<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

19.4.05

Bloggs, bloggijiet, blogog?

Ejja naqtgħuha darba għal dejjem din: fil-fehma tagħkom, x'għandu jkun il-plural tal-kelma blogg: bloggs jew bloggijiet? (Din tal-blogog, plural miksur, ovvjament hija ċajta).

Forsi tkun idea tajba jekk nagħmlu votazzjoni, u li kull wieħed jiġġustifika l-għażla tiegħu kif jidhirlu xieraq. Ma neskludix li jkomplu jintużaw it-tnejn li huma bħala varjanti, għax mhux bilfors irid ikun hemm plural wieħed biss.

Bil-ħaqq, billi l-kelma Ingliża blog ġejja minn "web log", naħseb li qabel ma niddeċiedu l-plural ta' blogg, l-ewwel għandna niftiehmu fuq il-plural ta' logg (għalkemm f'dal-każ x'aktarx jintuża djarju; l-Ispanjoli għandhom kelma sabiħa għal din, cuaderno de bitácora, jew bitácora biss, letteralment "pitazz tal-ġiżjola", imma l-lum tfisser kemm "ġurnal ta' abbord" kemm "log" fis-sens informatiku).

Imbagħad għandna il-verb (i)bbloggja, avolja hawnhekk naħseb li jaqbel kulħadd:

Imperfett

jiena nibbloggja
inti tibbloggja
huwa jibbloggja
hija tibbloggja
aħna nibbloggjaw
intom tibbloggjaw
huma jibbloggjaw

Perfett

jiena bbloggjajt
inti bbloggjajt
huwa bbloggja
hija bbloggjat
aħna bbloggjajna
intom bbloggjajtu
huma bbloggjaw


Partiċipju passiv: (i)bbloggjat, miblug?
Eż: Il-kwistjoni tal-plural tal-kelma blogg ġiet mibluga fuq Triq il-Maqluba (skużaw l-aliterazzjoni).

Le le le, naħseb li din ta' miblug ma taqbadx art! Għalkemm diġà għandna l-partiċipji mkeċċi, mlesti, mpinġi... dawn però mibnija fuq kelmiet li ġejjin mill-Isqalli, u naħseb li ilna nużawhom sa mill-Malti medjevali.

X'taħsbu?

Kummenti: 20

Blogger Kenneth qal/qalet...

Plural: bloggs
Partiċipju Passiv: (i)bbloggjat

19/4/05 18:03  
Blogger srl qal/qalet...

Idaħħlu fil wizzjunarju - ?
Ħa nibbloggja xi ħaġa.

19/4/05 18:26  
Blogger alex qal/qalet...

bloggs nahseb toqoghod l-ahjar, ghax hija kelma Ingliza bhal fridge nghidu fridges mhux fridgijiet jew ahjar frigg

20/4/05 09:07  
Blogger Mark Vella qal/qalet...

Jiena nzomm kemm il-plural Ingliz kif ukoll il-plural Malti, ghax it-tnejn jghixu komdi ma' xulxin fif-sistema lingwistika taghna.

PP. gie bbloggjat / kien ibbloggjat

20/4/05 09:53  
Blogger MaltaGirl qal/qalet...

Jiena nivvota għal "bloggs" u "bbloggjat" jew "imbloggjat"

20/4/05 15:35  
Blogger Athena qal/qalet...

Nahseb blogs (g wahda). Il-kelma mhux Maltija, u ma tantx nara sens tipprova ddawwarha ghall-Malti. U flok "ibblogja" (li tinstema kummiedja, dejjem fl-opinjoni tieghi), dejjem tista' tghid "kiteb fil-blog"..heqq blog huwa djarju u int tghid "ktibt fid-djarju" mhux "idjarjat" jew xi haga hekk :-) Ma nafx insomma, generalment id-difensuri tal-Malti ma jaqblux mieghi:-)

20/4/05 17:13  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Nahseb blogs (g wahda). Il-kelma mhux Maltija, u ma tantx nara sens tipprova ddawwarha ghall-Malti.
Forsi tidher hekk, pero' mingħalija r-regola tal-Malti fuq kliem barrani hija li jrid jinkiteb kif jinstema' bil-Malti. Għalhekk "televixin", "friġġ", "futbol" eċċ. (għalkemm mhux kollha jintużaw)

dejjem tista' tghid "kiteb fil-blog"..heqq blog huwa djarju u int tghid "ktibt fid-djarju" mhux "idjarjat" jew xi haga hekk :-)

Imma bl-Ingliż m'hemmx kelma waħda għall-proċess li tikteb fid-djajru, u ngħidu "wrote in my diary" (għalhekk "ktibt fid-djarju"). Mentri mbagħad hemm il-verb " to blog", u għalhekk ngħidu "I blogged" therefore (I am) "ibbloggjajt" (kelma waħda għax ma noqogħdux ngħidu "I wrote in my blog".)

