<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

28.5.05

Apatija lingwistika?

Il-bieraħ waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Joseph Muscat kien se jagħmel diskors dwar id-direttiva kontra l-ħasil tal-flus, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali li tiegħu huwa membru attiv.

Beda d-diskors bil-Malti, u wara ftit sekondi, qalulu li ma setax jindirizza l-Parlament b'ilsienu għax ma kienx hemm interpreti.

Bil-frustrazzjoni li nimmaġina li kellu wara li kien għamel xi ftit sigħat jipprepara l-intervent tiegħu, Joseph Muscat qaleb għall-Ingliż u informa lill-Presidenza li ma kienx beħsiebu jkompli bid-diskors:

"I am not going to continue to deliver my speech, Mr President. No way. You should take the necessary action on this. What is the use of having it down on paper that Maltese is an official language? ... You either give us our language, or it is thank you and goodbye."

U telaq 'il barra mis-sala, fost iċ-ċapċip li bih laqgħu l-intervent tiegħu l-Ewroparlamentari l-oħrajn.

Ftit xhur ilu, qrajt x'imkien li hemm xi tmienja jew disa' interpreti professjonali Maltin kapaċi jaħdmu fil-Parlament, iżda li "m'humiex disponibbli". Issa din ma nistax nifhimha. Għaliex m'humiex disponibbli? Jaqaw għax marbutin mal-kumpaniji tagħhom b'kuntratt?

Barra minn dawn, jidhirli li hemm xi tużżana studenti Maltin li qegħdin jagħmlu M.A. ta' interpretazzjoni f'Londra, bis-saħħa ta' inizjattiva bejn l-UE u l-gvern Malti li bdiet is-sena li għaddiet. Għaliex il-gvern ma bediex iħejji l-preparamenti qabel?

Ħa ngħidilkom ta, ix-xogħol ta' l-interpretar mhux xi ħaġa taċ-ċajt. Anzi, tant jitlob luċidità, saħħa psikoloġika u taħbil ir-ras li hemm min iqabblu max-xogħol tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-arju: ovvjament trid tisma', tifhem, taqleb u titkellem kollu fl-istess ħin, filwaqt li għandek bosta nies jiddependu fuqek biex tagħti soluzzjonijiet immedjati. Darba ppruvajtha f'konferenza universitarja meta kont Spanja, għamilt siegħa u nofs ġewwa kabina naqleb mill-Ispanjol għall-Ingliż flimkien ma' kollega oħra (konna nalternaw kull għoxrin minuta), u għalkemm ma mortx ħażin u ħallsuni kemxa ġmielha, x'ħin neħħejt il-kuffji ħlift li qatt ma nerġa' ninterpreta, għax l-uġigħ ta' ras jaqsam li spiċċajt bih għalija kien qisu l-infern ta' l-art. Li tkun taf tittraduċi tajjeb ma jfissirx li taf tinterpreta tajjeb ukoll, u bil-maqlub: kwistjoni ta' temperament, min hu tajjeb biex jitħaddet, u min hu tajjeb biex jikteb. U sena mhix biżżejjed biex titgħallem ix-xogħol ta' l-interpretar.

Prosit Żepp. Għandek l-appoġġ kollu tiegħi.

Kummenti: 7

Blogger Bertu ta l-Angli qal/qalet...

Guz, ghamiltna kburin

29/5/05 18:55  
Blogger alex qal/qalet...

il-problema tan-nuqqas ta' interpreti mhux ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE, jhw sejjer żball? Il-problema fuq in-naħa tal-gvern Malti, jew sejjer żball?

29/5/05 21:44  
Blogger Bertu ta l-Angli qal/qalet...

il-gvern suppost ilu snin jipprepara lil Malta ghad-dhul fl-UE izda ma konniex kapaci inhargu bizzejjed interpreti. probabli hi tort ta l-oppozizzjoni

30/5/05 00:23  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Ta' l-oppożizzjoni?? Din b'ironija qed tgħidha hux?! Għalkemm il-fatt li l-pajjiż kien ippolarizzat u li kien hemm inċertezza għal ħafna żmien dwar l-adeżjoni fl-UE seta' kien fattur ukoll.

F'kull każ, l-apatija lingwistika (u imprudenza) li semmejt fit-titlu naħseb li hu ovvju ta' liema naħa kienet... din xi ħaġa storika. Bħalissa l-affarijiet qegħdin jinbidlu għall-aħjar u qed isir ħafna xogħol, avolja ta' min iqis li l-inizjattivi waslu minn individwi li m'għandhomx x'jaqsmu mal-politika. U m'hemmx xi ngħidu, f'bosta każijiet dawn l-inizjattivi ġew minn barra minn Malta.

30/5/05 00:47  
Blogger Fausto Majistral qal/qalet...

Għaliex il-gvern ma bediex iħejji l-preparamenti qabel?

Għax issa kollox jidher faċli, hux?

L-affarijiet kienux xort'oħra sat-12 t'April 2003. Apparti l-ħafna assigurazzjonijiet li l-Malti ma kienx se jkun lingwa uffiċjali (ta' min għedt li kienet l-"apatija lingwistika" Antoine?) kemm taħsbu li kien hawn individwi lesti li jonfqu flusuhom u jiddedikaw ħinhom f'kors meta jafu li hemm ċans tajjeb li kollox isirilhom suf?

30/5/05 19:20  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Biex inkunu ghedna kollox, ghandi informazzjoni li ftit ilu Joseph Muscat indirizza lill-Parlament Ewropew bit-Taljan (meta kien hemm Frattini)...

Jigifieri tghagglux qabel tigglorifikawh, thallux il-marda socjalista tirkibkom.

1/6/05 08:39  
Blogger Bertu ta l-Angli qal/qalet...

jien, l-unika marda li tbezzani hi il-marda tal-arroganza. dik il marda li iggieghelek temmen li it-twemmin ta haddiehor u ta valur anqas minn tieghek.

l-ebda mard iehor ma jbezzani.

2/6/05 20:41  

Ħalli kumment

<< Home