<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

19.10.05

Tisliba Kriptika

Jacques, li jħobb ħafna l-cryptic crosswords Ingliżi, dil-ġimgħa tani idea tajba. Ma nafx li qatt eżistew 'tislibiet kriptiċi' bil-Malti. Dan huwa esperiment... sejjaħtilha 'tisliba kriptika' sempliċement biex nimxi fuq it-terminu Ingliż, għalkemm forsi toqgħod aħjar 'tisliba mistura'.

Għal min forsi qatt ma medd idu għal dan it-tip ta' tisliba (li fl-Ingilterra huwa populari ħafna), id-differenza mat-tisliba normali hi li l-mistoqsijiet aktarx ma jagħtux sinonimi jew definizzjonijiet waħedhom, iżda jagħtu ħjiel ta' kif għandek tibni l-kelma, spiss permezz ta' anagrammi. Regoli ċari ma hemmx, imma ladarba tkun qbadt il-loġika partikulari tal-mistoqsijiet, tidraha malajr.

Ħa nagħti t-2 Mimdudin bħala eżempju:

2 - Fuq l-iskrivanija jispjega r-rit, imbagħad idawwar il-vit (10)

Is-sentenza kif inhi ovvjament ma tagħmel ebda sens... li rridu nagħmlu hu li nanalizzaw daqsxejn il-kliem individwali. It-tweġiba hija deskrittiv : mill-kelma «skrivanija» nġibu l-kelma desk, imbagħad insibu l-ittri «rit», u jekk indawru l-kelma «vit» ikollna s-sekwenza tiv; b'hekk naslu sal-kelma desk + rit + tiv, li tfisser xi ħaga li tiddeskrivi jew li «(t)ispjega».

Araw x'jidhrilkom minnha... kif diġà għedt, s'issa dan huwa biss esperiment, ma jidhirlix li l-mistoqsijiet huma diffiċli imma dak forsi għax għamilthom jien!

Tistgħu tniżżlu d-dokument ta' Word biex tipprintjawh jew taħdmu fuqu direttament. Għal raġunijiet prattiċi, kemm l-għajn u kemm l-ie għandhom jokkupaw żewġ kaxex.

Jekk jirnexxilek tlestiha, ibgħathieli... l-email tiegħi jinstab fil-profil. Jekk David jaqbel, hemm premju ta' mitejn geek points...

Ħudu gost!





MIMDUDIN

2 - Fuq l-iskrivanija jispjega r-rit, imbagħad idawwar il-vit (10)
6 - Waqa' bl-aħjar mod possibbli u tilef denbu (4)
7 - Sar, spiċċa jew daħal f'nofs ix-xarabank, anzi ġol-baħar (9)
12 - X'jagħmel Ian Bugeja meta jiġi ta' l-aħħar? (7)
13 - Għaxxaq lix-xerrej u nqaleb ta' taħt fuq (6)
15 - Xejn ma tiftakar wara dak l-episodju tal-każin, imma nobbli tibqa' (9)
16 - Hemm min jgħid li ma jitkellimx sew, imma m'għandux dritt (8)
18 - Sajru l-ikel, hu telaq, hi saret stramba (7)
20 - Biċċa ħamrija, maqluba u mdemmija (7)
21 - Jaf għaxar kelmiet bil-Latin, jaf jesprimi ruħu, u jaf iżejjen (9)
22 - Kien aktar ħabrieki, imma nbidel u issa ħadd ma jridu (5)
23 - Għaref iżda mgerfex, skond l-għasluġ (6)
24 - Dari kellha alki: bidla kbira kellha bżonn! (8)

WEQFIN

1 - Bhima mistħija? (4)
3 - Dak li hu veru rabba l-ġwienaħ, telaq u sar ċatt (7)
4 - Skappaw tnejn minn taħt ix-xemx (5)
5 - Stat li fih in-nida tersaq lejn il-karma (9)
8 - Tara waħda biss, imma taqdi (8)
9 - Veru li żarma s-sodda? Ma nafx, imma b'xi mod irid jitgħatta (5)
10 - Qal il-ħmerijiet, rabba ta' l-ewwel, imbagħad ittiekel (7)
11 - Fiċ-Ċina mingħajr kapitali, il-laħam forsi mhux favur il-kafè (8)
14 - Appik li jipprova xortih, tgħid ifendi l-lant? (9)
16 - Żewġ karamelli Ingliżi, waħda bla tarf, Ingliżi m'għadhomx (7)
17 - Sar isfar? Le, tkaxkar u telaq (6)
19 - Kważi stilla, iżul min-nofs, jikber 'l isfel (6)




Soluzzjoni

Kummenti: 8

Blogger wwwitchie qal/qalet...

Great one, Antoine! I went through the clues quickly and I don't think I'm going to get very far except for 21 across. The answer MUST be Jacques :) [Imma kemm niehu gost naqbad mieghu]

19/10/05 10:27  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

le... DEKORATTIV bassa

20/10/05 00:29  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Bravu Jacques! Kwazi insomma... il-21 Mimdudin tigi "DEKORATUR".

Kemm fadallek?

Jekk ghandkom bzonn ghajnuna, kellmuni.

20/10/05 01:04  
Blogger alex qal/qalet...

il-ostja xbin!!!!!

se tkissirli mohhi

20/10/05 11:35  
Anonymous Maria qal/qalet...

Lill-povri barranin... se tagħtihom is-soluzzjonijiet b'xejn? ;-)

20/10/05 12:20  
Blogger david qal/qalet...

;-)))))))))))))

Tajtuni idea nies.
Coming soon on Lanzarote.

20/10/05 16:39  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Għax ma ttiniex is-soluzzjonijiet għall-ewwel waħda? Għax meta tara s-soluzzjoni, aħna li qatt ma rajna xi ħaġa simili, nibdew nindunaw x'qed tistenna minna.

Bħal somma fil-matematika, qabel ituk taħdem waħda, juruk waħda sħiħa kif tinħadem.

Mill-bqija tidher interessanti ħafna, apparti li m'għandix dubju li teħodlok ħafna ħin biex tippreparaha - prosit ta' l-inizjattiva!

24/10/05 22:14  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Naqbel mieghek, Kenneth. Grazzi hafna tal-kumment.

Ir-risposti gejjin dalwaqt.

25/10/05 00:05  

Ħalli kumment

<< Home