<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

1.5.05

Beatus Ille

Ma nafx kemm se ndum hawnhekk fir-raħal. Imma issa li drajt, issa li l-ġmiel ta' l-irdum ta' l-Imnajdra jsaħħar ruħi u ħsibijieti kull darba li nispiċċa biċċa xogħol u ninżel iktar lil hinn mill-maqdes biex niċċelebra l-ħajja bil-mod partikulari tiegħi, issa li s-sbuħija ta' Filfla, mistrieħa u solitarja f'nofs iż-żerq tal-baħar, tgħinni nifhem x'inhu il-wieħed u x'inhi l-infinità waqt li tgħaddi ż-żiffa Mediterranja ħelu ħelu minn fuq saqajja, jekk xi darba l-ispirtu nomadu li jgħammar ġo fija jġiegħlni nitlaq lura lejn il-kontinent, naf li qalbi se tfur bil-għali x'ħin inxejjer lil Għajn Tuffieħa min-naħa l-oħra tat-tieqa ta' l-ajruplan. Diġà ħassejt teħbira f'qalbi f'Diċembru, meta mort lura Madrid għal ġimagħtejn biex inrodd l-ewwel abbozz tat-teżi lill-professuri u ħajr lill-ħbieb li kienu għadhom hemm biex immorru niġġerru flimkien fit-triqat għaxxieqa tal-belt kapitali Spanjola bejn amaretto u ieħor u bejn maja desnuda u oħra. Iżda l-isbaħ mument ta' dik is-safra kien l-inżul ta' l-istess ajruplan, meta erġajt irfist art missirijieti, x'ħin ġbidt mill-ġdid in-nifs ta' l-aqwa snin ta' ċkuniti, u meta dħalt għal darb'oħra fil-kċina u fit-tagħniqa tan-Nanna, l'amore della mia vita. Il-ħajja tterraq f'ċrieki u jekk ma toqgħodx attent iqegħduhulek, imma ma nixtieqx li ċ-ċirku li fih ninsab il-lum jingħalaq u jintemm ħesrem u mingħajr twissija. Għalhekk, il-lejla nħalli lil qalbi teħber, u nibqa' ċert li jekk xi darba nerġa' nerħi lill-biċċa blata li fuqha niekol, nikteb u norqod, ma ndumx niġi lura kultant biex nerġa' nistaħja.



Il-ħajja urbana għandha l-għeġubijiet tagħha, iżda għalkemm twelidt Camden Town u skoprejt l-imħabba fil-Paseo de Castellana, ruħi minn hawn ma tridx titħarrek. Kull ma jonqosni xi bastun u xi erba' nagħġiet, ħalli jkolli xiex nieħu ħsieb u inkun nista' ndaħħal il-biċċa njama fir-rota biex in-nomadu ta' ġewwa joqgħod sieket. Jew inkella, ikolli naċċetta li d-dar tiegħi, wara kollox, huwa l-moviment.

IN CITTÀ

All ephemeral is and yet at once is not,
e va e viene il vento, u jvenven iż-żmien,
the same clock ticks and tocks for those who bear and rot,
siempre y nunca durmiendo, iduru mingħajr tmiem.

Le flou il est partout, no why, no who, no what,
la hawn, la hemm, la llum, la waħdi, la flimkien,
no existe el ayer, tomorrow is but a plot,
e siamo tra qua e là, u qatt ma nkunu mkien.

Così in città mi sto, no space or time to think,
donde un millón de muertos la nada van buscando,
perdues dans ses cages noires de sol a sol sin fin.

Hawn kien ix-xejn ta’ ħajti, and here the missing link,
sapere che lontano la vita in me cercando
fis-sliem bla tmiem ta’ raħli il-ħajja vera nsib.

Madrid, 8 ta' Jannar 2005


Għada l-ewwel Ħadd tax-xahar... aqta' f'nofsinhar x'se nieklu.

Is-sliem,

Antoine Cassar.

Kummenti: 7

Blogger nigredo qal/qalet...

din l-iktar poezija li ghogbitni minn dawk kollha li ktibt s'issa... prosit...