L-opinjoni tiegħi insomma, minix xi awtorita' tal-Malti.

20/4/05 17:19  
Blogger gybexi qal/qalet...

Jien forsi l-uniku wiehed li juza l-kelma "blog" u mhux "blogg".

Personalment ma narax ghalfejn "blogg" jekk kulhadd jaf li weblog u mhux weblogg.

Imma kif kien jghid wiehed xih... "kulhadd ipixxi fejn irid hu..." - jien ser niqba' nqattar il-blogs u mhux bloggs infatti...

(imma kieku nara li, f'testi "ufficjali"/"ufficcjali" [ghax lanqas fuq din m'hawn ftehim] tintuza blogg u mhux blog jien blogg nikteb fl-istess testi kieku - ghax inkella kulhadd jivvinta u jbiddel u jkun hawn massakru)

21/4/05 10:32  
Blogger Mark Vella qal/qalet...

Bhala dak li ssemma' fil-Wikipedia bhala li vvinta l-klema Maltija ghall-blogg/blog/blogg (yesss!), il-konsonanti doppja tigri fil-Malti meta jkollna kliem monosillabu mill-Ingliz li jispicca b']oss konsonantali. Mela club (EN) - klabb (MT), fridge- frigg.

Mela ghandna niktubu rigg, skipp, tripp. Din tghallimtha qabel ma hrigt Nbid ta' Kuljum ta' Guze' Stagno, li kien mizghud bl-interjezzjoni Boq! u Trevor Zahra qallu li ghandha tinkiteb bid-doppja.

Cfr. wkoll http://xifer.blogspot.com/2004_08_01_xifer_archive.html

21/4/05 11:58  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Jiena naqbel ma' Mark. Kemm il-plural bloggs kemm il-plural bloggijiet jaqblu mas-sistema morfoloġika tal-Malti, u allura, mhux bil-fors għandna nfittxu għamla waħda biss. L-atteġġament dogmatiku fil-kitba ma jagħmilx il-ġid, u naħseb li l-varjanti aktarx jagħnu lil-lingwa. L-istess jgħodd għall-plurali friġis [sic, hawnhekk ġ waħda għal raġunijiet fonetiċi] u friġġijiet, it-tnejn li huma miġburin fid-Dizzjunarju ta' Aquilina.

Athena, nirrispetta l-għażla tiegħek, fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jikteb (suppost) kif jidhirlu l-aktar xieraq. Jien però nippreferi ma nagħmilx bħalma jagħmlu t-Taljani, li jħallu l-kliem Ingliż kif inhu (Eż. computer, fashion ippron. 'faxxon', reality show ippron. 'realitixxó', eċċ). Dan għax jekk f'nofs seklu ieħor inkomplu nħallu l-kliem Ingliż fl-ortografija oriġinali, immaġina daqsxejn xi froġa kienet ser issir, b'kelma barranija f'kull sentenza. F'dal-każ, aħjar niktbu kollox bl-Ingliż, le? Din hija kwistjoni ta' estetika, stilistika kif ukoll grafika. L-użu ta' kliem Franċiz fil-kitba Ingliża għandu ċerta togħma ta' eżotiżmu, imma l-użu ta' kliem Ingliż f'ilsna oħrajn naħseb li le! Jiena għal din ir-raġuni xbajt naqra La Repubblica (fost raġunijiet oħra, li naħseb huma ovvji, tiftakru din tar-riżoluzzjoni RGB?), u l-lum nippreferi naqra Il Manifesto.

Dwar il-partiċipju passiv, minuta wara li bgħatt il-post (jew powst, jew posta għax singular farrad waħdieni? X'taħseb, Mark?), ftakart li l-Malti m'għadux iħaddem il-mekkaniżmu derivattiv li tant hu komuni fl-Għarbi, u għaldaqstant, il-proposta miblug hija daqsxejn ridikola. Diġà kellna każi fejn inħoloq nom ta' għamla semitika għal konċetti ġodda, per eżempju il-kelma tisliba, li kienet idea ta' Aquilina; imma li tagħmel partiċipju bil-m inizjali għal verb anglo-sassonu ma jistax ikun (MaltaGirl, fil-forma imbloggjat inkunu qed inħawdu l-element semitiku ma' l-element Rumanz!). Mela naħseb li naqblu lkoll li l-part. passiv ta' (i)bbloggja għandu jkun (i)bbloggjat.

