<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

6.6.05

L-Elit Liberali

Ilni jumejn nipprova nifhem x'ifisser dan l-epitetu li deher il-ġimgħa li għaddiet fit-Times, iżda l-daqsxejn ta' riċerka li stajt nagħmel ftit li xejn xeħtet dawl fuqu. Anzi, donnu ħadd ma jaf kif għandna niddefinuh, għax ovvjament kull wieħed jagħtih is-sinjifikat tiegħu skond l-istereotip ta' għadu li jkollu f'moħħu u li jixtieq joħloq fil-kuxjenza tal-poplu. Propju għalhekk l-elit liberali ma jeżistix: bejn iħirsa mingħajr sura u mingħajr isem, kif jista' wieħed jagħraf xi speċi ta' ġerarkija? Interessanti li filwaqt li tifel jagħti isem lill-mostru jew ħares li mingħalih jgħammar taħt soddtu biex ma jibqax jibża' minnu, hawnhekk qegħdin naraw il-maqlub, ċjoè politiku/politikant li jgħammad grupp ta' nies immaġinarju li lejh ikun jista' jipponta subgħajh, biex iwaħħax lill-parruċċani tiegħu u b'hekk jgħolla t-temperatura politika sabiex il-merkurju jixxaqleb iktar lejn il-lemin. Fil-fatt, il-kurrenti ta' fundamentaliżmu li Dr. Borg irnexxielu jdeffes fid-dibattitu soċjali permezz tal-proposta tiegħu diġà bdew jitfaċċaw f'kwistjonijiet oħra, bħal dik tal-fertilizzazzjoni in vitro li issa skond il-Morality Police għandha tkun ipprojbita għalkollox. Jekk hawn xi ħadd jista' jispjegali għaliex din l-ittra ssemmiet «Our living national heritage», inkun grat ħafna lejh. Milli nista' nifhem, skond dan it-titlu l-identità Maltija tal-lum hija b'xi mod ibbażata fuq il-fatt li aħna poplu fundamentalista... jew qed nhewden?


Nerġa' lura għall-misterju tal-kelmiet elit liberali. B'xorti tajba mhux kulħadd jifhimhom bħala timbru negattiv... anzi, li tkun liberali hija moda, u min hu liberali huwa tal-ġenn! U biex turi lil sħabek li ħsiebek hu liberali, tista' tixtri wieħed minn dawn il-flokkijiet. Dan il-kelb diġà għandu moħħu aktar miftuħ mill-gvern tagħna...

Fuq nota aktar serja, din hi definizzjoni li sibt fil-Guardian:

liberal elite noun, derogatory. Used to denote the establishment, partic. the arts, the law and the media; liberal used not in the sense of open-minded, but rather in the sense of licentious, i.e. "anything goes", esp. relating to sex, drugs, law and order.

Jidher li fl-Ingilterra, għall-inqas, wieħed mill-ewwel politiċi li ħaddem dan it-terminu kien il-konservattiv William Hague fis-sena 2000, biex irrefera għal-Laburisti l-ġodda u s-segwaċi tagħhom, għall-hekk imsejħa chatterati, u m'hemmx xi ngħidu, għall-għeżież qarrejja tal-Guardian (oops!). Min-naħa l-oħra, ta' min jinnota li tant hu intanġibbli u fl-istess ħin malleabbli dan il-kunċett li jista' jintuża wkoll fid-direzzjoni opposta, bħalma hu l-każ tal-Laburista Jack Straw, li darba sejjaħ lil dawk li kienu kontra l-politika tiegħu ta' riforma ġudizzjarja bħala 'woolly liberals' (liberali tas-suf?).


Paġna oħra mill-Guardian li għandha x'taqsam ma' l-idea ta' elit liberali hija din, li żgur kienet iġġib tbissima fuq wiċċ is-Sur Borg:

That old monster "the liberal elite" is to blame for everything. For "the rising tide of crime", for Damilola Taylor and Sarah Payne's deaths, for Tony Martin's imprisonment, for the death of the family, single mothers, paedophiles and every other social evil under the Sun. "Political correctness" is to blame, the esperanto of liberalism.