1/5/05 08:09  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Proset xbin ta' poeziji vera interessanti u originali. Ghall-kurzita, gieli ktibt poeziji b'lingwa wahda, bil-Malti jew bl-Ingliz biss?

1/5/05 18:13  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

qatt qrajtu l-ktieb "il-harsa ta' Ruzann" ta' Ebejer?

1/5/05 22:26  
Blogger L-Aghma qal/qalet...

nista nifhem tajjeb xi thoss, habib tieghi fuq dik ix-xaqliba tal-irdumijiet. L-hena tieghi nixxabbat maghhom, u meta ninzel nghum hemm inhossni tarbija ghal darbohra...bhalma Kristu ried lil Nikodemu jifhem.

3/5/05 09:48  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Grazzi ħbieb tal-kliem sabiħ.

Anonimu/a: Le, qatt ma qrajtu. Għaliex?

Arċibald: Kif inti, xbin? Iva, xi għaxar snin ilu meta bdejt inħarbex il-versi, kont nikteb jew bl-Ingliż jew bl-Ispanjol, imma qatt ma kien għaddieli minn moħħi li nikteb f'taħlita bħal din. Sentejn ilu bdejt nesperimenta, ktibt żewġ libretti (f'erba' lingwi u biċċa Malti) u ħabib tiegħi Madrid, kompożitur li jaħdem ħafna fl-opera, għamel naqra mużika għalihom. Daħal ukoll fil-proġett ħabib ieħor biex jaħdem fil-koreografija, kollox mexa ħarir sakemm daħlu wkoll xi pitturi u fl-aħħar tant kien hemm nies li l-ftehim u l-koordinazzjoni kienu impossibbli. Minbarra l-fatt li kelli ħafna xogħol u l-proġett baqa' midfun taħt it-trab tar-rutina (u l-lum dawk il-libretti qegħdin jiġbru wkoll it-trab fil-kexxun tal-gradenza). Nittama li xi darba noħroġhom. U m'hemmx xi ngħidu, mingħajr fondi, ikollok kemm ikollok entużjażmu, xejn ma tagħmel.

Ktibt ukoll xi poeżiji bit-Taljan, mhux sunetti biss, għalkemm din l-għamla ta' poeżija nħobbha wisq għax titlob nisġa ta' argument loġiku f'kaxxa magħluqa, qisek qed tagħmel mużajk. Il-paradoss hu li l-limiti ta' dik il-kaxxa jagħtuk spazju li fih tista' tillibera ruħek. Naħseb li kien Umberto Eco li qal li «occorre creare delle costrizioni per poter scrivere liberamente», u naqbel miegħu: barra mill-kaxxa hemm il-kaos (u allura l-vojt).

S'issa qatt ma ktibt poeżija bil-Malti biss, għax ma nħossnix lest. Għalkemm naħseb li issa fit-taħlita ta' lingwi sibt l-istil u t-triq tiegħi.

Insomma, imbagħad naraw. Grazzi mill-ġdid ta' l-interess, u long live Pink Floyd.

Is-sliem,

Antoine.

3/5/05 19:59  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Ghax huwa elogju lejn min hu Malti, jaghmlek kburi b'art missirijietek. L-istess bhal ma hassejtni jien u naqra din il-blog tieghek.

3/5/05 20:49  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Proset xbin... hasra li rax id-dawl tax-xemx il-progett... ghalkemm nissuspetta li l-udjenza Maltija ma kenitx tkun preparata ghal xi haga hekk.

Rigward is-sunetti: hija stramba li l-bniedem fir-restrizzjonijiet l-aktar li jhossu komdu - jekk thares lejn il-ligijiet, protokolli, policies, trattati u x'naf jien bizzejjed. Li nara ftit stramb hija li s-sunett hija 'partikolari' hafna bhala forma u kont nahseb li tkun difficli ghal xi hadd li jibqa' jikteb fiha (apparti l-klassici ta' poeti bhal Dun Karm). Il-fatt li tamalgama hafna lingwi nassumi li jghin (biex issib rimi li qatt hadd ma uza ezempju).

Insomma... proset u keep it up.

4/5/05 08:36  

Ħalli kumment

<< Home