<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

13.4.05

Nomadi li jfittxu l-irkejjen tal-mistrieħ

Noffri Mars Bar għal min jgħidli ta' liema kantant huwa dan il-kliem. U jekk tgħidli wkoll l-isem tad-diska u s-sena li fiha ħarġet, tirbaħ żjara Dar Malta (id-dħul biss, għalissa t-titjira ma nistax inħallasha... imma tidħol bħala VIP, jew bħala PIĦ, kif trid int).

Nomadi

Nomadi li jfittxu l-irkejjen tal-mistrieħ,
fiċ-ċpar tat-tramuntana u fil-ħamba taċ-ċiviltajiet,
bejn il-kjaroskuri u bejn il-monotonija
tal-ġranet li jibqgħu għaddejjin.
Vjaġġatur li tmur tfittex is-sliem fiż-żerniq,
dalwaqt issibu, dalwaqt issibu,
f'tarf il-mogħdija.

Tul it-tqanqil tad-duwalità apparenti,
ix-xita ta' Settembru tqajjem l-ispazji vojti ta' kamarti
u l-karbiet tas-solitudni jibqgħu jitwalu;
bħala barrani ma nħossx rabtiet ta' sentiment.
U jiena se nitlaq,
se nitlaq minn ġol-bliet
waqt li nistenna l-istenbiħ.

Il-vjaġġaturi jimxu u jfittxu post fejn jintlaqgħu,
fl-irħula xemxijin u fil-bassifondi ta' l-immensità,
u mbagħad jorqdu fuq l-imħaded ta' l-art.
Frustier li qed tfittex id-dimensjoni insondabbli,
dalwaqt issibha, barra mill-belt,
f'tarf il-mogħdija.


Nispera li ttraduċejtha tajjeb... din hija waħda mill-ftit kanzunetti li nżomm f'qalbi kull fejn immur.

Tislijiet,

Twanny Cassar.

Kummenti: 4

Blogger gybexi qal/qalet...

hafifa wisq. Battiato (nomadi/...civiltajiet/dualita apparenti/xita ta' Settembru/ecc). Bilfors li hu. Kull ma kien jonqos xi riferenza ghall-Mesopotamia jew Alessandria.

Is-sena nafa imma nippreferi Mars milli zjara l-Fort de Malte.

13/4/05 09:33  
Blogger MaltaGirl qal/qalet...

Mela għalhekk ma stajtx insibu - assumejt li għamilt it-traduzzjoni mill-Ingliż :-)

13/4/05 10:32  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

M'hawnx għalik, Kurat. Jiena ħsibt li Battiato ma tantx kien magħruf bejn il-Maltin, għall-inqas mhux fost il-ġenerazzjoni tiegħi.
Sfortunatament inti qiegħed daqsxejn il-bogħod biex immur nagħtik il-Mars bar... ejjew nagħmlu hekk jekk trid, meta tiġi Malta ixtri Marstejn fid-djutifrì, u mbagħad intik il-flus.

Saħħa,

Twanny Cassar.

15/4/05 00:21  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Only joking, gybexi, ovvjament! Aħjar ninsew il-Mars u minflok nieħdu xi birra, x'taħseb?

15/4/05 18:02  

Ħalli kumment

<< Home