Grazzi lil kull min wieġeb... fl-aħħar mill-aħħar l-ilsien nagħmluh flimkien, mhux hekk?

22/4/05 20:10  
Blogger Kenneth qal/qalet...

imma kieku nara li, f'testi "ufficjali"/"ufficcjali" [ghax lanqas fuq din m'hawn ftehim] tintuza blogg u mhux blog jien blogg nikteb fl-istess testi kieku

Għad fadal tikka sakemm il-kelma "blogg"/"blog" tibda tissemma' fl-hekk imsejħa "testi uffiċjali" ħabib!

23/4/05 01:45  
Anonymous olvin qal/qalet...

blogog tista' toqghod ukoll. Il-plural miksur ghadu produttiv hafna. Qabbel ma' cippa (tal-kompjuter), plural cipep.

Dwar il-participju passiv, gie bbloggjat u kien ibbloggjat huma grammatikalment differenti: wiehed huwa passiv dinamiku, l-iehor passiv statiku.

Is-sliem.

23/4/05 10:25  
Blogger MaltaGirl qal/qalet...

Lol, grazzi tal-lezzjoni tal-grammatika, Twannie - ħalli għalija biex inħallat ġiex tradizzjonijiet lingwistiċi fl-istess kelma :-)

23/4/05 10:56  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Merħba bik, Olvin!

Din tal-blogog kienet biss ċajta, imma jekk toqgħod ukoll, nifraħ u se nibda nużaha.

Meta jkollok ċans, iktibli ftit u spjegali d-differenza bejn il-passiv dinamiku u l-passiv statiku, għax qanqaltli l-kurżità. Naħseb li nifhem dak li qed tgħid, imma jekk tagħtini xi eżempju, inkun żgur.

Is-sliem,

Twanny.

23/4/05 15:06  
Blogger Mark Vella qal/qalet...

Post: naqbel ma' powst, ippowstja, gie/kien ippowstjat ecc.

Mhux qed naqlibhom ghax lahqu dahhlu, u r-rapidita' f'dan il-qsam hija xi haga li ghandna nqisu...i.e jaqbilna nibdew, jekk mehtieg, noholqu l-kliem ghall-hwejjeg godda minnufih

25/4/05 15:11  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Naf illi bir-regoli tal-grammatika Maltija għal kliem barrani "powst" tiġi imma naraha kemmxejn stramba... forsi għax issa ili kważi sena bil-"post" u drajtha.

27/4/05 13:03  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

kemm hija bla sens din is-site jahasra xghamiltha tamel tahli soazju u hin ok bye bye

25/9/07 18:01  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

ghax ma tmurx tiehdu zobb ml qat ma dahaltu ah ah ah

25/9/07 18:02  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

fuck this :P

3/10/09 15:06  
Blogger KILL LI qal/qalet...

Life hija tajba Meta inti għandek dawk l-imħabba tiegħek madwar inti, I am qal dan meta i Minħabba li l-kwistjonijiet serp ma 'lover tiegħi u qatt ħajja meqjusa bħala ħaġa tajba, iżda grazzi għall Dr AGBAZARA ta AGBAZARA TEMPLE, għall tgħin me li jitfa jespliċitaw Li brought lover tiegħi lura lili Fi ħdan l-ispazju tal 48hours. Raġel tiegħi telqu lili għall-mara oħra wara 7years ta 'żwieġ, iżda Dr.AGBAZARA għinni mitfugħa jespliċitaw lilu li jinġiebu lura lili fi ħdan il-48hours. I am not se jgħidlek aktar dettalji dwar myself Pjuttost i se biss jagħtik parir dawk li qed ikollhom kwistjonijiet relazzjoni fil hemm jew dak Żwiġijiet Dr.AGBAZARA TEMPLE permezz dettalji ta 'kuntatt permezz proposition; (agbazara@gmail.com) jew agbazara@gmail.com
LUCY mill-Istati Uniti.

5/8/15 12:24  

Ħalli kumment

<< Home