Mela hekk hu, il-ħtija kollha ta' l-elit liberali!

Minbarra dawn iż-żewġ paġni tal-gazzetta tal-libertini u tad-debuxxati, u blogg Ingliż kurjuż jismu appuntu Liberal Elite, il-biċċa l-kbira tas-siti li sibt fuq l-eteru huma ta' l-Istati Uniti. Blogg wieħed miktub ġewwa New York u li jġib l-istess isem joffri definizzjoni interessanti:

liberal ["liberalis" L - suitable for a freeman, generous; "eleutheros" Gk - free] (adj) generous, open-minded, not subjugated to authoritarian domination; (n) one who believes in liberty, universal suffrage and the free exchange of ideas.

elite ["eslire" Fr -- to choose fr.L "eligere" -- choose] (n) the choice part; best of a class; the socially superior part of society.

Jien u naqra dan il-kliem nintebaħ li t-tikketta elit liberali fiha kontradizzjoni kbira. Jeżisti elit Malti ġeneruż, moħħu miftuħ, jemmen fl-iskambju ħieles ta' ideat? L-ogħla saff jew is-settur 'superjuri' tas-soċjetà Maltija –jew insomma ta' kwalunkwe soċjetà– nistgħu ngħidu li hu ġeneruż, provveditur, fettieħi? (Interessanti hawnhekk iż-żewġ tifsiriet tal-kelma fettieħi... sinonimu ta' 'ġeneruż' iżda wkoll ta' 'purgattiv' !!) Mingħajr intenzjoni li nivvulgarizzaw jew niġġeneralizzaw, jidhirli li jekk irid ikun hemm min jikkritika lil dawk 'tan-naħa l-oħra' ta' l-ispettru politiku għall-elitiżmu tagħhom, is-soġġett u l-oġġett għandhom jinbidlu ma' xulxin għax l-elit, fil-fatt, u kif jisħaq il-lingwista George Lakoff, minn dejjem kien konservattiv:

Why do conservatives like to use the phrase "liberal elite" as an epithet?

Conservatives have branded liberals, and the liberals let them get away with it: the "liberal elite", the "latte liberals", the "limousine liberals". The funny thing is that conservatives are the elite. The whole idea of conservative doctrine is that some people are better than others, that some people deserve more. To conservatives, if you're poor it's because you deserve it, you're not disciplined enough to get ahead. Conservative doctrine requires that there be an elite: the people who thrive in the free market have more money, and they should. Progressives say, "No, that's not fair. Maybe some should have more money, but no one should live in poverty. Everybody who works deserves to have a reasonable standard of living for their work." These are ideas that are progressive or liberal ideas, and progressives aren't getting them out there enough.
What progressives are promoting is not elite at all. Progressives ought to be talking about the conservative elite. They shouldn't be complaining about "tax cuts for the rich", they should be complaining about "tax cuts for the conservative elite", because that's who's getting them.

Latte liberals !! Intellettwali bohemjani li jiltaqgħu kull fil-għaxija f'kafetteriji tipo Costa li l-lum jinsabu f'kull rokna tar-Renju Unit? (Qed tiġini nostalġija bħalissa... mhux tal-kafè skifuż li jagħmlu imma taż-żmien li għamilt l-Università...)

Blogg ieħor miktub minn wieħed ta' l-Istati Uniti jismu fil-fatt Latte, u fil-merħba tiegħu joffri definizzjoni aktar divertenti ta' dak li hu l-elit liberali :

But who are the liberal “elite”, really?
We are the latte-sipping, Mini-driving, Queer Eye-watching, sushi-eating, wine-drinking set. [...] We don’t abuse prescription drugs (under Bush, we can’t afford them); our fix is reading publications with “New York” in the title. If spiritual, we are not evangelical. We may speak a foreign language, and we are among the minority of Americans with a passport. [...]
We do not necessarily, however, live in a so-called “blue state.” Rather, we live in
urban areas. Our favorite American cities include San Francisco, Boston, New York, and Seattle, but we could very well be living in Austin, Des Moines, Kansas City, Chicago, Detroit, or Madison. If you are an American living abroad, you are probably one of us.


