<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

15.10.05

Wara ż-żejt




Sabiħa tkun. Kieku għada jseħħ it-tmiem taż-żejt, kieku naraw il-wasla ta' żmien l-enerġija eolika, il-panewijiet solari jew l-enerġija mill-mewġ. Jekk tiġix żewġ ma nafux, iżda li huwa ċar hu li kieku ngħaddu għal livell differenti. Jiġri x'jiġri, aħjar ma noqogħdux noħolmu. Il-jum wara tmiem iż-żejt ma jinsabx kif induru l-kantuniera. Skond is-servizz ġeoloġiku tal-gvern ta' l-Istati Uniti, s'issa għadu ma ttellax aktar minn terz taż-żejt "li jista' jinġabar teknikament" minn taħt l-art, u dana mingħajr ma ngħoddu ż-żejt mhux konvenzjonali. Insomma, id-deheb iswed mhux mistenni li jixxejjen u jgħib fid-deċennji li ġejjin, u l-produzzjoni mhix se tibda tonqos qabel l-2025. Madankollu, is-somma ta' ħsarat u fallimenti tad-dinja tal-Punent fit-tiftix taż-żejt hija impressjonanti. Żmien iż-żejt għadu ma ntemmx, imma fil-ġejjieni se jkun għali, u se jikkompetu għalih. X'aktarx li jaqlgħalha aktar ksir ir-ras lid-dinja. "Iż-żejt għad ikun il-gwerra", jafferma d-deputat tal-Ħodor Franċiż Yves Cochet.

Kummenti: 0

Ħalli kumment

<< Home