<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

24.5.05

Ewroċuċati

Gazzetta fuq l-eteru li jiena nsewgi kważi ta' kuljum hija l-EU Observer. Hemm min jgħid li dan is-sit indipendenti huwa ewroxettiku, għas-sempliċi raġuni illi kultant jippubblika artikli ta' opinjoni miktuba minn parlamentarji u osservaturi li jesprimu rwieħhom favur il-Le għat-TKE jew favur rinegozjazzjoni tiegħu. Fil-fatt, meta xi sitt xhur ilu skoprejt u ffirmajt appell favur li jkun hemm referendum fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni, u rajt li l-paġna li fiha kien jidher kellha l-istess dehra u stil tal-gazzetta msemmija, waqajt fit-tentazzjoni li naħseb l-istess ħaġa. Iżda ovvjament, l-affarijiet m'humiex daqshekk sempliċi... id-dibattitu ta' l-Ewropa magħquda fid-diversità m'għandux ikun wieħed ta' "jew magħna jew kontra tagħna". Sfortunatament, din kienet ir-retorika mħaddma l-ġimgħa l-oħra mis-Sur Barroso, meta wissa lill-votanti Franċiżi li għall-Kostituzzjoni ma hemmx xi Plan B... mela rridu napprovaw il-proġett ta' Ewropa ultraliberalista u militarista bil-fors, jew? Għalfejn ir-ratifikazzjoni, jekk milli jidher minn dan il-kliem, kollox diġà huwa deċiż? Xbajt nisma' lil dak il-pulċinell, issa drajt insejħulu s-Sur Birrioso, li bit-Taljan jiġi malmesso (appuntu: mal-messo, maħtur minflok elett), u bil-Malti, traskurat, jew żdingat, jew [żid l-aġġetivi li trid f'dan l-ispazju].

Il-fehmiet tiegħi dwar it-Trattat tal-Kostituzzjoni se nfissirhom fil-fond f'bloggata oħra dalwaqt, għalkemm għadni ma spiċċajtx nistudjah. Jiena favur Ewropa kbira u ħielsa, li tkattar il-ġid filwaqt li tħares mudell soċjali mingħajr il-prattiċi inumani tal-job dumping, tal-workfare ta' l-Istati Uniti (ċjoè, jekk m'għandekx paga suret in-nies, m'għandekx dritt għall-assigurazzjoni tas-saħħa), u tal-kontratti tax-xogħol għal żmien ġimgħa tipo Sodexho. Nixtieq nara l-Ewropa wkoll bħala pijuniera fl-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija alternattiva u fil-ħarsien ta' l-ambjent –dinji, mhux biss Ewropew–, kif ukoll bħala spazju li jiffavorixxi soċjetà lajka u multikulturali li tirrispetta kull fidi u kull identità reġjonali waqt li tinżamm 'il bogħod mill-parossiżmi tan-nazzjonaliżmu. Kif darba qal Einstein, "in-nazzjonaliżmu huwa marda tfulija". Nixtieq li l-membri tal-Kummissjoni jkunu eletti u mhux maħturin, u li l-Parlament ikollu leħen aktar b'saħħtu. U fl-aħħar u mhux l-inqas, ma nistax nifhem għalfejn l-Unjoni għandha jkollha l-armata tagħha, jew għaliex fil-baġit li jmiss jidher li se jnaqqsu l-fondi għall-edukazzjoni.

Insomma, dawn huma tliet aħbarijiet li dehru bejn il-bieraħ u l-lum fl-EU Observer u li qed jinkwetawni mhux ftit. Jekk tridu taqraw xi kummenti interessanti, nirrikmanda l-artikli ta' wieħed jismu Peter Sain Iey Berry, li jikteb ħafna dwar il-jeddijiet tal-bniedem u l-politika (jew nuqqas ta' politika) ambjentali, b'analiżi bilanċjata tajjeb u stil mill-aktar mexxej.

