<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

7.5.05

Il-Wiki tal-Letteratura Maltija


Bħallikieku ma kellix diġà ħafna x'nagħmel, dan l-aħħar bdejt naħdem fuq proġett ieħor. Il-wiki tal-letteratura Maltija hija sit ta' referenza fejn kulħadd jista' jieħu sehem, billi jdaħħal siltiet ta' testi li għadhom jonqsu, ifiehem kif jidhirlu hu s-sinifikat ta' xi frażi, kelma jew metafora, jiddiskuti liberament il-mertu (jew difett) estetiku tas-silta li tkun, e così via. Qed ngħid liberament, għax aktar milli enċiklopedija l-idea hija li jkun spazju ta' diskussjoni. Il-lum huwa lest biex kull min jixtieq ikun jista' jikkollabora ftit. M'hawnx għalfejn tkun lingwist jew filologu, basta jkollok entużjażmu f'dak li huma l-qari u l-kitba. Jekk titħajjar, ejja ikteb xi ħaġa!

Il-proġett għadu bla isem, għax bħall-Wikipedja Maltija, ma jappartieni lil ħadd u fuq ismu jrid ikun hemm votazzjoni. Bħala isem proviżorju, jiena ktibt «Il-Bibljoteka ta' Faħmu». Faħmu? Min hu Faħmu? Faħmu huwa l-qattus li se taraw fin-naħa ta' fuq tas-sit. Dan qattus Malti li mar jgħix Kalifornja. Sidu jismu Srl, ħabib kbir ta' l-Ilsien Malti kif uħud minnkom diġà tafu, li ħadem u għadu jaħdem ħafna favur ir-rappreżentazzjoni ta' lsienna fil-qasam ta' l-informatika. Ir-raġuni l-għaliex l-indirizz tas-sit huwa faħmu.net hija sempliċement li dan jinżamm fuq is-server tiegħu. Grazzi Srl! Ladarba niftiehmu fuq l-isem tal-proġett, inkunu nistgħu niddeċiedu wkoll l-istampa li għandha tidher bħala logo.


S'issa ktibt artiklu fuq l-awtur Ġorġ Pisani u xi kummenti dwar il-poeżija tiegħu F'Ħaġar Qim, kif ukoll definizzjonijiet ta' xi termini letterarji. Fil-paġna prinċipali hemm xi linji ta' gwida bażiċi li jispjegaw daqsxejn kif għandek tagħmel biex timmodifika artiklu jew toħloq wieħed ġdid. Huwa ħafna iktar faċli milli jista' jidher! U m'hemmx xi ngħidu, malajr tidra. Tista' żżur ukoll il-Lavanja, paġna li fiha tinsab lista ta' l-artikli li ġew maħluqa iżda għadhom mingħajr kontenut. Inħalli għalikom biex iddaħħlu xi tagħrif dwar dawk il-kittieba li huma wkoll bloggin (Mejlak, Mifsud, Stagno... hemm xi oħrajn?)


Insomma, nispera li m'iniex qed nagħżaq fl-ilma. Jien ukoll nitbandal bejn l-ottimiżmu ħalliemi u ċ-ċiniżmu eċċessiv (jekk tippermettili nuża kliemek, MV), sfortunatament m'għandix terminu medju u lanqas kwiet f'moħħi / ġismi / sormi. Jew negħreq fil-proliferazzjoni ta' sinifikat u nistenbaħ fil-vakwu mudlam tax-xejn, jew nifraħ u nitkebbes bil-mogħdijiet kollha li hemm, moħbija fl-enigmi tal-lingwa, tal-kotba u tal-ħajja stess, raħlija, urbana jew astratta (xi drabi nħoss li dawn it-tnejn ta' l-aħħar huma xorta waħda, ċerti bliet u subburgi qishom speċi ta' Legolandia).

Grazzi bil-quddiem, u ħudu gost.

Antoine.

Kummenti: 2

Blogger Arcibald qal/qalet...

Idea nobbli siehbi... jekk tirnexxi diga qed naraha wahda mill-kullana kulturali li johorgu n-Nazzjonalisti :)

Apparti c-cajt... il-fatt li hawn bizzejjed persuni on-line li ghandna blogosfera b'sahhitha, u li dejjem qed tizdied, u li b'inizjattivi bhal din qed thalli frott mhux biss temporanjament, hija haga enormi li nahseb li ghad irid jigi studjat l-effett taghha.

Xi nghidlek... proset ta' l-idea u nawguralek li tirnexxi!

7/5/05 21:25  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi Arcibald!

9/5/05 04:06  

Ħalli kumment

<< Home