Din id-definizzjoni ddakkret ħafna mill-artiklu li hemm fuq il-Wikipedia (il-liberali mhux biss jixorbu caffè latte iżda jieklu wkoll ġobon Franċiz... x'ġuħ qed jaqbadni issa!), għalkemm għandu mnejn inkiteb minn l-istess wieħed. Biex tifhmu aħjar l-aħħar sentenza (jekk inti Statunitjan imsiefer, probabbli li int wieħed minn tagħna), żuru dan is-sit, li fih liberali Statunitjani jfittxu barranin biex jiżżewġuhom u jaħarbu mill-cowboy conservatism ta' pajjiżhom. Għadni ma fhimtx jekk dan is-sit hux serju jew le, imma għal min iħobb iħaddan is-siġar hemm waħda jisimha I*heart*trees1985, u għal min qed ifittex waħda ta' l-elit liberali hemm 'indie music snob' jisimha LeTigreRocks69...



Fl-aħħar nett, għal min għandu l-paċjenza li joqgħod jara ħames minuti ta' televiżjoni Statunitjana (skużawni imma qed nuża dil-kelma apposta biex nevita l-kelma 'Amerikana' per antonomażja, għax għalija l-Amerka tibda fit-tundra ta' l-Eskimiżi u tispiċċa fil-ġzejjer mirjieħa ta' Tierra del Fuego), sibt dan il-video ta' programm ta' aħbarijiet li fih waħda mill-Traditional Values Coalition (!) iżżeblaħ lill-hekk imsejjaħ 'liberal élite', quddiem preżentatur li jekk tgħatti xagħru b'subgħajk fuq l-iskrin tinduna li hu fula maqsuma ma' seħibna ta' l-arbuxxell. (L-aktar parti interessanti ta' dan il-video tiġi wara r-raba' minuta, meta wieħed li jieħu sehem fid-dibattitu jistqarr li "if the liberal élite were so powerful, George Bush wouldn't be president today").

Minkejja dan it-tagħrif kollu, bħalissa ninsab aktar konfuż milli kont fil-bidu. Jekk hawn xi ħadd jaf x'jistgħu jfissru l-kelmiet elit liberali fil-kuntest Malti, napprezza jekk jispjegalna daqsxejn kif jifhimhom hu.

Liberal Elite pages you should boycott (ta' l-iskantament!)

5 things that suck about liberals

Liberals in charge (cartoon)

Kummenti: 7

Blogger gybexi qal/qalet...

"Who is out of tune with public opinion..."

u hemm hi r-raguni ghalfejn saret din il-farsa. qed jibzghu mill-Unjoni Ewropea u l-valuri kattivi u li jikkorompu taghha?

ahjar liberal élite milli fundamentalist lumpenbourgeoisie...

6/6/05 08:20  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

what about "established wankellectuals"?

6/6/05 14:45  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Fil-kuntest Malti Toni Salvafetu qed jipprova ma jaqax fil-baxx ma' dawk li jgawdu stima gholja fis-socjeta. Lil dawn li qed jopponuh, hu jista' biss jghajjarhom bit-tifhir u b'ton sarkastiku, billi jsehhilhom l-elit liberali. Fic-crieki tal-baxxi dan hu ekwivalenti ghal meta ssejjah lil xi hadd "skamplu" u "disklu".

6/6/05 15:00  
Blogger Bertu ta l-Angli qal/qalet...

sa elite liberali noqghod, imma skamplu u disklu le!!!!

eh, ezattament x'ikunu?

7/6/05 21:57  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Skamplu hu xi hadd illi twarrbu ghax m'ghandek bzonnu u disklu xi hadd bla skrupli u libertin.

8/6/05 09:11  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

U eh bilhaqq...lili toqghodli ahjar ta' skamplu u disklu milli l-elit liberali. Elit liberali tinstama' wisq mill-imnieher imxammar.

8/6/05 10:49  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

The link to the liberal sites we should boycott was very useful. An earlier post explained how to tell if one's son was a pervert.
I never knew "riding the scooter" meant anal sex. And "XBox" is a vagina, as in "I was on Sarah's XBox all night yesterday".

9/6/05 10:40  

Ħalli kumment

<< Home