1

Norwegian support for clean energy may breach EU rules
24.05.2005 - 09:58 CET By Lisbeth Kirk

Norwegian state funding of environmently friendly energy, such as wind and solar power, may be in breach of EU competition rules.

The Brussels-based EFTA Surveillance Authority has launched investigations into Norwegian public funding of wind- and sun-based energy production and of projects to reduce energy consumption, reports Norwegian daily Nationen.

The EU allows public support of renewable energy production if it is more expensive to produce than using fossil fuels, but the support is only allowed up to the price level of traditional energy forms.

But Norway is suspected of funding environmently friendly technology to an excessive degree and creating unfair competition for other energy sources such as coal, oil and gas.

"The idea is that alternative energy should compete on equal footing with traditional energy", the EEA's head of information, Tor Arne Solberg-Johansen, told Nationen.

[...]

Frederic Hauge from the Environmental Foundation Bellona is generally enthusiastic about the EU’s environment policies, but said the Norwegian move was negative and that the European Commission and the EEA should be made to see the light.

"This is a result of the EU being built on coal and steel. It is not good", Mr Hauge said, pointing out that the EU’s emissions trading scheme could make things even worse.


Tajba din, bejn wieħed u ieħor, dan l-artiklu jgħidilna li pajjiż li għandu ftehim ekonomiku ma' l-Unjoni (aħseb u ara pajjiż membru) ma jistax jiffavorixxi l-iżvilupp ta' enerġija renovabbli aktar milli jkun iffavorit il-ħruq ta' kombustibbli. Imma l-ideal mhux li l-enerġiji alternattivi jispiċċaw jieħdu post dawk li jniġġsu l-ambjent, u l-arja li minnha wliedna se jieħdu n-nifs? Bħas-soltu, l-interessi tal-kumpaniji l-kbar jieħdu preferenza fuq il-ħarsien ta' l-ambjent... fid-dawl ta' din il-buffunata, ir-ratifikazzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto tidher bħala ċajta, ċajta li jiena ma fhimthiex. Imbagħad ninqasmu bid-daħk meta t-temperaturi ta' l-Ewropa jinżlu drastikament minħabba t-tixjin tal-Kurrent tal-Golf, u jkollna bżonn naħarqu aktar gassijiet u pitrolju waqt li nitbikkmu quddiem (u ġewwa) klima ħarxa li tisfrattalna l-agrikoltura.

2

Dutch No looks irreversible
23.05.2005 - 06:18 CET By Mark Beunderman

EUOBSERVER / AMSTERDAM - Less than two weeks before the Dutch referendum on the EU Constitution, pollsters see a rejection of the treaty as irreversible, with a row over the Eurovision song contest apparently boosting the "no" camp.

Over the weekend, three new polls indicated a huge leap forward made by the "no" campaign in the run-up to the referendum on 1 June.

[...]

On top of this, further media rows put the "yes" camp on the defensive over the weekend - with one row focusing on the unusual topic of the Eurovision song contest.

Following the elimination of the Dutch contender Glennis Grace in the semi-final of the contest, Dutch popular media showed their dissatisfaction by blaming the lost race on "Eastern European" countries favoring each other.

The Netherlands’ largest newspaper, De Telegraaf, on Saturday (21 May) ran its main front-page story quoting some of the "thousands" of angry reactions by readers.

The headline of the story quotes one reaction, saying that the Netherlands should "never participate again in this Eastern European fake show".

According to the newspaper, "many compatriots" used the occasion of the song festival "to speak out against European unification and the future the EU constitution".

"The elimination of the Netherlands shows again who will have the largest say in Europe in the future", de Telegraaf quoted one reader as saying.

According to the pollster Maurice de Hond, a large majority of the Dutch interpret the Eurovision song contest in a similar political way. In a press release he stated:

"Seventy one percent think that the fact that substantially more Eastern European than Western European countries have reached the [Eurovision] final, is an example of how the power within the EU has shifted to the East of Europe".


