<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

17.9.05

L-issa kemm iddum ma tasal?

Dar in-nanniet, wara ikla ħafifa noħroġ fil-bitħa, xemx ħelwa u sħuna mingħajr ma taqli l-ġrieden jew in-newroni... Muxu, qattus ta' tliet xhur ma jafx x'inhu l-inkwiet, jitgħażżen u jixxemmex qalb il-qsari... Jersaq lejja, inbennu qisu tarbija, jgħolla rasu 'l fuq ħalli mmellislu geddumu, jitbissem, iħarħar... Ir-raġġi tax-xemx fuq wiċċu, fuq wiċċi, sufu abjad donnu jleqq, ħsiebi jberren donnu jimmansa... Ftit 'il bogħod mill-bitħa, it-telgħa li twassal sa l-imqades, l-irdumijiet, il-lavanja tal-blu li fuqha nħarbex ħsibijieti, ix-xefaq... U jiena bid-deni, u għada ħa nsiefer, u għadni rrid inlesti xebgħa affarijiet qabel ma nippakkja...

Fl-aħħar, l-issa waslet... u minkejja li ilni nistenniha, inħoss li m'iniex lest...


Jiena l-iben u l-werriet
ta' mistħija kriminali u vulgari,
jiena l-iben u l-werriet
ta' xejn partikulari

Ħallini minnek,
min int int biex tgħidli
li ma nafx x'jiena nagħmel?
Jiena raġel u għandi bżonn ninħabb
bħalma għandu bżonn jinħabb kulħadd

Meta tgħidli li issa jasal il-waqt,
xi trid tfisser eżatt?
Jien xbajt nistenna ...
u t-tama ilni li tliftha
... imma t-tama ma nitlifha qatt ...

Kummenti: 7

Blogger Mark Vella qal/qalet...

...ghal min jibqa' jghid li huma medjokri, jew bin-nejk jew ghax pregudiat jew ghax ma kellux kurzita' jisma'...

...min imaqdar irid jixtri..

17/9/05 19:31  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Il-vjaġġ it-tajjeb Antoine - u nawguralek li jgħaddilek malajr!

18/9/05 14:11  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

...ghal min jibqa' ma jifhimx ic-cajta

...ghal min minghalih rebah xi argument ghax idawwar cajta f'asserzjoni li donnha trid xi risposta (li wara kollox hija ovvja)...

...ghal min minghalih li huma d-dominju assolut ta' min joghgbuh...

...ghal min jiddeciedi li hemm xi gustifikazzjoni ghall-vjolenza ghax tkun qabzitilhom...

...xi kultant min imaqdar jaf ikollu tort.

18/9/05 20:38  
Blogger Mark Vella qal/qalet...

ghandek ragun...kienet zejda u malizjuza..

19/9/05 11:57  
Blogger alex qal/qalet...

hux'ghandu ragun!!! l-Ismiths KBAR u fullstop.

il-ostja twanny, morissey bil-malti genjali... haqqek prosit, specjalment ghar-rima ta' l-ahhar....

19/9/05 16:09  
Anonymous Maria qal/qalet...

Twanny, hemm xi raġun partikulari, għalfejn ktibt "raġel" u mhux "bniedem"?

Lili messitli qalbi x-xena żgħira ta' kuljum... Il-qattus iħarħar fit-tagħniqa tiegħek, ir-raġġi tax-xemx jmellsu wiċċek u wiċċu... Għoġbitni tassew il-verb "iħarħar". Bil-Grieg ngħidu kważi l-istess, jiġifieri "ħurħuriżi"! (Ο γάτος χουρχουρίζει.)

Kemm nittama li mort tajjeb, u għaddielek id-deni s'issa...

23/9/05 15:43  
Anonymous Maria qal/qalet...

Skużani... x'għarukaża, jidher li ħsiebi kien band'oħra meta kont nikteb dan il-kumment. "Għoġbitni l-kelma" jew "għoġobni l-verb", mhux it-tnejn ;-). "Ir-raġġi tax-xemx imellsu..." Boqq! Il-Malti tqil tassew...

23/9/05 21:56  

Ħalli kumment

<< Home