<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

9.8.05

Medda art mhedda: Propaganda subliminali

Jidher li s-sur Gonzi issa biddel ir-retorika tiegħu, u qed jirreferi għax-Xagħra l-Ħamra bħala «Ras il-Waħx».

Bħallikieku dak il-post kien xi 'wasteland' li fih jgħammru biss l-iħirsa u x-xjaten!

Fid-dizzjunarju tiegħu, Mario Serracino Inglott jagħti l-kelma deżert bħala sinonimu ta' xagħri. Ma nistax naqbel. Ix-xagħri li hemm fuq l-irdumijiet ta' l-Imnajdra hija miżgħuda b'veġetazzjoni, u kif stajt nara b'għajnejja stess fil-mixja tax-xahar li għadda, l-art ta' taħt il-Manikata hija wkoll imżejna b'ħafna speċi differenti ta' fawna u flora li jikbru biss f'dak l-ambjent. Jekk qatt ma mortu, morru qabel ma jisfrattawh. Hemm ċerta fwieħa fl-arja, taħlita bejn is-sagħtar, il-busbies u ħxejjex oħrajn, li l-lum issibha biss fi ftit bnadi ta' Malta. Morru qabel ma l-fwieħa tal-flus tieħu postha.

Raġunijiet il-għaliex l-iżvilupp ta' koros tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra u f'Ta' Ċenċ (Għawdex) għandu jiġi evitat hemm bil-bosta. F'din il-paġna tinstab l-ewwel stqarrija stampa tal-koalizzjoni Eko-Loġika, li twaqqfet il-ġimgħa li għaddiet. U għal aktar tagħrif, tistgħu taqraw il-ħafna artikli li nġabru fuq din il-paġna ta' Inizjamed.


Jekk f'Ras il-Waħx il-gvern jirnexxilu jibni korsa tal-golf, tassew jispiċċa bħala xi biċċa 'wasteland' għax ikun ħela ta' riżorsi naturali. U l-ilma li jinħtieġ biex il-ħaxix jinżamm aħdar matul is-sena kollha mnejn se jsibuh? X'konsegwenzi ser ikollhom il-kimiki u l-fertilizzanti fuq l-artijiet ta' madwar il-korsa? Tgħid jispiċċaw fil-baħar u jitniġġsu l-plajjiet tar-Ramla tal-Mixquqa u Għajn Tuffieħa, jekk mhux ukoll tal-Ġnejna?

Mistoqsijiet li fil-fatt huma tweġibiet, imma se nopponu l-ispekulazzjoni mbierka mill-gvern permezz ta' argumenti sodi.

Ras il-Waħx. B'din il-bidla fir-retorika, il-kliem "dik l-imxajtna korsa tal-golf" ħadu tifsira ġdida.



P.S. Ħa ndum ma nerġa' nibbloggja għax mgħobbi tagħbija xogħol. Sadanittant, żuru l-Kliem Bla Sens ta' l-Eremita u ipprovaw ifissru l-ewwel sentenza assurda (li fil-fatt għandha tifsira moħbija).

U jekk nhar is-Sibt li ġej ma jkollkomx x'tagħmlu, ingħaqdu magħna fil-mixja ta' Ta' Ċenċ.

Kummenti: 7

Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Skond kif nafu jien u skond kif inhu indikat fuq il-mappa tal-gżejjer Maltin, il-post propost għal korsa tal-golf huwa x-Xagħra l-Ħamra. Issa jekk il-gvern blu li għandna huwa fobiku għal kull ħaġa ħamra li hawn f'Malta ma nafx imma li taqbad ma' isem biex timplika xi forma ta' kruha allura lill-onoreVili Gonzi se nibda nsejjaħlu WIĊĊ IL-WAĦX u naħseb li nkun korrett aktar minnu meta nuża dan l-isem. Biex ħadd ma jaħseb li għandi xi lanżit għal prim għażiż tagħna ngħid li l-unu tajtulu darbtejn għax emmint fil-ġenwinità tiegħu imma l-affarijiet kif sfiguraw ruħhom bil-PN fil-gvern għaddew kollha bħala wirt waħxi fuq Gonzi li biex iżomm postu jeħtieġlu jkompli jilgħab il-logħba tad-doppja faċċa.

L-aħwa ejja nsalvaw ix-Xagħra l-Ħamra. Ebda gvern m'għandu jeqred jew iħalli lil min jeqred fuq l-art naturali li baqagħlna.

9/8/05 11:45  
Blogger Athena qal/qalet...

Kemm nixtieq qieghda Malta ghax zgur nigi. Imma meta ser nitghallmu niehdu hsib wirt artna ghid? Uff:(

9/8/05 14:59  
Blogger Kenneth qal/qalet...

L-isbaħ lewn ħadrani huwa dak tal-flus, mela tal-ħaxix ...min jismagħkom!

X'nitnejku mill-ambjent hiii! Tuna l-vot!

9/8/05 22:53  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

u bilhaqq... l-gherq tal-gurnata ghandu x'jaqsam ma dak il-kittieb illustri?

11/8/05 09:55  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

LE, XBIN, LE !!!!!

Qed nimxi f'ordni alfabetika, ghalhekk l-ewwel gherq huwa B-C-C. Naf li l-"gurnata" digà saret ghaxart ijiem... malli jkolli cans naggorna kollox.

11/8/05 13:30  
Blogger Maria qal/qalet...

This comment has been removed by the author.

12/5/07 12:20  
Blogger Maria qal/qalet...

Issa smajt fl-aħbarijiet li "l-proġett tal-korsa tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra mhux se jsir, anzi minfloku l-ikbar park nazzjonali tal-pajjiż". Aħbar tajba din, hux? :-)

12/5/07 12:26  

Ħalli kumment

<< Home