<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

24.10.05

Ci mancano gli uomini di cultura

Kumment mingħand Ġużè Stagno dwar it-traskuraġni ta' dar Dun Karm:

«Il-verità hi li 'ci mancano gli uomini di cultura' - speċjalment fil-pożizzjonijiet l-għolja tal-pajjiż. Forsi.»


Risposta meħuda mill-gazzetta Spanjola El Mundo:



IS-'SINDKU' FO. Il-Premju Nobel tal-Letteratura Dario Fo, kritiku abitwali ta' Silvio Berlusconi, ħabbar il-kandidatura tiegħu biex isir is-sindku li jmiss tal-belt ta' Milano. Kif fisser il-kummidjant lill-gazzetta La Stampa, «Dan l-islowgan tiegħi: Favur Milano li fiha nkunu nistgħu nieħdu nifs aħjar, f'kull sens tiegħu». Fl-aħħar elezzjonijiet, saru sondaġġi li skondhom 39% mill-partitarji ta' gruppi politiċi xellugin kieku jivvotaw lil Fo.



Żewġ ċitazzjonijiet ta' Dario Fo:

«Il-patrija tagħna hi d-dinja kollha. Il-liġi tagħna hi l-libertà. M'għandniex ħlief ħsieb wieħed: ir-rivoluzzjoni fi qlubna».

«Is-soċjaliżmu ta' veru jinstab ġewwa l-bniedem. Ma twelidx ma' Marx. Twieled fil-Komuni ta' l-Italja Medjevali. Ma nistgħux ngħidu li ntemm».


Nieħu nifs 'il ġewwa u niftaħ il-pulmun. Iżda fl-istess ħin, nerġa' nistaqsi lili nnifsi: qatt xi darba l-kultura għamlitna bnedmin aħjar?

Kummenti: 2

Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

"nostra patria il mondo" ... bhal donnu smajtha x'imkien iehor din :)

25/10/05 17:35  
Blogger Guze' Stagno qal/qalet...

Kos, kemm tkun cool kieku johorgu ghall-elezzjoni kemm Fo kif ukoll Celentano.

Btw: xi hadd rah l-ewwel programm, il-gimgha l-ohra?

25/10/05 18:03  

Ħalli kumment

<< Home