<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

13.7.05

Il-Mitjar

Wara jumejn sħaħ inkisser rasi bi traduzzjoni ta’ Taljan makkeroniku, idur mal-lewża u mżejjen (anzi mkerrah) b’kliem pompuż, nibda jumejn ta’ mistrieħ li kont ilni nistennihom sa minn żmien żemżem.

Kumbinazzjoni, il-btala tibda fil-mitjar. Tempju ta’ ħġieġ u madum donnu ddedikat lill-allat tas-safar. Jien, Marcovalden u Lo Re (?) nintefgħu bil-qiegħda ġos-sezzjoni tat-tluq. Is-sala vojta. Ħadd ma qed jistenna biex jitlaq.

Nistħajjel għal mument l-ajruportijiet kollha tad-dinja, vojta. Ħadd ma jixtieq isiefer. Ħadd ma jirkeb ajruplan biex jara d-dinja mill-perspettiva ta’ hemm fuq. U nintilfu lkoll fid-dinja personali tagħna, u t-taħwida dinjija tkompli tikber.

Ajma, dil-btala għandi tassew bżonnha. Tant għandi moħħi magħfus li qed nara kollox fis-superlattiv. Imissni nirkeb ajruplan biex inkun nista’ negħleb is-sħab u nerġa’ nara d-dinja tiegħi u ta’ l-oħrajn fil-perspettiva li ħaqqhom, fil-perspettiva li żżommni ħaj.

Imma bħalissa hemm id-dlam. Aħjar immur norqod. Nittama li għada jkolli l-ħsieb aktar ċar.

Kummenti: 5

Anonymous bocca qal/qalet...

Punt ta' pedanticita' assoluta: kif jista' jkun li kont qed tistenna dawn il-jumejn ta' mistrieh minn zmien zemzem. Kif kont taf, daqshekk zmien ilu, li dawn il-jumejn kienu ser ikunu ta' mistrieh?

13/7/05 07:01  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Bocca... il-fatt li qed jara kollox fis-superlattiv jiggustifika l-ezagerazzjonijiet fil-kummentarju tieghu dwar il-mistrieh :) Jigifieri l-argument iregi - tant huwa ghajjien li l-percezzjoni mhux thallieh jikkalkula bl-ezatt.

Kemm jien fiswa hux :)

13/7/05 09:46  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

M'hawnx ghalik, Arcibald!

Bocca, xorta napprezza l-kumment tieghek.

Ikkoreguni kemm tridu.

13/7/05 14:22  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Bocca,

I thought you out of all people would have heard of poetic licence!

13/7/05 16:50  
Anonymous l.m. qal/qalet...

bocca, mela f'kollox tifhem inti jew??? jew ghax tikeb erba sentenzi fuq it-times issa sirt espert tal-Malti wkoll??? come on - ftit umilta' qatt ma taghmel hazin.

20/7/05 00:36  

Ħalli kumment

<< Home