X'għandu x'jaqsam il-festival ta' l-Ewroviżjoni mad-dibattitu dwar l-integrazzjoni politika u soċjali Ewropea, jaħasra? Se nħalltu l-ħass mal-bass, jew il-mogħoż man-ngħaġ, kif jgħidu l-Ispanjoli? Kemm jifilħu jkunu ċwieċ?

3

Turkey to loom large in German election
24.05.2005 - 09:39 CET By Honor Mahony

A change of government in Germany in September to favour the Christian Democrats could spell trouble for Turkey's bid to become a member of the EU.

Chancellor Gerhard Schröder's decision to seek early elections after his party's regional election defeat on Sunday (22 May) has already prompted the CDU to let it be known that one of its campaign themes will be its opposition to Turkish EU membership.

CDU politician Matthias Wissman, the head of the Europe committee in the Bundestag, told German daily FT Deutschland "We will tell people that the likelihood of full EU membership for Turkey is much much lower under a [CDU] government".

"Of course, Germany does not decide alone about [Turkey's] membership", he added "but Germany's weight in the EU means that a German change of position can also lead to a change in the EU's position".

[...]

Anti-constitution campaigners are saying that a yes to the constitution means a yes to Turkey's membership of the EU.


Aktar razziżmu, u aktar tagħwiġ tal-fatti: id-dibattitu tal-Kostituzzjoni m'għandux x'jaqsam mal-kwistjoni ta' l-adeżjoni tat-Turkija. Id-demokratiċi nsara tal-Ġermanja donnhom insew il-kontribut kbir li taw u għadhom jagħtu l-immigranti Torok lill-ekonomija tal-pajjiż, u ma jridux jaraw aktar 'il bogħod minn imneħirhom... x'nagħmlu, noħolqu superstat wieħed kbir jismu "The Federal Union of Christian Europe" ? Il-bieraħ smajt lil wieħed jissuġġerixxi (sarkastikament) li hawn Malta, minflok li tintrabat il-projbizzjoni ta' l-abort fil-kostituzzjoni bil-ktajjen, inbiddlu isem pajjiżna u nsejħulu "Ir-Repubblika Kattolika Apostolika ta' Malta". Mhux hekk iridu jagħmlu? Bħalma diġà għandna, per eżempju, Ir-Repubblika Iżlamika ta' Pakistan ?

X'taħsbu?

Is-sliem,

Twanny Cassar.


Abbozz ta’ Proposta għal Alternattiva Komuni (ta' Jens Peter Bonde)

Kummenti: 5

Blogger nigredo qal/qalet...

"Seventy one percent think that the fact that substantially more Eastern European than Western European countries have reached the [Eurovision] final, is an example of how the power within the EU has shifted to the East of Europe".

dan il-paragrafu fakkarni f'diskursata li kelli ma' habib tieghi li huwa ntiz sewwa fl-informatika... qalli li bhalissa l-pajjizi baltici huma bomba ekonomika li daqt tisplodi, fis-sens li (skond hu) fi zmien ghaxar-hmistax-il sena se jkunu s-superpotenza ta' l-ewropa... dejjem skond hu, dawn il-pajjizi huma mitfughin hafna fuq l-informatika u joffru xoghol ta' malajr, efficjenti u rhis immens, tlett affarijiet li qed igaghlu hafna nies jinvestu f'kumpaniji f'dawn il-pajjizi... kif diga` ghidt, jiena ma nifhimx imma dan il-habib tieghi deher konvint milli qed jghid... jista' jkun li forsi nazzjonijiet ohra qed jaraw din it-theddida u qed jippruvaw ihammgu l-isem tal-pajjizi baltici b'kull mezz li jigihom f'mohhhom?...

24/5/05 22:14  
Blogger Toni Sant qal/qalet...

