<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d8115735014150492648', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

23.4.05

Ħallata Ballata

Inħalli lil-lingwa tistrieħ naqra u niġi nibbloggja xi erba' tentufiet.

1

Wara li skoprejna lis-simpatiku Mouche Mouche, ħabib tiegħi minn Madrid sab kuġin ieħor ta' seħibna Ratzinger Z:



Xi jumejn ilu fil-Guardian kien ixxandar ritratt ieħor:



2

Din il-ġimgħa l-Parlament Spanjol għadda liġi li tippermetti ż-żwieġ bejn l-omosesswali. M'iniex se ngħid hawnhekk l-opinjoni tiegħi fuq din, l-ewwel irrid naħsibha sew. Iżda dik li ddarrasni hija l-medjokrità ta' xi wħud li jxewlħu l-ġudizzji tagħhom mingħajr ma jaħsbu l-ewwel għat-travu ta' ġo għajnejhom. Din il-vinjetta mhux eżattament fuq hekk titkellem, imma laqtitni u daħħkitni l-istess.



«Ma jimpurtanix jekk jiżżewġu l-omosesswali, imma, għaliex kellhom isejħulu żwieġ, bħallikieku kien xi ħaġa mqaddsa bħal dak tagħna?»

3

Fil-Guardian tal-lum deher artiklu interessanti dwar sondaġġ li skondu l-użu konstanti tal-posta elettronika u tal-messaġġi SMS huwa theddida għall-kwozjent ta' l-intelliġenza (IQ), saħansitra aktar milli jista' jkun lo spinello, 'a canna, jew kif jgħid Aquilina, il-qanneb (Twannie, għidli xi kelmiet oħra għax ma nafhomx jien!):

«The distractions of constant emails, text and phone messages are a greater threat to IQ and concentration than taking cannabis, according to a survey of befuddled volunteers.

Doziness, lethargy and an increasing inability to focus reached "startling" levels in the trials by 1,100 people, who also demonstrated that emails in particular have an addictive, drug-like grip.

Respondents' minds were all over the place as they faced new questions and challenges every time an email dropped into their inbox. Productivity at work was damaged and the effect on staff who could not resist trying to juggle new messages with existing work was the equivalent, over a day, to the loss of a night's sleep.
»

Tgħid dana jgħodd għall-bloggijiet ukoll?!?

4

Din is-sena f'Spanja qegħdin jiċċelebraw ir-raba' ċentenarju tal-pubblikazzjoni ta' Don Quixote, wieħed mill-isbaħ rumanzi li qrajt. Tant qegħdin jagħmlu attivitajiet u funzjonijiet fuq dal-ktieb u fuq Cervantes li, naturalment, hemm min diġà xaba' minnhom... aktar u aktar għax f'Spanja, dan il-mamotreto ta' 126 kapitlu ġieli li jkun marbut ma' ċertu sentiment ta' tortura fil-klassijiet ta' letteratura tas-sekondarja. Li jkollok taqra ktieb bħal dan ta' erbatax-il sena mhux ċajta!



- Kont qed ngħaddi minn fejn l-għalqa, u li kieku ma qgħadtx attent, kienu se jbellgħuli konferenza fuq Dun Kixott.
- Kienu ħafna?
- Tliet akkademiċi u filologu.
- Madonna tal-ħniena!

5

Wara li rrabjajt jien u naqra l-blogg ta' Arċibald dwar l-1 ta' Mejju, il-festa tradizzjonali tal-ħaddiema li din is-sena mhijiex festa għax tinzerta l-Ħadd, għamilt xi naqra riċerka fuq il-lista ta' distribuzzjoni Traducción en España u skoprejt xi ħaġa tassew inkwetanti. Skond ma qaluli, l-uniċi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fejn it-2 ta' Mejju se jkun btala nazzjonali huma l-Greċja, l-Irlanda u r-Renju Unit (l-hekk imsejħa "vakanza tal-banek", ara sa fejn daħal il-kapitaliżmu!), u ċerti reġjoni ta' Spanja. Il-ħolma tiegħi ta' l-Ewropa soċjali kuljum qed tixxaqqaq ftit iktar.



«Paaaa, jekk hawn l-Ewropa wkoll, għaliex jintenn daqshekk?»

6

Ajma ħej, ejjew nagħlqu fuq nota pożittiva, jew għall-inqas, xi ħaġa tad-daħk...




Saħħiet,

Twanny Cassar.

Kummenti: 1

Blogger KILL LI qal/qalet...

Life hija tajba Meta inti għandek dawk l-imħabba tiegħek madwar inti, I am qal dan meta i Minħabba li l-kwistjonijiet serp ma 'lover tiegħi u qatt ħajja meqjusa bħala ħaġa tajba, iżda grazzi għall Dr AGBAZARA ta AGBAZARA TEMPLE, għall tgħin me li jitfa jespliċitaw Li brought lover tiegħi lura lili Fi ħdan l-ispazju tal 48hours. Raġel tiegħi telqu lili għall-mara oħra wara 7years ta 'żwieġ, iżda Dr.AGBAZARA għinni mitfugħa jespliċitaw lilu li jinġiebu lura lili fi ħdan il-48hours. I am not se jgħidlek aktar dettalji dwar myself Pjuttost i se biss jagħtik parir dawk li qed ikollhom kwistjonijiet relazzjoni fil hemm jew dak Żwiġijiet Dr.AGBAZARA TEMPLE permezz dettalji ta 'kuntatt permezz proposition; (agbazara@gmail.com) jew agbazara@gmail.com
LUCY mill-Istati Uniti.

5/8/15 12:24  

Ħalli kumment

<< Home