<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

10.5.05

Mill-ħażin għall-agħar

Iva, bloggata pessimista l-lum. Jekk inti f'burdata tajba, forsi jkun aħjar jekk tiġi lura aktar tard.

Is-silta li nirreproduċi hawn isfel hija meħuda minn aħbar li rċevejt il-lum permezz tal-lista ta' distribuzzjoni Traducción en España. M'għandiex taqsam ma' l-industrija tat-traduzzjoni... s'issa. Bosta kumpaniji multinazzjonali, l-aktar minn pajjiżi anglosassoni, diġà bdew jafdaw lil kumpaniji Indjani bl-hekk imsejħa lokalizzazzjoni tal-prodotti u tad-dokumenti interni tagħhom, jiġifieri, li dawn jieħdu ħsieb il-bżonnijiet multilingwistiċi li jista' jkollhom. S'hawn m'hawn xejn ħażin, pass ieħor 'il quddiem għall-ekonomija ta' dak il-pajjiż u aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ tiegħu. Iżda ħafna drabi, li jiġri hu li dawn il-kumpaniji Indjani, permezz ta' l-Internet, ifittxu tradutturi freelance (inkluż ta' l-Ewropa) li huma lesti jaħdmu għal prezzijiet ta' inqas minn nofs jew saħansitra kwart tat-tariffi ġeneralment meqjusa mill-assoċjazzjonijiet ta' tradutturi professjonali bħala l-prezzijiet minimi standard. Fil-fatt, jeżistu bosta siti fuq l-eteru li fihom "jinbiegħu" proġetti ta' traduzzjoni bl-irkant, u s-soltu (mhux dejjem, mhux dejjem), min joffri li jaħdem għal l-inqas prezz tingħatalu l-biċċa xogħol. Il-fenomenu tal-job dumping ilu jeżisti fid-dinja tat-traduzzjoni. Issa, kif uħud minn dawk li jaċċettaw tariffi tal-mistħija jirnexxilhom ikampaw jiena ma nafx, skond il-fehma tiegħi mhux biss qegħdin jagħmlu ħsara lis-suq u lit-tradutturi freelance oħrajn iżda lilhom innfushom ukoll. Min jaf kemm huma ddisprati, jew jinsabu mikdudin? U l-kwalità tax-xogħol ta' dawn l-imsejknin jidher li x'aktarx hija aċċettabbli, għax matul it-tliet snin li ilni naħdem bħala traduttur Ingliż, il-prezzijiet jinżlu biss rajthom.

Tkun xi tkun l-industrija jew is-settur, ikunu min ikunu l-ħaddiema, ngħid jien irid ikun hemm xi limiti, xi prinċipji morali bażiċi... u donnu ma hemmx limiti għall-vergonja ta' ċerti kumpaniji! Altru wieħed iħalli lilu nnifsu jiġi sfruttat u maħnuq mid-dwiefer tas-suq, minn jeddu u ġewwa l-limiti tal-legalità, u altru wieħed jivvinta metodu ġdid biex jesplojtja aktar u aktar bnedmin billi jmur lil hinn minn kull sens ta' rispett lejn il-proxxmu. Araw daqsxejn safejn tista' tasal il-legalità, dawn huma affarijiet tal-biki:

Otro polémico barco factoría
Unos 600 indios fueron contratados para trabajar como programadores. Allí, comerán y dormirán durante cuatro meses

Una compañía informática norteamericana llevará trabajadores indios por los mares para trabajar como programadores y con sueldos paupérrimos, una posibilidad totalmente legal aunque cruel. La compañía Sea Code decidió tercerizar proyectos en el agua. Así, contratará a trabajadores de la India para emplearlos a bordo, mientras el barco navega. Los 600 empleados que piensa contratar Sea Code se trasladarán sobre agua durante cuatro meses, donde deberán comer, trabajar y dormir mientras hacen la tarea de programar (elaborar códigos).El crucero anclará justo frente a las costas de Los Angeles, pero a cinco kilómetros, que es el límite marítimo de aguas extraterritoriales. Así, los empleos no están amparados por la ley laboral de Estados Unidos, lo que les permite a los líderes de Sea Code pagar jornales bajos y si quisieran, en rupias.La empresa, en tanto, es una compañía de software de San Diego, que con este proyecto apuesta a reducir costos laborales y vender programas y proyectos baratos para sus clientes.Los cerebros del proyecto explotador son un ejecutivo informático, Roger Green, y su coequiper, David Cook. Ambos planificaron esta aventura maritima y, aunque suene extraño, en la primera semana del lanzamiento del proyecto, su sitio web casi colapsa por la cantidad de interesados en participar de la experiencia.