Kumbinazzjoni qrajtu jien ukoll dan l-artikolu tal-EU Observer. Qalli bih Martin Debattista. Kieku mhux ghax corma cwiec qamilhom jibdew diskussjoni bla sens dwar l-ahhar bloggata tieghi wara l-Eurovision kont nipprova nghid xi haga dwar l-aspetti politici marbuta mas-song contest. Din interessanti tassew imma wisq nibza' li jekk nerga' niftah halqi dwar il-Eurovision fuq il-blogg tieghi bhalissa (anke jekk b'mod indirett) nsib lil xi hadd icapcapieli...avolja qieghed mistur f'New York dan il-mument.

Il-bambin jilliberana mill-idea ta' bidla konstituzzjonali ghall-isem ufficjali ta' pajjizna...tat-tkexkix din Twan!

24/5/05 23:42  
Blogger Aurélie qal/qalet...

Hello,
I am currently working with the Malta independent on sunday, and i would like to write a story about the maltese bloggers. i saw your blogs on the internet, and i would like to ask you a few questions, to know a bit more the maltese bloggers, because i think this "revolution" is interesting (I myself have a blog!). i read parts of them, but unfortunately i didnt have time to read everything.
why did you decide to blog and when ?
do you regurlarly blog?
how would you describe your blog?
what is your own definition of a blog?
do you know how many people visit your blog?
what kind of blog do you personnally like?
do you go to blogs made by your friends, or from people you know, or do you discover some by chance?
what kind of things do you usually talk about in your blog ? personal stuff? politics? news?
how do you explain the fact that more and more people blog?
thank you for your help.
aurelie

aherbemont@wanadoo.fr

25/5/05 10:59  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Toni, ħallihom igergru... minn xi ġimagħtejn 'l hawn jidher li t-temperatura tal-kummenti fuq bloggtek telgħet mhux ftit (jien ukoll ħadt sehem fid-diskussjoni dwar l-abort u kelli nrażżan daqsxejn lili nnifsi biex ma noffendi lil ħadd), qisni qed nara la solita storia ta' Maltin ta' ġewwa jiddefendu rwieħhom kontra l-analiżi aktar miftuħa tal-Malti ta' barra. Jien, għall-inqas, nieħu pjaċir ħafna jekk tgħid/tikteb tiegħek fuq l-aspetti politiċi tal-festival. Li ma nistax nifhem hu kif l-ispettaklu qed jitħallat mal-politika (avolja l-qagħda politika ta' Malta l-lum vera tfakkarni fit-teatru).

Għadni kemm qrajt dan l-artiklu fit-Times:

Political hypocrisy
MG, St Julian's.

I am appalled at the attempt by our politicians to enshrine the anti-abortion law in the Constitution. It is claimed that the issue is "above politics". Nice try. Pull the other one. It is simply another example of our politicians masquerading as pious do-gooders while viewing all voters as contemptible, brainless morons.


Well said, well said...

25/5/05 14:42  
Blogger l-istordut kroniku qal/qalet...

Imbilli ahna membri tal-UE ma jfissirx li ghandna noqghodu cicci bil-qieghda u nhallu r-rih jonfoh. Qeghdin fiha u maghha u biha biex naraw, nanalizzaw u nghidu taghna. Kompli ahrah l-EU observer. {bilhaqq fissirli x'inhi dil-kelma eteru ghax ma sibtha imkien u ghalkemm hadtha mis-sens tas-sentenza xorti kurjuz mnejn gibtha}

Fuq il-mod kif tara l-UE jien naqsam mieghek l-istess vizjoni Antoine imma t-taqbid kontinwu ghall-poter ma jnin qatt. Tkun hasra jekk sa minn kmieni il-pajjizi tal-punent jibdew iharsu lejn il-pajjizi tal-lvant bhala avversarji minnflok koperaturi. Ahjar naraw kif se nrazzmu t-tmigh lid-dragun Asjatiku ghax meta jibda jobzoq in-nar ikun tard wisq.

Mikiel

25/5/05 17:15  

Ħalli kumment

<< Home