<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

16.7.05

C'est la vie

Bloggata ta' malajr għax għandi wisq affarijiet x'nagħmel u qed niġġennen nipprova nagħmel il-bużullotti. Diġà faqqajt żewġ blalen...

Minn ġuf għal ġuf, minn sodda għal sodda, minn proġett għal ieħor u minn ossessjoni għal oħra... dan il-ħsieb ġagħlni nikteb is-sunett li nirreproduċi hawn taħt.


C'EST LA VIE

Run, rabbit, run, run, run, from the womb to the tomb,
de cuatro a dos a tres, del río a la mar,
play the fool, suffer school, żunżana ddur iddur,
engage-toi, perds ta foi, le regole imparar,

kul u sum, aħra u bul, chase the moon, meet your doom,
walk on ice, roll your dice, col destino danzar,
metro, boulot, dodo, titla' x-xemx, terġa' tqum,
decir siempre mañana y nunca mañanar,

try to fly, touch the sky, hit the stone, break a bone,
sell your soul for a loan to call those bricks your home,
fall in love, rise above, fall apart, stitch your heart,

che sarà? ça ira! plus rien de nous sera,
minn sodda għal sodda niġru tiġrija kontra l-baħħ,
sakemm tinbela' ruħna mill-ġuf mudlam ta' l-art.


San Ġiljan, 15 ta' Lulju 2005


Ikklikkja hawn biex tisma' l-poeżija. Ma tantx għandi leħen radjofoniku, imma jekk jogħġobkom, titnejkux bl-aċċent stramb tiegħi!

Is-sliem,

Twanny.

Kummenti: 8

Blogger MaltaGirl qal/qalet...

Ħadt pjaċir ħafna nisma l-awdjoblogg! M'inix ser ninkik dwar l-aċċent tiegħek għax int diġa' smajt tiegħi ;-)

16/7/05 23:23  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Prosit xbin - dan is-sunett narah Watersjan hafna - avolja b'versi twal, huwa kwazi lista ta' l-affarijiet mundani w inqas mundani li kollha flimkien insejhulhom il-'hajja'.

U l-fatt li qed nisimghek taqraha, kif ghidtlek il-bierah, issa hemm stabbilit il-mod ta' kif inhu suppost li taqraha (u bla ma rrid jekk nerga naqra l-ohrajn ta' qabel sa nisimghek taqrahom ukoll).

Ghandek vuci tajba - il-fatt li l-accent m'huwiex tipiku Malti narah vantagg jien aktar milli xi haga li titnejjek biha.

17/7/05 10:07  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Ma nafx kemm jista' ħadd jitnejjek bik għax ma nafx kemm hawn nies kapaċi jaqilbu bejn 4 aċċenti daqshekk malajr.

17/7/05 14:05  
Blogger Toni Sant qal/qalet...

Ohra ECCEZZJONALI!! Issa kompli.

Ibqa' cert li ser insemmi din il-bloggata bl-hoss minghandek fil-blogg tieghi ukoll xi mument.

Prosit tassew tal-kontenut!

17/7/05 19:07  
Anonymous pierre j mejlak qal/qalet...

hawn hallejtni bla kliem, twan....

18/7/05 13:17  
Blogger mistoqsija qal/qalet...

Exceptional... it's so original. Hearing you read it gives it a whole new face. Prosit!

18/7/05 17:47  
Blogger Bertu ta l-Angli qal/qalet...

l-accent u parti essenzjali tal-pakkett. prosit hafna Twan. vera xoghol interessanti

18/7/05 20:57  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi hafna, nies :-) Onorat bi kliemkom.

19/7/05 01:34  

Ħalli kumment

<< Home