¿Por qué no instalar sus oficinas en el sudeste asiático en vez de llevar los empleados sobre el agua? Simplemente, por una reducción de costos. Enviar ejecutivos o técnicos desde países del tercer mundo les cuesta mucho tiempo y dinero. Sobre el agua, los empleados van tocando distintos continentes. La otra razón es que en aguas internacionales, los costos laborales se reducen y los frenos legales casi no rigen.

Traduzzjoni ħielsa:

«Madwar sitt mitt Indjan ġew irreklutati biex iqattgħu erba' xhur fuq vapur jaħdmu bħala programmaturi ta' softwer, b'salarji estremament baxxi (teżisti l-kelma 'pawperrimu' fil-Malti?), possibbiltà għalkollox legali avolja kiefra.

Il-kumpanija Sea Code ddeċidiet li toffri servizz fejn proġetti jkunu jistgħu jinħadmu fuq il-baħar. B'hekk, l-impjegati li għandhom jieklu, jaħdmu u jorqdu fuq il-vapur, ankrat ħames kilometri 'l barra mix-xtut ta' Los Angeles, ma jkunux protetti mil-liġijiet tax-xogħol ta' l-Istati Uniti, sitwazzjoni li tippermetti lill-kumpanija tħallas salarji baxxi u f'rupin minflok f'dollari. L-għan ewlieni ta' Sea Code huwa li tnaqqas l-ispejjeż tax-xogħol waqt li tbiegħ programmi u proġetti lill-klijenti tagħhom bl-irħis.

L-imħuħ wara dan il-proġett ta' sfruttament huma l-informatiku Roger Green u s-sieħeb tiegħu David Cook. Ġimgħa wara li bdew din l-avventura marittma u llanċaw il-proġett, il-
websajt tagħhom bil-kemm ma kkollassax biż-żjarat ta' dawk kollha li urew interess f'din l-esperjenza.

Għaliex ma jinstallawx l-uffiċji tagħhom fl-Asja tax-Xlokk, minflok li jieħdu lill-impjegati fuq il-baħar? Għax jiffrankaw ammont kbir ta' ħin u flus billi ma jkunx hemm bżonn li jibagħtu eżekuttivi jew tekniċi sa pajjiżi tat-tielet dinja, u barra minn hekk, f'ilmijiet internazzjonali jitnaqqsu l-ispejjeż tax-xogħol u l-fruntieri legali aktarx ma jiġux osservati.»

Ħaġa ta' l-iskantament! Kif jippermettu sitwazzjoni bħal din?? U milli jidher, dan mhux l-ewwel każ, it-titlu jgħid "vapur-fabbrika IEĦOR" !!! Dan qed jiġri, kif jgħidu l-Ingliżi, fil-bitħa ta' wara ta' pajjiż li jiftaħar li jinsab "on the right side of freedom's divide"... u ejja, ħallina minnkom jaħasra! Li toqgħod erba' xhur taħdem fuq vapur għal paga ta' miżerja hija xi forma ta' libertà? Li wieħed li jaħdem 'part-time', aħseb u ara fqir, ma jkollux assigurazzjoni tas-saħħa u miskin jekk jimrad u jkollu bżonn operazzjoni huwa obbligat jiddejjen l-eluf ta' dollari, ħelsien tgħidulu? Jew fidwa?

Veru li qegħdin on the right side, għax iktar leminija minn hekk diffiċli nimmaġinahom. L-agħar ħaġa iżda hija li din tal-vapur m'hi xejn ħlief qatra oħra fl-oċean.

Kont se nibbloggja wkoll dwar dak l-iskandlu ta' Sodexho li kien ikkummenta fuqu l-Kurat gybexi u deher xi jumejn ilu fil-gazzetti (il-konsegwenzi ta' l-istrateġija ta' Lisbona mhux fil-bitħa ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE iżda ġewwa l-bini tagħhom stess! Sur Barroso, fejn aħna sejrin, Lisbona jew in-naħa l-oħra ta' l-Atlantiku?), u dwar il-modifika tal-kostituzzjoni sabiex tinkludi artiklu dwar l-abort (naqbel ma' Toni, għalfejn din il-mossa, jekk huwa diġà illegali? Kieku mmur pass 'il quddiem u nagħmel xi ftit mistoqsijiet oħra, neċessarji u ta' min jiddiskutihom qabel ma jikkundanna l-abort għalkollox, iżda ma rrid noffendi lil ħadd u lanqas noħloq polemika bħal din fuq il-bloggosfera Maltija għax forsi mhix postha... imma fejn jekk mhux hawn?), iżda issa sar il-ħin u bil-burdata nofs ċinika u l-bajda mdawra li għandi l-lejla aħjar nieqaf hawn u nipprova norqod.

