedt fil-kumment li ħallejt fuq il-blogg ta' Zemploid, jien ġeneralment niġi naqa' u nqum mill-bnadar, mis-simboli u mis-sentimenti ta' patrijottiżmu... aktar u aktar meta l-bnadar jintużaw bħala element ta' moda, tipo l-flokkijiet b'dik l-ostja Union Jack jew l-istilel u l-istrixxi ta' l-Istati Uniti. Imma balleċ, ħarsa ta' malajr lejn l-aħħar ftit bloggati tiegħi u bl-eWro u b'kollox Triq il-Maqluba donnha saret xi manifest lemini (!!). U dan ovvjament m'huwiex l-iskop tiegħi – xejn affattu.

Fuq il-blogg taz-Zemp għedt ukoll li kieku nivvota favur li ma jkun hemm l-ebda simbolu fuq il-bandiera Maltija minbarra ż-żewġ kuluri. Veru li jekk issegwi l-loġika sa l-aħħar korollarju tagħha ssib li l-aħmar u l-abjad xorta waħda huma simbolu ta' żmien ta' ħakma (u allura relikwa kolonjali) u wisq probabbli l-legat ta' ċerta dottrina reliġjuża, li kienet ukoll dottrina militari.

Naqbel ħafna ma' din l-osservazzjoni ta' Ereżija: «I think it is the shame which brings out the colonised in us». Veru minn daqshekk. Naturali li tistħi mill-passat kolonjali tiegħek, aħjar milli tistħi milli tkun int stess! Mela ejjew nistħu ħalli nkunu nistgħu negħlbu l-mistħija.


Veru wkoll li wara kollox dak is-salib imqaddes m'huwiex ħlief sempliċi 'relikwa'. Il-kwistjoni hi: relikwa ta' xiex? Naqbel ukoll ma' Athena, li qalet li hija kwistjoni ta' liema passat huwa l-aktar "aċċettabbli". Waqt li niftakru fil-qlubija ta' nannietna bl-għożża kollha li jistħoqqilha, personalment ma narax għalfejn l-unur tas-salib kellu jitqiegħed fuq il-bandiera. Qisna qegħdin ngħidu li Malta pajjiż / nazzjon / stat (x'alabiebi mit-terminu li nagħżlu) bis-saħħa ta' l-alleanza tagħna mar-Renju Unit; u paradossalment, il-lum għandna repubblika b'simbolu monarkiku fuq il-bandiera tagħha.

Għalija, kif għedt ukoll fuq il-blogg ta' Zemploid, bandiera minghajr is-salib ta' Ġorġ, biż-żewġt ilwien biss, kieku tkun male minore, x'aktarx l-inqas soluzzjoni ħażina. Nixtieq li jkun hemm referendum, li jkun hemm dibattitu fuq livell nazzjonali u li d-diskussjoni tkun f'saħħitha. Forsi jekk is-salib jitneħħa mill-bandiera l-mentalità kolonjali li spiss niltaqgħu magħha hawn Malta –li fil-fehma tiegħi hija wkoll mentalità tas-swar, u araw kemm hija tagħna din il-metafora–, tingħeleb darba għal dejjem.

Dwar l-argument tal-Feng Shui jew tal-proporzjoni Vitruvjana. Jekk il-bandiera mingħajr dak is-salib mill-perspettiva estetika tidher qisha għerja, ma jistax jintgħażel xi simbolu ieħor? Xi widnet il-baħar, xi dgħajsa, mappa żgħira tal-gżejjer, jew x'naf jien? Ftakru per eżempju fil-bandiera ta' Ċipru, gżira oħra li kienet kolonja ta' reġimijiet barranin. Fiha xi simbolu imperjali?

For Gallantry... and for having happily been a British colony. Grazzi, imma jkolli ngħid li nistħi minn din il-ġiżja aktar milli qatt nista' nkun kburi biha. Nistħi, iva, iżda ma nistħix mill-fatt li jiena nistħi.

U qabel ma taħsbu li jiena nobgħod lir-Renju Unit: le, jien m'għandi xejn kontra l-Brittaniċi. Mhux ta' b'xejn twelidt Camden Town u qattajt il-biċċa l-kbira ta' żgħożiti ftit 'il bogħod minn Londra. U m'għandi xejn kontra l-lingwa Ingliża lanqas: li tħobb il-Malti ma jfissirx li ma tistax tħobb lingwi oħra fl-istess ħin. Il-biċċa hi li jiena antimonarkiku, antikolonjali, u kif poġġietha b'mod tant ħelu poetessa li għażlet li tikteb f'żewġ ilsna minflok wieħed biss: Fuq ilsieni, kliem Ingliż; jekk taqsmu b'xafra, demm Malti ssib.

