<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

11.1.06

Appuntu

Kumment tal-Gybexi fuq il-blogg ta' Zemploid:


[...] Biss iebes ma tinnutax ħaġa... mhux biex nifta' l-ħatab fuq in-nar imma żgur m'inix l-uniku wieħed li nnota li min normalment jikteb bl-Ingliż kien kontra {ewro bil-w}, u min jikteb bil-Malti kien favur? L-istess pajjiż imma mhux l-istess poplu? - Qed nara risonanzi Belġjani fiha l-ħaġa (bil-ġlied lingwistiku jikrieh biż-żmien).

[...] Biss ċerti Maltin draw jgħidu "
Malta l-ewwel u qabel kollox" kif l-oħrajn draw jgħidu "L-opinjoni tal-barrani l-ewwel u qabel kollox" (madonna! il-barrani jidħaq bina ta inkella! X'hemm agħar minn hekk?!!! JIDĦAQ BINA!) u t-tnejn li huma m'humiex ġeneralment kapaċi jilħqu kompromess ibbażat fuq loġika minflok passjoni. Ikolli ngħid li fil-bidu kont iktar naqbel maz-Zemp imma meta bdejt naqra hi pjuttost loġika li tkun 'ewro' mhux 'euro', imma min irid jieħu d-deċiżjonijiet f'Malta jappartjeni għall-klassi medja Maltija li huma pjuttost kuntenti jwarrbu l-loġika, l-aqwa li l-barrani ma jidħaqx bihom u jidhru 'ċivilizzati' (i.e., anglofilizzati) quddiemhom... jiġifieri qabel ma' tasal quddiem il-Bank Ċentrali Ewropew għandha ġlieda lokali din il-povra Ewro/Euro/Juro/Jurow.

[it-tipa ħoxna tiegħi]

Kummenti: 6

Anonymous Maria qal/qalet...

Mela fil-Malti l-ewro/euro/juro/jurow ta' ġeneru femminil??

12/1/06 13:13  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Tibżax Maria, ewro maskil :-)

Il-Gybexi qed jitkellem b'mod idjomatiku. Jista' jkun li rrifera għall-ewro fil-femminil inkonxjament għax aħna mdorrijin b'munita 'mara' (il-Lira). Imma aktar naħseb li uża l-femminil b'sens diminuttiv (għax 'povra') - jew forsi anke peġġorattiv, qisu qed jgħid "din il-biċċa xogħol ta' l-ewro".

Naħseb aħjar insaqsu lilu :-)

Billi fil-Malti (safejn naf jien) ma għandniex ġeneru newtru, spiss nużaw il-femminil. Dan hu eżempju mill-ktieb Samuraj ta' Frans Sammut, u qed naqrah għat-tieni darba:

"[Il-ġenituri tagħħa] qatt ma ġew fl-idejn, imma dik li jitlewmu għal kull ħaġa ta' xejn, u l-qofol kbir tagħha, it-tebgħa li wellduha biha għalihom qisha ma kienet xejn, kiefra wisq." (pġ. 163)

Din l-istruttura mhux bilfors tintuża b'sens peġġorattiv, imma billi aħna poplu li nħobbu ngorru (kif qalet Reesa! għalkemm jidhirli li l-Ingliżi ġeneralment igorru wisq aktar minna, aktar u aktar meta jkunu msiefra), mhux għaġeb li l-biċċa l-kbira ta' l-eżempji li nsibu jkunu negattivi!

12/1/06 14:23  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

u qed naqrah għat-tieni darba

*LI* qed naqrah għat-tieni darba

Skużani :-) Imma jkolli ngħid li Samuraj huwa wieħed minn dawk il-kotba li nixtieq nerġa' naqra għall-ewwel darba ;-)

12/1/06 14:28  
Blogger gybexi qal/qalet...

Hawn Twan - ma kienx qed jahdem il-blogg tieghek. Kien qed jghidli li l-pagna ma tezistix! Hsibtek tant inkazzajt li nehhejt il-blogg tieghek mill-bloggosfera... :)

Wisq probabbli zball dak Twan. Ikolli nghid li veru nitkellem Malti idjomatiku (grazzi!) imma l-ortografija u r-regoli tal-kitba storja ohra (imma qed nirranga ftit ftit)... dawn il-lingwi kollha qed ihawduli l-wajers.
Qed nahseb bil-Franciz, nikteb bil-Malti u nitkellem bl-Ingliz u bit-Taljan ix-xoghol u npacpac mal-gara bl-Olandiz. Konfuzjoni sabiha imma..

17/1/06 13:35  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Erbat'ijiem oħra għad tibda titkellem à la Lowell, Sur Gybex :)

19/1/06 20:42  
Blogger gybexi qal/qalet...

what aaaare you on about Kenneth?! MAI! MAI!!!

issa ha mmur inkompli innadaf il-lanez, nipprepara l-polvri tas-senter u nippetna l-mustacci enormi à la Enrico Mizzi ghall-battalja razzjali ahharija...

22/1/06 11:35  

Ħalli kumment

<< Home