Insomma, dawn ir-reliġjonijiet u demokraziji u stqarrijiet universali dwar il-jeddijiet tal-bniedem kollha (anzi, killha, għax furjuż bħalissa!), u għadna nittrattaw lill-bnedmin bħala annimali bħallikieku d-dinja kienet xi speċi ta' razzett. Il-kolonjaliżmu mhux biss ma waqafx, imma jista' jkun li għadu fil-bidu tiegħu. Il-ftuħ tal-fruntieri ma nafx hux qed iġib ukoll il-ftuħ ta' l-imħuħ. Kif jgħid il-ħabib tal-qalb tiegħi Franco Battiato, siamo figli delle stelle, e pronipoti di sua maestà il denaro.

Għal-lum daqshekk. Tislijiet, u saħħa.

Antoine.

PS. Min kien dak li ħareġ bil-kelma bloggata dan l-aħħar? Ma nistax insibha. Għoġbitni, u minn issa 'l quddiem se nużaha minflok il-kelma powst.

Kummenti: 11

Blogger gybexi qal/qalet...

social dumping - issa li jezisti isem ghaliha l-haga sar "fenomenu" mhux tant xi haga tal-misthija. xi haga "dodgy" imma xorta iktar accettata...

meta toqghod tigbed u tilghab bir-regoli tas-suq (anke jekk tibqa fil-legali) l-etika ma tezistix - ara min isemmi li hekk jahdem il-business. r-regoli tas-suq huma kiefra imma mhux kompletament dizumani. min jnehhi l-etika u l-morali mis-suq ikun witteb it-triq ghal skjavismu.

business as usual? unusual business trid tghid...

10/5/05 09:52  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Ifhem jew issib il-loopholes jew inkella taghmel il-Berlusconati hux, tibdel il-ligijiet kif jghogbuk mal-ewwel u kollox isir legali!

Insomma jien nahseb li dil-problema minn dejjem kienet tezisti - u nissuspetta li bhall-SGS u kumpaniji barranin ohra li gew hawn Malta, dawn kienu gew ghall-istess raguni (pagi baxxi). Fil-muzika l-istess, il-bands li jdoqqu b'xejn ikissru kollox (kien issemma xi haga simili fil-blogg 'Xemx u Xita'), fid-design tal-websites l-istess haga, kull fejn m'hemmx xi haga tangibbli li bilfors trid tixtriha ghal certu ammont, hemm potenzjal taghha l-haga. Sakemm ma jkunx hemm 'licenzji' bhat-tobba u l-avukati, din tibqa problema (li umbaghad tikkumplika l-hajja konsiderevolment).

10/5/05 17:29  
Blogger Arcibald qal/qalet...

BTW ghamilt search fuq il-google ghall-kelma "bloggata" u haga ta' l-iskantament: il-bloggijiet li sibt li juzaw il-kelma huma kollha Taljani. Jigifieri l-kelma kwazi tista titqies bhala "rumanza" nahseb... ma nafx - hawn iktar esperti minni fil-blogosfera Maltija fuq dan il-qasam.

10/5/05 22:48  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Arcibald: Il-lum indunajt li min kiteb il-kelma bloggata kien Pierre Mejlak, f'kumment fuq il-blogg ta' Toni Sant. Kont fittixt fil-bloggijiet miktubin bil-Malti, għalhekk ma kontx sibtha!

11/5/05 00:01  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Ghogbitni jien ukoll - u narahom ftit iktar stabbiliti issa t-termini li nuza - blogg, bloggja, tibbloggja, bloggjajt, etc u 'bloggata' bhala l-att li wiehed jibbloggja (minnflok post).

12/5/05 10:01  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

jekk nista inzid "bloggti" fis-sens ta' "il-blogg tieghi". Nuzaha ta' spiss fuq msn per ez xhin niltaqa ma Mark (Xifer) "Qrajtha bloggti illum?".

12/5/05 12:02  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Jacques: Din tal-bloggti togħġobni wisq. Ara kemm hu lsien produttiv il-Malti!

