<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

8.5.05

Delirium Tremens

Il-cacoethes scribendi tiegħi tal-lum. Wara ikla pantagruelika f'nofsinhar, fejn it-taqbila "tan-nanna ħelu manna" ltaqgħet ma' oħra li tgħid "qatra nbid u gerger kemm trid", qabadni n-ngħas u hekk kif wasalt lura d-dar tlajt fuq biex nistrieħ. Imn'Alla t-taraġ ta' dari huma bil-pjanijiet, għax fil-garigori ta' moħħi kelli biss iċ-ċpar magħqud tal-lanja kważi kważi sajfija u bil-kemm flaħt nixmi dritt, aħseb u ara mgħawweġ.

Insomma, ladarba nxtħett fuq is-sodda u għalaqt għajnejja, bdejt nisma' l-erba' għasafar li kienu barra mit-tieqa u tħejjejt għal vjaġġ ieħor fis-saltna saħħarija tal-ħolm. Għaddiet minuta, forsi tnejn, x'aktarx ħamsa, ma stajtx norqod. Moħħi baqa' jhewden u ż-żiffa bdiet tqajjimni ftit, xbajt mill-ħsibijiet imserrpin u mingħajr direzzjoni, u qtajtha li naqbad ktieb minn fuq il-gradenza biex nipprova nwittihom naqra. Reġa' kelli l-problema ta' dejjem, li żgur tolqot lil uħud minnkom ukoll: liema ktieb se naqbad, f'liema lsien se naqra? Il-ktieb ta' Stagno li bdejt ftit ilu nippreferi naqrah bil-lejl (ħeħe, iva, mal-qamar), ta' Eco naf li m'iniex se nispiċċah f'qasir żmien u allura aħjar inħallih għal darb'oħra, bl-Ingliż m'għandix aptit għax suppost qed naħdem il-Malti, il-Qawsalla ħallejtha isfel… ufffff, konfużjoni oħra li ma kellix bżonnha! Erġajt għalaqt għajnejja, u bdejt nosserva ħsiebi ħalli forsi nifhem għaliex kien qed jilwi u jitbandal minn naħa għal oħra (jista' jkun li għalhekk ngħidu il-garigori ta' moħħi ?), u b'hekk insib soluzzjoni ġewwinija minflok noqgħod infittixha barra.

«Mela, ħa nara norqodx… that way I'll be able to think straight again and get back to work. Daqskemm għandna x'nagħmlu ma nistax noqgħod naħli l-ħin! Tempus fugit, tempus fugit… relájate, minchia, con esta brisa pasándome por los pies, qué bien me siento, ta. Esto sí que es placer, tazza nbid kultant jagħmillek il-ġid! Ma se veramente vuoi dormire aħjar you turn around għax wiċċ 'il fuq taf li ma tistax torqod. Con lo cómodo que estaba antes, a ver, vediamo…

Et voilà! That's it! Mucho mejor! Ħeħe, qed tara ras, qed tara, x'għedtlek jien, si de verdad quieres dormir you've got to put your mind to it. Nifs 'il ġewwa, breathe in, breathe out, dalwaqt nitilqu. Adesso sì mi sento bene, this is luxury man! Kemm inħibbha jien is-sodda, x'jien graaavi! Ajma ħejjjj! This pillow is perfect. Haven't felt like this for ages. Ataraxia jgħidulu, ataraxia, from the Greek a-tarazio, without-disturbance. Darba f'mitt qamar jiiġi, imma meta jiiġi, man it's like heaven. Heaven? X'inhu heaven? ¿Paz como ésta justo antes de morir? Aħjar we don't think about that now, għax żgur li ma torqodx! Si pierdes la concentración esta sensación se escapará… joder, oh f***, it's gone. Pffffff, but it's such a great feeling, tibżax man, ritornerà. Aquí, allí, it will come. Como hacía en Madrid incluso en los días de mayor estrés. And if you share it, even better. ¿Verdad, mi amor? ¿Lo recuerdas? Cómo me gustaba dormir contigo... u issa inti qiegħda n-naħa l-oħra tad-dinja, hemm baħar jaqsam, anzi oċean sħiħ... íbamos a ser tú y yo, you and me, Tonio u Tania, it-tnejn flimkien. Imma minchia Brazil is so f***ing far away! Change of position, change of thought, ħa nara norqodx.

Eh??? ¿Posición fetal? Perché ogni volta che penso a lei mi metto così? U ejja Twan oqgħod kwiet, naħseb li għadek fis-sakra ta! Fis-sakra ma nafx, imma msakkar ġo moħħi dażgur. Tgħid sakra u sakkar għandhom l-istess għerq? Tixrob naqra u sakemm tiġi f'sensik you're locked away in your mind. Sakra, sakkar, skur, żgur, zucchero, socorro... ara, forsi minn hemm noħorġu sunett ieħor. Boqq! Veru qed naħli l-ħin, all this time deliberating e non arriviamo a nisciuna conclusione. Sewwa tgħid in-nanna, mitt sena ħsieb ma tixtri mkien. Kemm jinstema' kapitalist dan il-qawl! Imma mhux hekk trid tfisser in-nanna, naf li mhux hekk, that's her way of saying 'u ejja, ruħi, toqgħodx iddur mal-lewża, għandek x'tagħmel u għandek biex iddawwar lira, tħabbilx rasek, sabiħ!' Mela ejja nipprovaw naraw il-loġika: tlajt biex norqod, no consigo dormir, konkluxin qed naħli l-ħin… for Christ's sake ejja Twan up up up quuum fuq tiegħek ras ejja ŻUL !!!!! Qum minn hemm jaħasra QUM MIN HEMM!!! Kemm inti għażżien ħaqq għall-Madonna?? Belgħa kafè tal-Lavazza e ritorniamo sul lavoro, no puedo más, no puedo másss! ...»

And there you have it, the free-flowing, free-falling thoughts of a lazy and useless Sunday afternoon. Is-soluzzjoni naħseb li sibtha: jekk irrid nagħmel xi ħaġa f'din id-dinja, b'xi mod irrid nitgħallem naħseb f'lingwa waħda biss.

Saħħa,

Antoine.

Kummenti: 2

Blogger nigredo qal/qalet...

tahseb?... il-mod kif tinseg il-lingwagg tieghek tohrog minnu lingwa ohra, mizghuda b'hafna ilsna imma mwielda minn hsieb uniku... ma' tahsibx b'mohh malti, ingliz, spanjol, franciz jew taljan, imma tahseb b'mohh antoine...

9/5/05 08:54  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

Tghid it-Torri ta' Babel kellu garigor?

9/5/05 12:26  

Ħalli kumment

<< Home