<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

25.7.05

L-ewwel id-dmir, imbagħad il-pjaċir

Ħbieb,

Naf li ilni aktar minn ġimgħa ma nikteb fil-blogg. U dan l-aħħar ftit li xejn qed insegwi l-kitbiet fuq il-bloggijiet oħrajn. Din mhijiex xi fatiga bloggarja, u lanqas huwa għażż. Sempliċement għandi aktar xogħol mis-soltu u bil-kemm qed inlaħħaq. Kif jgħid il-Malti, waqt il-berqa, aqbeż għall-qargħa. Imma nwiegħdkom li wara nhar il-Ħamis nerġa' nkun attiv.

Jgħidu li x-xogħol is-salmura tal-ġisem (jew fil-każ tat-traduttur, forsi aktar tal-moħħ!), imma l-lum qed nibda nħoss l-assurd. Il-Malti jgħid ukoll li Alla jxiegħel il-battâl... iżda billi l-proġetti kreattivi regġħu baħħru u reqsin dejjem aktar lejn ix-xefaq, battal qed inħossni, u mhux imxiegħel.


Kif qal Baudelaire, il-bniedem jista' jagħmel tliet ijiem mingħajr ħobż, imma ħadd ma jista' jagħmel ġurnata sħiħa mingħajr poeżija. Naqbel miegħu, u naqbel ukoll ma' Pino Daniele:

Ma perché non parli più
e non bevi il tuo caffè,
in un'ora poi non c'è
nemmeno il tempo di portarsi via,
rubando senza poesia.

(Versi meħuda mis-silta Un giorno che non va - ikklikkja hawn biex tismagħha)

Għalhekk, fost l-assurd u s-sensazzjoni ta' twarrib li bħalissa għaddej minnhom, nikkopja hawn taħt il-poeżija Solitaire ta' Achille Mizzi, b'dedika lil dak li kien għarrafni biha.

Solitaire

Meta jaħkmek il-ġenn ta' waħdek
u jisfaw morsa ħitanek,
irdoppja surtek
ħa xxomm
l-għaraq balzmi
taħt driegħek.
Minnu nnifsu jitqarar il-bniedem
u l-ħarrub fih il-fwieħa ukoll
u jlaħalħuk il-kurrenti tal-maħfra
għax il-ħajja
wisq isbaħ mix-xejn.


Għalissa DADSEK

Saħħiet,

Twanny.

Kummenti: 4

Blogger Kenneth qal/qalet...

Jekk ix-"xogħol is-salmura tal-ġisem", l-għażż huwa d-duwa tal-Madalena, kif jgħidu.

25/7/05 21:45  
Blogger Mark Vella qal/qalet...

Mela sibtha Twann!! ;)

26/7/05 10:07  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

heh, Achille...

26/7/05 15:06  
Blogger Gedudu qal/qalet...

l-ewwel darba li qrajt il-blog tieghek...tassew interessanti...prosit man!! :-) jkolli karozza naghmel il-blog tieghek sticker fuq l-iskrin ta wara hehe

26/7/05 17:00  

Ħalli kumment

<< Home