<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

25.10.05

November Spawned a Monster

Għadni kemm sibt din il-bloggata interessanti fil-gazzetta The Guardian, dwar dawk l-imsejknin li ġew fid-dinja fix-xahar dgħumi u deprimenti ta' Novembru:

No warmth, no cheerfulness, no healthful ease,
No comfortable feel in any member
«Yes, it’s an aching monstrosity of a month, and as psychologists have now discovered, if you check in during November, the feeling never really leaves you. Those May babies are sunny, optimistic, lucky, lucky, lucky. We November kids may as well give up.
The scientific hypothesis is that the lack of daylight hours may adversely affect brain development in the foetus, and messes with something called dopamine. There - I didn’t even know I had any and it turns out mine’s not right. Typical.
»



Jien tarbija tax-xahar xemxi u ferrieħi ta' Ġunju, imma Novembru minn dejjem kien l-aktar xahar li jnikkitni. Mhux biss għax il-ġranet jiqsaru sew u kuljum jidlam aktar kmieni –aktar u aktar fl-Ingliterra fejn ix-xemx issir kunċett eżotiku u mingħajr ma trid tibda tixbah il-kelma monokromija–, iżda wkoll għax in-nuqqas ta' dawl niftakru jġib miegħu, sena wara sena, bħal tilqim ta' qtajjar swejda li jinfirxu fid-demm, dawk li jdallmulek għajnejk bil-ftit il-ftit, sakemm ħarstek issir xbieha ħajja imma nofs mejta tal-malinkonija.

Issa li Novembru riesaq lejja bħal trejn li jofroq il-lejl, ta' min nitħejja għalih billi nibda nrabbi qawwa ta' qalb u safa tal-moħħ. Hemm qawl ħelu Spanjol li jgħid el que canta su mal espanta: min jgħanni jbeżża' d-dwejjaq tiegħu. Li tidħaq bik innifsek jaf jgħinek ukoll.

Għalhekk, ma setax jonqos li r-referenza tat-titlu tal-bloggata tal-Guardian iġġiegħlni nerġa' nisma', inkanta u nixtarr is-silta ta' l-istess isem, l-ironija nevrotika ta' Morrissey fl-aqwa tagħha.


Novembru Wiled Mostru

(traduzzjoni ħielsa)

Kompli orqod u oħlom bl-imħabba
Għala?
Għax qatt m'int se tersaq daqstant qrib l-imħabba

Miskin, tifel imgerfex, jaħasra kemm int ikrah!
Miskin, tifel imgerfex, għannaqni waħda

Darba minnhom
Novembru wiled mostru fis-sura ta' dan it-tifel
li wara korob:

"Imma jien kien Ġesù li ħalaqni,
mela hu għandu jeħlisni
mill-mogħdrija, mill-faraġ
u minn dawk in-nies li joqgħodu jpaċpċu fuqi"

Iva, jiena skerz tan-natura
u xejn m'hu se jsewwi l-ħsara li saret

U kieku ntefa d-dawl
kieku tiflaħ tbusu fuq xufftejh
jew xi mkien ieħor?

Miskin, tifel imgerfex, jaħasra kemm int ikrah!
Miskin, tifel imgerfex, għannaqni waħda

Darba minnhom
Novembru wiled mostru fis-sura ta' dan it-tifel
li issa għandu jibqa' ostaġġ tal-ħlewwa
u tar-roti li hemm taħtha

Jiena simbolu ta' fejn in-ninfomanijaċi
dejjem ikollhom jiġbdu linja

Mela orqod u oħlom bl-imħabba
Għala?
Għax qatt m'int se tersaq daqstant qrib l-imħabba

Dak ix-xahar ta' Novembru
huwa żmien li rrid ntajjar minn moħħi

Xi darba, nittama li dalwaqt
int tkun ħelu u sinjur
waqt li hi tterraq it-triqat tiegħek
liebsa l-ħwejjeġ li għażlet għaliha stess











Iġri tasal is-sena l-ġdida,
Diċembru ma jferraħnix lanqas...

Kummenti: 3

Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

"I never liked the way my birth month was always treated as a somber and dark month kicking off with the night of Halloween and proceeding with the day when all the dead are commemorated. The prospects for this November do not look sunny either." - silta minn hawn: http://akkuza.blogspot.com/2005/10/cry-fowl-bodies-of-evidence.html

Did you need to rub it in? :)

26/10/05 08:31  
Blogger gybexi qal/qalet...

Dicembru

I'm a decembrist - so ship me off to siberia already... (etc etc)

il-berddej tieghi dejjem minsi ghax twieled xi wiehed f'bethlehem jew ma nafx fejn li mhux snob u iktar tal-populin allura mahbub ferm iktar minn nies milli jien...

26/10/05 10:41  
Blogger alex qal/qalet...

dik il-poezija ta' thomas hood fakritni f' lirika ta' Tom Waits minn silta li jisimha appuntu

November

No shadow no stars
no moon no cars
November
it only believes
in a pile of dead leaves
and a moon
that's the color of bone

No prayers for November
to linger longer
stick your spoon in the wall
we'll slaughter them all

November has tied me
to an old dead tree
get word to April
to rescue me
November's cold chain

Made of wet boots and rain
and shiny black ravens
on chimney smoke lanes
November seems odd
you're my firing squad
November

With my hair slicked back
with carrion shellac
with the blood from a pheasant
and the bone from a hare
tied to the branches
of a roebuck stag
left to wave in the timber
like a buck shot flag

Go away you rainsnout
go away blow your brains out
November

28/10/05 19:55  

Ħalli kumment

<< Home