Isma', int nhar il-Ħamis li ġej se tkun fit-tnedija tal-ktieb ta' I. Mifsud (7.30, l-Università) ? Jekk iva, nieħu pjaċir niltaqa' miegħek. Inkella, jekk trid niltaqgħu xi kafetterija l-Belt, per eżempju nhar l-Erbgħa jew il-Ġimgħa (qabel ma nistax għax imħabbat wisq). Xi bloggin oħrajn jridu jiġu wkoll? Niltaqgħu skoss?

12/5/05 12:16  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

Peress li waqt iz-zjara tieghi gewwa Malta se nkun ukoll nagixxi ta toooorist gajd ghal tlett francizi, awstrijakka u sloven ma tantx ser inkun nista nattendi avvenimenti fejn il-Malti ikun l-ilsien predonimanti. Però jien hallejt in-numru tat-telefon li se jkolli malta fuq bloggti (79751111) u jekk tibaghtli tieghek nizgura ruhi li xi gurnata jew ohra niltqaghu. Anki forsi bi hsiebna norganizzaw bbq gewwa l-villa li krejna l-Iklin u tkun tista tigi.

ibaghtli xi numru fejn nista naqbdek fuq jacques.zammit@gmail.com

bloggologija - gabra ta kliem relatati mal-blogg. blog(g) + logos

12/5/05 16:25  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Nahseb li qed nithawdu ftit fuq il-konjugazzjoni ta' din l-imbierka kelma blogg. Kieku nuzaw il-mudell romanz nghiduha ibblogga, ibbloggat, nibblogga, ibbloggaw ecc. Jekk nuzaw il-mudell anglo sassonu nghidha: ibbloggja, tibbloggja, nibbloggja, ibbloggjaw ecc. Allura forsi bloggata toqghod ahjar jekk nibdew nghiduha bhal tal-ewwel jigifieri ibblogga. Jekk nghidu tat-tieni, kif tidher li hi l-aktar uzata, irridu nghidu bloggjatura. biex nghidu bloggti il-kelma trid tkun fil-femminil jigifieri blogga. Hekk biss tista' tiddahhal it-t marbuta. Bloggin tinstema' tajba imma imbaghad irridu nuzaw il-mudell semitiku imma tkun ftit difficli biex nikkunjugawha peress li l-kelma adottajniha bhala wahda trilittera. Kieku inhalluha blog bhala nom inkunu nistghu nghidu: hu bolog, hi bolgot, jien noblog, ahna nobolgu, huma bolgu ecc. imma sfortunatament kif kulhadd jaf il-mudell semitiku m'ghadux popolari fit-thaddim tal-Malti "modern".

12/5/05 18:54  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Bloggoloġija, eċċelenti, ghoġbitni wisq!

Mikiel, nifhem dak li qed tgħid, imma fil-fehma tiegħi m'hawnx għalfejn nagħżlu mudell jew ieħor. Għaliex ma jistgħux jitħaddmu flimkien? Ara per eżempju l-kelmiet keċċa, lesta, pinġa: dawn ġejjin mill-Isqalli, imma jieħdu partiċipji Semitiċi, ċjoè mkeċċi, mlesti, mpinġi.

Jingħadu wkoll kemm televixin kemm televiżjoni, u minn hemm televiżur, televiżiv, u telespettaturi... Ta' min jaċċetta l-varjanti kollha kemm huma, dejjem jekk kull forma ikollha loġika warajha. Naqbel li l-konsistenza trid tinżamm fl-istess test, imma mhux bil-fors fil-kitba jew taħdit ta' kulħadd.

Post Scrotum (skużani Jacques, every blogger is a thief): Prosit ta' dak il-kartun tal-kapurjuni fuq Arnold Cassola, għaxar minuti sħaħ u ma stajtx inżomm id-daħk!

Għal min għadu ma rax l-episodju li qed insemmi, ikklikkja hawn.

12/5/05 19:34  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Personalment, "bloggata" iktar tfakkarni f'"paprata". Bhal donnu meta taghzaq wahda nobis u taghmel foul papali fuq il-blog. Dik kienet l-ewwel impressjoni ghalija.

Ghalfejn "qrajtha bloggti" Jacques? Jien narah bhala nom maskili, ghalhekk "il-blogg tieghi fih/ma fihx sugu."

Imma forsi din kwistjoni bhal min jikkunsidra "xaghri" femminil (in-nahat t'isfel ta' Malta, generalment) u "xaghri" maskil (in-nahat ta' fuq ta' Malta, generalment.) Hekk per ezempju, south: "ghandi xaghri twila", north: "ghandi xaghri twil."

Ma nafx insomma...

13/5/05 14:19  

Ħalli kumment

<< Home