<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d11862797\x26blogName\x3dTriq+il-Maqluba\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttps://maqluba.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://maqluba.blogspot.com/\x26vt\x3d353779844192502469', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

17.8.07

Mużajk

Run, rabbit, run, run, run, from the womb to the tomb,
de cuatro a dos a tres, del río a la mar,
play the fool, suffer school, żunżana ddur iddur,
engage-toi, perds ta foi, le regole imparar,
[...]



Image (c) www.mozaico.net


mużajk
mosaic - mosaico - mosaïque


a poetic experiment

2005-2007


Antoine Cassar

14.9.06

Jum it-tluq




Sunett imperfett, bħalma hi imperfetta Malta...


Saħħiet

Saħħa, blata ta' qalbi, il-port kenni tar-ruħ,
saħħa festa tar-raħal, u l-briju għal għonq it-triq,
saħħa, ħajt tas-sejjieħ, saħħa, ħamrija tfuħ,
saħħa dell tal-ħarruba fej' iżarżar il-werżieq.

Saħħa, kamarti mdawla, saħħa, sema miftuħ,
saħħa rdum ta' l-Imnajdra, saħħa Wied iż-Zurrieq,
saħħa, xemx wisq sabiħa, u taqli wisq l-imħuħ,
saħħa tfajla Maltija li għebet maż-żerniq.

Saħħa, pulitċi mxaħħma, saħħa, ambjent meqrud,
saħħa ġawhra tal-baħar maħkuma l-lum mid-dud,
saħħa ġenna ta' l-art li ma tinsab imkien.

Saħħa. Dal-iben ħali li ta' tfajjel ħalliem
tar 'l hemm mingħajr ma ried, ġie lura u sab is-skiet,
tgħallem, tmallat, u nbiegħ. Tlaqtek. Daqshekk. Saħħiet.


Fuq tal-linja, nru 35
26 ta' Awissu 2006


---

U la semmejna l-ambjent meqrud, jekk għandkom ftit tal-ħin, morru hawn u iffirmaw il-petizzjoni favur il-ħarsien ta' Hondoq ir-Rummien.

U ħalluna mill-Qala Creek !!

Saħħiet.

12.8.06

Il-Lussumburgu, 12 ta' Awissu




Ajma ħej, x'inhu ġej!

Ruħi taqa' fil-muta,

sema kulur ix-xejn

u Malta ġenna mitlufa.


22.7.06

Tregwa

7.7.06

Bloggata għażżiena #3: Ars Poetica




Poeżija ironika tal-modernista Archibald MacLeish. Il-konklużjoni tagħha, "a poem should not mean / but be", tisfida kull tentattiv biex jiddefinixxi x'inhi l-poeżija.