<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

22.10.05

Protesta Simbolika Quddiem Dar Dun Karm

INĦARSU L-WIRT LETTERARJU TAGĦNA

PROTESTA SIMBOLIKA

IS-SIBT, 22 TA’ OTTUBRU 2005

QUDDIEM ID-DAR TA' DUN KARM, IL-BELT, FL-10.00am

L-għaqdiet tal-Malti jinsabu mbikkma quddiem it-telqa li ilha ssaltan għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin fil-post numru 51, Triq l-Ifran, il-Belt – id-dar li fiha l-Poeta Nazzjonali tagħna għex bejn l-1910 u l-1936.

Fi kliem Dun Karm stess, "sibt ruħi waħdi, mingħajr omm, li kienet mititli ftit qabel, imbiegħed minn ħuti u minn ħbiebi, midfun ħaj fi tliet kmajriet fil-Belt fejn ma kont naf lil ħadd u ħadd ma kien jafni, u ma kellix sieħeb tan-niket tiegħi għajr daqsxejn ta’ għasfur lelluxi li kien ifarraġni xi ftit bil-għanja li jien kont għallimtu". Oliver Friggieri, il-kritiku ewlieni tal-poeta, kiteb li Dun Karm "f’din id-dar…imhedded mill-iżolament fiżiku u psikoloġiku u msieħeb idealment mal-figura ta’ ommu, kiteb uħud mill-aqwa xogħlijiet tiegħu".

Fost dawn ix-xogħlijiet insibu Lill-Kanarin Tiegħi, Il-Musbieħ tal-Mużew, L-Innu Malti, Univers Ieħor, Wied Qirda, Lil Mikiel Anton Vassalli, Żagħżugħ ta’ Dejjem, u Bjuda.

L-għaqdiet tal-Malti JIKKUNDANNAW din it-traskuraġni, it-telqa u l-apatija li jġibu l-għajb u l-mistħija f’kull min hu Malti tassew. L-għaqdiet JIKKUNDANNAW ukoll il-ħsara li wettqu l-vandali fuq il-mafkar ta’ Ġużè Muscat Azzopardi f’Ħal-Qormi u jesiġu lill-awtoritajiet biex il-wirt nazzjonali jkun imħares u rispettat kif jixraq.




Bilħaqq...

Lestejtu t-tisliba? Meta tridu ntella' hawnhekk is-soluzzjoni.

Fl-aħħar irrekordjajt is-sunett Faħam Miblul. Min irid jisimgħu jista' jikklikkja hawn.

Kummenti: 3

Blogger Guze' Stagno qal/qalet...

Il-verita' hi li 'ci mancano gli uomini di cultura' - specjalment fil-pozizzjonijiet l-gholja tal-pajjiz. Forsi.

24/10/05 17:50  
Blogger Pierre J. Mejlak qal/qalet...

Izjed milli gli uomini di cultura, nahseb ci manca ftit rispett lejn dak li hu taghna lkoll.

25/10/05 12:20  
Blogger Guze' Stagno qal/qalet...

Jista' jkun ukoll, imma f'kazi bhal dawn, l-inizzjattiva trid tibda mill-gholi. M'hemmx skuza, xbin.

25/10/05 18:01  

Ħalli kumment

<< Home