Imma ejjew ma nitbegħdux mill-kwistjoni ewlenija. Dak is-salib fuq il-bandiera x'nambuh??

Kummenti: 4

Blogger gybexi qal/qalet...

tajba ferm dik il-poezija ta' buttigieg twan. ikolli nammetti li qatt ma qrajt xi haga tieghu qabel - tal-misthija imma veru.

dwar il-george cross jekk titnehha tant l-ahjar, jekk tibqa ma ddejjaqnix xorta wahda.

24/1/06 08:22  
Blogger Erezija qal/qalet...

ghalfejn ghandna nisthu mill-fatt li konna kolonja? ghalfejn? Qisna ghamilna haga hazina.... Ahjar jisthu l-Maltin mill-mof kif mexxew pajjizhom f'dawn l-ahhar erbghin sena. U s-salib ta' gorg m'ghandux x'jaqsam ma' dan.

24/1/06 09:44  
Blogger Kenneth qal/qalet...

X'poeżija dik!

24/1/06 15:33  
Anonymous blatlaqliequ qal/qalet...

Mhux biss is-salib ta' Gorg u l-kuluri ahmar u abjad, imma l-kuncett-bandiera nniffsu huwa sintomu ta' dominju, jigifieri ta' Stat (kolonjali jew statali, ma jimpurtanix) li jrid jahkem u jissottometti lis-suggetti tieghu. Filwaqt li, naturalment, la nzertajt twelidt u ghext ghadd ta' snin Malta, dan il-pajjiz bil-minestra storika kollha tieghu, halla xi influwenza fuq il-jien dunkarmjan tieghi, bhala bniedem jien inhossni hafna oltre mill-fatt li ghandi kuntatt ma' Malta. M'ghandix labels ma dahri bhal ma jkollhom il-hwejjeg biex tindikali inix Malti jew le. Jien jien inniffsi u daqshekk! Kull fejn immur, kull min niltaqa' mieghu, kull lingwa li nitkellem, kull ktieb (jew anke blogg) li naqra, kull film li nara, kull holma li nohlom ikomplu jsawru dak li huwa jien. M'ghandix bandieri, lanqas personali, let alone nazzjonali. Spiss nisma' lil min jirridikula lil Malta, u nikkoregih biss jekk ikun skorrett f'isem il-gustizzja (halli ma jibqax jaqa' ghan-nejk, miskin), imma minix se noqghod ghal kategorizzazzjonijiet awtomatici bhal "Malti", "Lingwista", "Nazzjonalist/Laburist", "Kattoliku", "Pro jew anti gwerra fl-Iraq", ecc, ghax il-hajja aktar kumplessa minn hekk u jien inhoss li naqa' xi ftit jew wisq fil-kategoriji kollha t'hawn fuq u fil-kuntrarju wkoll. Le, Twan, m'ghandix bzonn bandieri u identitajiet fissi, ghax la c-celluli ta' mohhi jinbidlu l-hin kollu, kull identita' fissa ssir ritratt mehud li jibqa' l-istess sa ma jisfar filwaqt li l-mera tal-hajja tkompli turi wicc differenti kull meta jfettili (rarament) nittawwal fiha... Il-George Cross? Kultant nghozzu, kultant nistmerru, imma l-bicca l-kbira ma jifficerjax f'hajti. Imbaghad hemm is-salib tal-Kavallieri (interessanti wisq minn lenti Ewropea fuq Malta), u s-salib ta' Kristu (li suppost kellu jsalvali hajti, imma ghadni ma nistax nifhmu sewwasew...), u s-salib tal-hajja ta' kuljum (li ma nistax naharbu, imma kultant nahseb li huwa l-aktar haga li taghmel sens f'did-dinja ghax m'hemm xejn ikreh mill-monotonija ta' hajja bla gheltijiet jew isbah mis-sodisfazzjon ta' rebha meritata, mhux necessarjament fit-tieni gwerra dinjija imma fil-gwerer ta' hajti ta' kuljum kontra xi vajrus ta' l-irjihat, xi dedlajn tax-xoghol jew xi demonju ta' mohhi...

12/2/06 14:08  

Ħalli kumment

<< Home